<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑148/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0148</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:776">EU:C:2016:776</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20161019">19.10.2016</DATE> – KAWŻA C‑148/15</P><P>DEUTSCHE PARKINSON VEREINIGUNG</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 34 u 36 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ mill-ispiżeriji</KEYWORD><KEYWORD>Iffissar ta’ prezzijiet uniformi</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Miżura li għandha effett ekwivalenti</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑148/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri, Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150330">30 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Deutsche Parkinson Vereinigung eV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President ta’ Awla, E. Regan (Relatur) A. Arabadjiev, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Deutsche Parkinson Vereinigung eV, minn T. Diekmann, K. Nordlander u M. Meulenbelt, avukati, kif ukoll minn D. Costesec, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għal Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV, minn C. Dechamps, avukat, u J. Schwarze,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u A. Lippstreu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Russo, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson u N. Otte Widgren, kif ukoll minn E. Karlsson u L. Swedenborg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Manhaeve, J. Herkommer u A. Sipos, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE u tal-Artikolu 36 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Deutsche Parkinson Vereinigung e.V. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>DPV<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) au Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V. (assoċjazzjoni li tiġġieled kontra l-kompetizzjoni inġusta, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ZBUW<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar l-iffissar fid-dritt Ġermaniż tal-prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi dwar il-prodotti mediċinali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 78(1) tal-Gesetz über den Verkehr mit Arzneimitteln, (Arzneimittelgesetz) (liġi dwar il-prodotti mediċinali) tipprevedi :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-Ministeru għall-Ekonomija u t-Teknoloġija għandu jkun awtorizzat [...] jistabbilixxi [...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>marġini tal-prezz għall-prodotti mediċinali li huma ddistribwiti f’kummerċ bl-ingrossa jew fl-ispiżeriji jew li huma mibjugħa mill-ġdid minn kirurgi veterinarji.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz tal-liġi tad-<DATE ISO="20121019">19 ta’ Ottubru 2012</DATE> (BGBl. I, p. 2192), is-segwenti sentenza ddaħħlet fl-Artikolu 78(1) tal-liġi dwar il-prodotti mediċinali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Arzneipreisverordnung, adottat fuq il-bażi tal-ewwel sentenza, japplika wkoll għall-prodotti mediċinali introdotti fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Liġi skont il-punt 1a tal-paragrafu 73(1).<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-punt 1a tal-paragrafu 73(1) tal-liġi dwar il-prodotti mediċinali, li għalih jagħmel riferiment l-Artikolu 78(1) ta’ din il-liġi, jirrigwarda l-bejgħ bil-korrispondenza ta’ prodotti mediċinali kkonsenjati fil-Ġermanja lill-konsumaturi finali minn spiżeriji li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. L-Awla Komuni tal-Qrati Federali Superjuri Ġermaniżi ddeċidiet, permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20120822">22 ta’ Awwissu 2012</DATE>, li, bħall-verżjoni emendata tal-liġi dwar il-prodotti mediċinali, għandha tiġi interpretata l-verżjoni l-iktar antika ta’ din il-liġi fis-sens li l-Arzneimittelpreisverordnung (id-Digriet dwar il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali) japplika bl-istess mod għal dan il-bejgħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 78(2) tal-liġi dwar il-prodotti mediċinali jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-prezzijiet u l-marġini tal-prezzijiet għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi ta’ prodotti mediċinali, kirurgi veterinarji, spiżeriji u l-kummerċ bl-ingrossa. Għandu jiġi ggarantit prezz uniformi tal-bejgħ bl-imnut għall-prodotti mediċinali li ma jistgħux jinbiegħu jekk mhux minn spiżeriji [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet dwar il-prezzijiet ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ prodotti mediċinali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Digriet dwar il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali jipprevedi li l-manifattur għandu jistabbilixxi prezz għall-prodott mediċinali tiegħu li, skont l-Artikolu 2 ta’ dan id-digriet, għandhom jiżdiedu miegħu żidiet intiżi għall-bejjiegħ bl-ingrossa u kif ukoll kif jipprevedi l-Artikolu 3 tal-imsemmi digriet, żidiet għall-ispiżeriji. Dan l-istess digriet ma japplikax għall-prodotti mediċinali li ma humiex suġġetti għal preskrizzjoni medika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi dwar ir-reklamar fis-settur tas-saħħa</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-punt 2 tal-Artikolu 7(1) tal-Heilmittelwerbegesetz (liġi dwar ir-reklamar fis-settur tas-saħħa) jipprojbixxi rikompensi fi flus, bħalma huma, skonti u bonusijiet, kif ukoll rigali pubbliċitarji għall-prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>DPV hija organizzazzjoni ta’ awtoassistenza li l-għan tagħha huwa li ttejjeb il-ħajja tal-pazjenti bil-marda ta’ Parkinson u dik tal-familji tagħhom. Permezz ta’ ittra ta’ Lulju 2009, li tippromwovi kooperazzjoni kummerċjali bejn DPV u l-ispiżerija Olandiża tal-bejgħ bil-korrispondenza DocMorris, DPV informat lill-membri tagħha b’sistema ta’ bonus li tipprevedi għall-prodotti mediċinali li jikkuraw il-marda ta’ Parkinson, li huma suġġetti għal preskrizzjoni medika u li jistgħu jinkisbu biss mill-ispiżeriji, diversi bonusijiet meta jinxtraw mingħand DocMorris mill-membri ta’ DPV (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>sistema ta’ bonus<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Iz-ZBUW tikkunsidra, b’mod partikolari li s-sistema ta’ bonus tikser il-leġiżlazzjoni Ġermaniża li tipprevedi l-iffissar ta’ prezz uniformi għall-konsenja mill-ispiżeriji għal prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Landgericht Düsseldorf (qorti reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) laqgħet it-talba għal inġunzjoni mressqa miz-ZBUW u pprojbit lil DPV li tippromwovi s-sistema ta’ bonus b’mod analoga għal dak użat permezz tal-ittra mibgħuta fix-xahar ta’ Lulju 2009. DPV appellat mis-sentenza tal-Landgericht Düsseldorf (qorti reġjonali ta’ Düsseldorf) quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Din il-qorti rrilevat li s-sistema ta’ bonus tikser id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti mhux biss meta spiżjar jikkonsenja prodott mediċinali li l-prezz tiegħu huwa impost għal prezz differenti minn dak li għandu jiġi ffatturat skont id-Digriet dwar il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali, iżda wkoll meta, parallellament max-xiri tal-prodott mediċinali għall-prezz impost, jingħataw lill-klijent vantaġġi li juru x-xiri bħala li huwa ekonomikament iktar vantaġġuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-punt ta’ jekk, f’sitwazzjoni bħal dik f’dan il-każ, l-Artikolu 78(1) tal-liġi dwar il-prodotti mediċinali, kemm fil-verżjoni inizjali kif ukoll fil-verżjoni emendata, fihiex restrizzjoni li hija pprojbita skont l-Artikolu 34 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-każ fejn il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu jiġu sodisfatti, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) tistaqsi jekk l-iffissar tal-prezzijiet imposti jistax jiġi ġġustifikat skont l-Artikoli 36 TFUE għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem. Skont din il-qorti, l-eżami tal-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni tqajjem, b’mod partikolari, il-kwistjoni ta’ jekk il-possibbiltà riċenti offerta lill-popolazzjoni rurali li jiksbu l-prodotti mediċinali permezz tal-bejgħ bil-korrispondenza tistax ta’ mill-inqas tirrelativizza l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta, b’mod partikolari, fl-aħħar nett, mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sokoll‑Seebacher</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑367/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:68">EU:C:2014:68</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju hija tal-fehma li l-evalwazzjoni tal-kwistjoni ta’ jekk l-iffissar tal-prezzijiet imposti biss għall-prodotti mediċinali suġġetti għall-preskrizzjoni medika jiżgurax il-provvista uniformi lill-popolazzjoni fit-territorju kollu ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika tkun probabbilment determinanti għas-soluzzjoni tat-tilwima prinċipali. Din il-qorti tirrileva li, sa issa, iz-ZBUW ma ressqitx la argument konkret fuq dan il-punt u lanqas dokumenti li jsostnu dan l-argument. L-espożizzjoni tal-motivi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirreferi sempliċiment għall-allegati riskji li s-sistema ta’ prezzijiet imposti inkwistjoni fil-kawża prinċipali trid tikkumbatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju għandha dubji, barra minn hekk, fuq il-punt ta’ jekk, fir-rigward tal-possibbiltà ta’ konsenja bil-korrispondenza, jekk ikun il-każ, għandu jiġi ttollerat theddid eventwali lill-ispiżeriji tradizzjonali, b’mod partikolari fiż-żoni rurali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Minkejja jitressqu raġunijiet oħra fl-espożizzjoni tal-motivi tal-liġi <DATE ISO="20121019">19 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-qorti tar-rinviju ma tqishomx <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> bħala ġustifikazzjoni suffiċjenti sabiex tirrestrinġi il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iffissar ta’ prezzijiet imposti għall-prodotti mediċinali mogħtija bi preskrizzjoni tat-tabib, stipulat mid-dritt nazzjonali, jikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-iffissar tal-prezzijiet imposti għall-prodotti mediċinali mogħtija bi preskrizzjoni tat-tabib huwa ġġustifikat skont l-Artikolu 36 TFUE għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ persuni, b’mod partikolari jekk huwa biss b’dan il-mod li tista’ tiġi ggarantita fil-Ġermanja kollha, partikolarment fiż-żoni rurali, provvista uniformi ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni li tkopri t-territorju kollu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għat-tieni domanda: liema rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti sabiex jiġi kkonstatat ġudizzjarjament li s-sitwazzjoni prevista fit-tieni parti tat-tieni domanda fil-fatt teżisti ?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 34 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, tikkostitwixxix miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-moviment liberu tal-merkanzija huwa prinċipju fundamentali tat-Trattat FUE li jsib l-espressjoni tiegħu fil-projbizzjoni mniżżla fl-Artikolu 34 TFUE ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll il-miżuri kollha li għandhom effett ekwivalenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070605">5 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Rosengren <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑170/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:313">EU:C:2007:313</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa stabbilit li s-sistema ta’ prezzijiet imposti tapplika kemm għall-ispiżeriji li għandhom is-sede tagħhom fil-Ġermanja kif ukoll għal dawk fi Stati Membri oħra. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk din is-sistema tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandha titfakkar il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja skont liema l-projbizzjoni, stabbilita fl-Artikolu 34 TFUE, ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi tirrigwarda l-miżuri kollha tal-Istati Membri li jistgħu jfixklu direttament jew indirettament, attwalment jew potenzjalment, l-importazzjonijiet bejn l-Istati Membri (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:492">EU:C:2008:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, fir-rigward ta’ projbizzjoni imposta mid-dritt Ġermaniż li jsir bejgħ b’korrispondenza ta’ prodotti mediċinali li bejgħ tagħhom hija rriżervata esklużivament lill-ispiżeriji fl-Istat Membru kkonċernat, li tali projbizzjoni jikkawża żvantaġġ ikbar lill-ispiżeriji li jinsabu barra l-Ġermanja milli lil dawk li jinsabu fit-territorju Ġermaniż. Jekk għal dawn tal-aħħar ftit jista’ jingħad kontra l-fatt li din il-projbizzjoni ċċaħħadhom minn mezz addizzjonali jew alternattiv li jilħqu s-suq Ġermaniż ta’ konsumaturi finali tal-prodotti mediċinali, jibqa’ l-fatt li tibqgħalhom il-possibbiltà li jbigħu l-prodotti mediċinali fl-ispiżeriji tagħhom. Min‑naħa l‑oħra, l‑internet huwa mezz iktar importanti għall‑ispiżeriji li mhumiex stabbiliti fit‑territorju Ġermaniż biex jilħqu direttament l‑imsemmi suq. Projbizzjoni li għandha impatt żvantaġġuż ikbar fuq spiżeriji stabbiliti barra t-territorju Ġermaniż tista’ timpedixxi l-aċċess għas-suq ta’ prodotti minn Stati Membri oħrajn iktar milli timpedixxi l-aċċess għal prodotti domestiċi u tikkostitwixxi, għaldaqstant, miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva, fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Deutscher Apothekerverband</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:664">EU:C:2003:664</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, bħal ZBUW kif ukoll bħalma l-gvernijiet tal-Ġermanja u tal-Isvezja enfasizzaw huma stess, l-ispiżeriji tradizzjonali huma, bħala prinċipju, iktar kapaċi mill-ispiżeriji tal-bejgħ bil-korrispondenza biex jagħtu lill-pazjenti parir individwali permezz tal-persunal fl-ispiżerija u sabiex tiġi żgurata provvista ta’ prodotti mediċinali f’każ ta’ emerġenza. Sa fejn l-ispiżeriji tal-bejgħ bil-korrispondenza ma jistgħux, minħabba l-fatt li joffru servizzi ristretti, jissostitwixxu b’mod xieraq dawn is-servizzi, għandu jiġi kkunsidrat li l-kompetizzjoni mill-prezzijiet tista’ tirrappreżenta parametru kompetittiv usa’ għal dawn tal-aħħar milli għall-ispiżeriji tradizzjonali, dan il-parametru jikkundizzjona l-possibbiltà tagħhom li jaċċedu direttament għas-suq Ġermaniż u li jibqgħu kompetittivi fih.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, u peress li l-bejgħ bil-korrispondenza jikkostitwixxi mezz iktar importanti, jekk hux saħansitra, eventwalment, l-uniku mezz, inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi partikolari tas-suq Ġermaniż kif jirriżulta mill-fajl imressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja, għall-ispiżeriji stabbiliti fi Stati Membri oħra milli għall-ispiżeriji stabbiliti fil-Ġermanja sabiex jaċċedu direttament għas-suq, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taffettwax bl-istess mod il-bejgħ tal-prodotti mediċinali nazzjonali u dak tal-prodotti mediċinali ġejjin minn Stati Membri oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-impożizzjoni ta’ prezz ta’ bejgħ uniformi, bħal dak previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża, għandha impatt ikbar fuq spiżeriji stabbiliti fi Stat Membru li ma huwiex ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja minn dawk li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju Ġermaniż, fatt li jista’ jimpedixxi l-aċċess għas-suq ta’ prodotti minn Stati Membri oħrajn iktar milli timpedixxi l-aċċess għal prodotti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu, peress li din il-leġiżlazzjoni taffettwa l-iktar il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika minn spiżeriji stabbiliti fi Stati Membri oħra milli l-bejgħ ta’ prodotti mediċinali minn spiżeriji stabbiliti fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 36 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, tista’ tiġi ġġustifikata għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem fis-sens ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandha titfakkar il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja skont liema l-Artikolu 36 TFUE, bħala eċċezzjoni għar-regola tal-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan l-Unjoni, għandu jiġi interpretat strettament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850110">10 ta’ Jannar 1985</DATE>, <NAME.CASE>Association des Centres distributeurs Leclerc u Thouars Distribution</NAME.CASE>, <NO.CASE>229/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:1">EU:C:1985:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> ; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:492">EU:C:2008:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Humanplasma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑421/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:760">EU:C:2010:760</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ miżura nazzjonali li taqa’ taħt il-qasam tas-saħħa pubblika, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’diversi okkażjonijiet li s-saħħa u l-ħajja tal-persuni jokkupaw l-ewwel post fost il-beni u l-interessi protetti mit-Trattat u li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw il-livell ta’ protezzjoni li huma jixtiequ jagħtu lis-saħħa pubblika kif ukoll il-mod li bih dan il-livell għandu jintlaħaq. Peress li dan il-livell jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor, għandu jiġi rrikonoxxut marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Visnapuu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:751">EU:C:2015:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’mod partikolari, in-neċessità li tiġi żgurata l-provvista stabbli tal-pajjiż għall-finijiet mediċi essenzjali tista’ tiġġustifika, fis-dawl tal-Artikolu 36 TFUE, ostakolu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, sa fejn dan l-għan jaqa’ taħt il- protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950328">28 ta’ Marzu 1995</DATE>, <NAME.CASE>Evans Medical u Macfarlan Smith</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:84">EU:C:1995:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Anki jekk huwa stabbilit, fil-kawża prinċipali, li l-bejgħ bil-korrispondenza ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika ma għadhiex ipprojbita fil-Ġermanja, iz-ZBUW kif ukoll il-gvernijiet tal-Ġermanja u tal-Isvezja jsostnu li s-sistema ta’ prezzijiet uniformi li tapplika għall-bejgħ ta’ dawn il-prodotti mediċinali hija ġġustifikata bil-għan li tiġi żgurata fost il-popolazzjoni Ġermaniża provvista ta’ prodotti mediċinali sigura u ta’ kwalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont il-Gvern tal-Ġermanja, l-imsemmija sistema hija intiża li tiżgura li l-ispiżeriji tal-bejgħ bil-korrispondenza ma jinqabdux f’kompetizzjoni rovinuża permezz ta’ prezzijiet li jwasslu għal-għajbien tal-ispiżeriji tradizzjonali, fuq kollox fiż-żoni rurali jew bi ftit nies li jirrappreżentaw l-insedjamenti l-inqas attraenti għal dawn tal-aħħar. Dan il-gvern jinsisti fuq il-fatt li huma biss dawn l-ispiżeriji li jistgħu jiżguraw provvista ċerta u ta’ kwalità, fuq kollox f’każ ta’ emerġenza, kif ukoll pariri individwali u kontroll effikaċi tal-prodotti mediċinali distribwiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Jekk l-għan li tiġi żgurata provvista ċerta u ta’ kwalità ta’ prodotti mediċinali fit-territorju nazzjonali kollu jaqa’, bħala prinċipju, taħt l-Artikolu 36 TFUE, xorta jibqa’ l-fatt li leġiżlazzjoni li tirrestrinġi libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat, bħalma hija l-libertà tal-moviment liberu tal-merkanzija, tista’ tiġi validament iġġustifikata biss sakemm hija adegwata sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan leġittimu mixtieq u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Humanplasma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑421/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:760">EU:C:2010:760</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Scotch Whisky Association <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:845">EU:C:2015:845</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, huma l-awtoritajiet nazzjonali, f’kull każ speċifiku, li għandhom jipproduċu l-provi neċessarji f’dan is-sens. Ir-raġunijiet ġustifikattivi li jistgħu jiġu invokati minn Stat Membru għandhom għaldaqstant jinkludu analiżi ta’ kemm il-miżura adottata minn dan l-Istat hija adattata u proporzjonali, kif ukoll elementi preċiżi li jippermettu li tissostanzja l-argumenti tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>The Scotch Whisky Association <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:845">EU:C:2015:845</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, meta teżamina leġiżlazzjoni nazzjonali inkonnessjoni mal-ġustifikazzjoni marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem, fis-sens tal-Artikolu 36 TFUE, qorti nazzjonali tkun obbligata li teżamina b’mod oġġettiv, bl-għajnuna tad-data tal-istatistika, limitati jew b’mezzi oħra, jekk il-provi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat jippermettux raġonevolment li jitqies li l-mezzi magħżula huma adatti sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti kif ukoll il-possibbiltà li jintlaħqu dawn tal-aħħar permezz ta’ miżuri inqas restrittivi fir-rigward tal-moviment liberu tal-merkanzija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>The Scotch Whisky Association <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:845">EU:C:2015:845</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-adegwatezza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali sabiex jintlaħqu l-għanijiet invokati, għandu jiġi kkonstatat li l-argument ibbażat fuq in-neċessità li tiġi żgurata l-provvista uniformi ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika fit-territorju kollu Ġermaniż ma huwiex sostnut minn ebda prova li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 35 ta’ din is-sentenza. B’mod partikolari, permezz tad-dikjarazzjonijiet ta’ natura ġenerali li ġew imressqa dwar dan is-suġġett fil-kuntest ta’ din il-kawża, ma ġiex ipprovat, kif essenzjalment, irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, kif il-fatt li jiġu imposti prezzijiet uniformi għal dawn il-prodotti mediċinali jippermetti l-iżgurar ta’ tqassim ġeografiku aħjar tal-ispiżeriji tradizzjonali fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Bil-kuntrarju, ċerti provi li fuqhom tibbaża ruħha l-Kummissjoni jissuġġerixxu li żieda fil-kompetizzjoni fil-prezzijiet bejn l-ispiżeriji tista’ tibbenefika l-provvista uniformi tal-prodotti mediċinali, billi tistimula l-istabbiliment ta’ spiżeriji fir-reġjunijiet li fihom numru żgħir ta’ spiżeriji tippermetti fatturazzjoni ta’ prezzijiet iktar għoljin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq provvista ta’ kwalità ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika, għandu jiġi kkonstatat li kuntrarjament għal dak sostnut mill-Gvern tal-Ġermanja, l-ebda prova imressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja tistabbilixxi biss li fl-assenza ta’ sistema bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ispiżeriji tal-bejgħ bil-korrispondenza jistgħu jidħlu f’kompetizzjoni fil-prezzijiet b’tali mod li xi servizzi essenzjali, bħalma hija kura ta’ emerġenza, ma jkunux jistgħu jibqgħu ggarantiti fil-Ġermanja minħabba t-tnaqqis konsegwenti tan-numru ta’ spiżeriji. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-parametri tal-kompetizzjoni barra dak tal-prezz, kif esposti fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, li jistgħu jippermettu eventwalment lill-ispiżeriji tradizzjonali li jibqgħu kompetittivi fis-suq Ġermaniż anki meta ffaċċjati b’kompetizzjoni li jikkostitwixxi il-bejgħ bil-korrispondenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-provi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ din il-kawża ma humiex suffiċjenti sabiex juru li kompetizzjoni fil-prezzijiet għall-prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika għandha effett negattiv fuq il-kisba mill-ispiżeriji tradizzjonali ta’ ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali, bħalma hija l-manifattura ta’ prodotti mediċinali bi preskrizzjoni jew iż-żamma ta’ ċerta ħażna u assortiment ta’ prodotti mediċinali. Għall-kuntrarju, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, jista’ jiġri, li meta ffaċċjati minn kompetizzjoni fil-prezzijiet mill-ispiżeriji tal-bejgħ bil-korrispondenza, l-ispiżeriji tradizzjonali jiġu inkoraġġiti li jiżviluppaw dawn l-attivitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Lanqas ma ġie stabbilit, konformement mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, li l-allegata relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ bejgħ imposti fil-kawża prinċipali u tnaqqis konsegwenti tar-riskju li l-pazjenti jipprovaw jagħmlu pressjoni fuq it-tobba sabiex jiksbu preskrizzjoni medika ta’ konvenjenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-teżi mressqa miz-ZBUW u l-Gvern tal-Ġermanja skont liema l-pazjent, fi stat ta’ saħħa dgħajjef, ma għandux ikun obbligat li jwettaq analiżi tas-suq sabiex jeżamina l-ispiżerija li toffri prodott mediċinali mixtieq bl-iktar prezz favorevoli, għandu jitfakkar li l-eżistenza ta’ riskju reali għas-saħħa tal-bniedem għandha tiġi mkejla, mhux fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali, iżda abbażi tar-riċerki xjentifiċi rilevanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940714">14 ta’ Lulju 1994</DATE>, <NAME.CASE>van der Veldt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:299">EU:C:1994:299</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, il-kunsiderazzjonijiet ġenerali mqajma f’dan ir-rigward ma huma bl-ebda mod suffiċjenti sabiex juru r-riskju veru, għas-saħħa tal-bniedem, li jirrappreżentaw il-possibbiltà għall-konsumatur li jipprova jikseb prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika bi prezz irħas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat, li bħalma għamlu DPV u l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, li f’dan il-każ, il-kompetizzjoni fil-prezzijiet tista’ tibbenefika lill-pazjent, sa fejn din tippermetti, jekk ikun il-każ, li jiġu offerti, fil-Ġermanja, il-prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika bi prezzijiet iktar favorevoli għal dawk attwalment imposti mill-Istat Membru. Fil-fatt, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, il-protezzjoni effikaċi tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni teżiġi, b’mod partikolari, li l-prodotti mediċinali jinbiegħu bi prezzijiet raġonevoli (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760520">20 ta’ Mejju 1976</DATE>, <NAME.CASE>de Peijper</NAME.CASE>, <NO.CASE>104/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:67">EU:C:1976:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiżdied li l-fatt li jeżistu miżuri nazzjonali oħra, bħar-regola ta’ esklużjoni ta’ persuni li ma humiex spiżjara li jkollhom dritt li joperaw spiżeriji, li għandha bħala għan, skont il-fajl għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-provvista ċerta u ta’ kwalità fil-Ġermanja ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika, ma għandhiex impatt fuq l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-sistema ta’ iffissar tal-prezzijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li restrizzjoni, bħal dik li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ġietx ipprovata bħala li hija adegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet invokati u għaldaqstant ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala ġġustifikata għat-twettiq ta’ dawk l-għanijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 36 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, ma tistax tiġi ġġustifikata għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem fis-sens ta’ dan l-artikolu, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma hijiex adegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu u għaldaqstant li din il-leġiżlazzjoni taffettwa l-iktar il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika minn spiżeriji stabbiliti fi Stati Membri oħra milli l-bejgħ ta’ dawn il-prodotti mediċinali minn spiżeriji stabbiliti fit-territorju nazzjonali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 36 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-iffissar ta’ prezzijiet uniformi għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għall-preskrizzjoni medika, ma tistax tiġi ġġustifikata għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem fis-sens ta’ dan l-artikolu, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma hijiex adegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>