22.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8738 — Rhône-Zodiac/Fluidra)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 173/08)

1.

Fit-3 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Piscine Luxembourg Holding 2 S.à.r.l. (“Zodiac”) l-entità li (indirettament) tikkontrolla lil Zodiac Pool Solutions S.à.r.l. Zodiac hija (indirettament) ikkontrollata minn Rhône Capital L.L.C. (“Rhône”),

—

Fluidra S.A. (“Fluidra”), ikkontrollata minn grupp ta’ persuni naturali li jiffurmaw parti mill-familji fundaturi ta’ Fluidra (il-“Familji Fundaturi ta’ Fluidra”)

Rhône u l-Familji Fundaturi ta’ Fluidra jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Zodiac u Fluidra.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Rhône-Zodiac: manifattura ta’ tagħmir tal-pixxini

—   Fluidra: manifattura ta’ tagħmir tal-pixxini.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8738 — Rhône-Zodiac/Fluidra

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).