2009D0177 — MT — 06.12.2012 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-31 ta’ Ottubru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar programmi ta’ sorveljanza u qerda u status ta’ ħelsien minn mard ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6264) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 063, 7.3.2009, p.15) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 336 |
31 |
18.12.2009 |
||
|
L 75 |
28 |
23.3.2010 |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-4 ta’ Diċembru 2012 |
L 334 |
48 |
6.12.2012 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Ottubru 2008
li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar programmi ta’ sorveljanza u qerda u status ta’ ħelsien minn mard ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6264)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/177/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi ( 1 ), u partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2), l-Artikolu 44(3), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 50(2)(a), l-Artikoli 50(3), 51(2), 59(2) u 61(3) u l-Artikolu 64 tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Direttiva 2006/88/KE tistabbilixxi miżuri minimi ta’ prevenzjoni bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi ta’ negozji ta’ produzzjoni tal-akkwakultura u oħrajn relatati ma’ din l-industrija jkunu jafu aktar dwar il-mard tal-annimali tal-akkwakultura u jitħejjew aħjar għalih, u li jkunu applikati miżuri minimi ta’ kontroll jekk ikun hemm suspett ta’ ċertu mard jew jekk dan ifaqqa’ f’annimali akkwatiċi. Hija tħassar u tissostitwixxi, mill-1 ta’ Awwissu 2008, id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq tal-annimali u prodotti tal-akkwakultura ( 2 ). |
|
(2) |
L-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li, fejn Stat Membru li ma jkunx magħruf li jkun infettat iżda li ma jkunx iddikjarat ħieles minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fit-Taqsima II tal-Anness tagħha jfassal programm ta’ sorveljanza biex jikseb status ta’ ħelsien minn waħda jew aktar minn dawk il-mardiet, huwa għandu jissottometti dak il-programm għall-approvazzjoni skont il-proċedura regolatorja. |
|
(3) |
L-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi wkoll li fejn dak il-programm ta’ sorveljanza jkun ikopri kompartimenti jew żoni waħidhom li jikkomprendu anqas minn 75 % tat-territorju tal-Istat Membru u l-kompartiment jew iż-żona jkunu jikkonsistu f’erja ta’ qbid ta’ ilma li ma tkunx tinqasam ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, għandha tkun segwita proċedura differenti, inkluż il-mudell tal-formuli li jkollhom jintbagħtu lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali (“il-Kumitat”), kif provdut fl-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2006/88/KE. |
|
(4) |
L-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li, fejn ikun magħruf li Stat Membru jkun infettat minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fit-Taqsima II tal-Anness IV tagħha jfassal programm biex jeqred waħda jew aktar minn dawk il-mardiet, huwa għandu jissottometti dak il-programm għall-approvazzjoni skont il-proċedura regolatorja. |
|
(5) |
Fejn Stat Membru jkun jixtieq jikseb l-istatus ta’ ħelsien minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fit-Taqsima II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva għat-territorju kollu tiegħu skont l-Artikolu 49(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, huwa għandu jissottometti prova biex ikun dikjarat ħieles minn mard skont il-proċedura regolatorja. |
|
(6) |
L-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li Stat Membru jista’ jiddikjara żona jew kompartiment ġewwa t-territorju tiegħu bħala ħieles minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fit-Taqsima II tal-Anness IV tiegħu taħt ċerti kondizzjonijiet. Stat Membru li jagħmel dikjarazzjoni bħal din għandu jissottomettiha lill-Kumitat skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu. |
|
(7) |
Barra minn dan, l-Artikolu 50(3) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li fejn dik iż-żona jew kompartiment jikkomprendi aktar minn 75 % tat-territorju tal-Istat Membru jew ikun jikkonsisti f’erja ta’ qbid ta’ ilma li tkun tinqasam ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(2) ta’ dik id-Direttiva għandha tkun sostitwita mill-proċedura regolatorja. |
|
(8) |
Jeħtieġ li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati biex ikun speċifikat f’liema każijiet għandhom ikunu approvati programmi ta’ sorveljanza u dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard skont il-proċedura regolatorja. |
|
(9) |
Għandhom jitfasslu listi ta’ Stati Membri, żoni jew kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza jew qerda approvati skont il-proċedura regolatorja, jew li għalihom ikun ġie approvat status ta’ ħelsien minn mard. |
|
(10) |
Għandhom jitfasslu wkoll mudelli ta’ formuli għas-sottomissjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għal approvazzjoni u għal dikjarazzjonijiet ta’ programmi bħal dawn. Għandu jitfassal ukoll mudell ta’ formula għal Stati Membri biex jirrapportaw dwar l-evoluzzjoni ta’ ċerti programmi ta’ qerda u ċerti programmi ta’ sorveljanza. Barra minn hekk, għandu jitfassal mudell ta’ formula għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal status ta’ ħelsien minn mard għal approvazzjoni u għal dikjarazzjonijiet ta’ status bħal dan. |
|
(11) |
L-Anness V tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/425/KE tal-25 ta’ April 2008 ( 3 ) li tistabbilixxi rekwiżiti standard biex l-Istati Membri jissottomettu programm nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitotaġġ ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali għal finanzjament Komunitarju jinkludi l-analiżi dettaljata tal-ispiża tal-programmi li għalihom l-Istati Membri jkunu jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja. Fl-interess tal-konsistenza tal-liġijiet Komunitarji, il-mudell tal-formula għas-sottomissjoni ta’ programmi ta’ qerda għal approvazzjoni skont id-Direttiva 2006/88/KE għandu jkun konformi mal-mudell li jinsab f’dak l-Anness. |
|
(12) |
Tkun meħtieġa informazzjoni annwali mingħand l-Istati Membri biex tkun eżaminata l-evoluzzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza approvati, kif ukoll ta’ programmi ta’ qerda approvati li ma jkunux soġġetti għal finanzjament Komunitarju. Għal dak il-għan, għandu jintbagħat rapport kull sena lill-Kummissjoni. Minħabba li programmi ta’ qerda soġġetti għal finanzjament Komunitarju huma skont l-iskop tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju ( 4 ), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-kwistjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ dawk il-programmi b’mod konformi ma’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Dikjarazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza u dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kumitat għandhom ikunu aċċessibbli mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri l-oħra b’mezzi elettroniċi. Is-soluzzjoni l-aktar fattibbli b’mod tekniku hija li jkun hemm paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet, billi din tiżgura aċċess faċli għal dikjarazzjonijiet bħal dawn. |
|
(14) |
Skont id-Direttiva 91/67/KEE, id-deċiżjonijiet li ġejjin approvaw żoni meħlusin minn mard, irziezet tal-ħut u programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ ħelsien minn mard: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE tat-22 ta’ April 2002 li tistabbilixxi listi ta’ żoni u postijiet ta’ tkabbir rigward waħda jew aktar mill-mard tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) ( 5 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE tat-18 ta’ April 2002 li tistabbilixxi l-lista taż-żoni li għandhom l-approvazzjoni rigward il-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens ( 6 ), Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE tat-28 ta’ Awwissu 2003 li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u rziezet approvati f’żoni li mhumiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut ( 7 ), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/722/KE tal-25 ta’ Ottubru 1994 li tapprova l-programm fir-rigward tal-bonamiosis u l-marteiliosis sottomess minn Franza ( 8 ). |
|
(15) |
Il-kriterji għal status ta’ ħelsien minn mard fid-Direttiva 2006/88/KE huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/67/KEE, fir-rigward tal-approvazzjoni tat-territorju kollu tal-Istati Membri, żoni kontinentali u rziezet f’żoni mhux approvati. |
|
(16) |
Għalhekk, żoni kontinentali u rziezet approvati skont id-Direttiva 91/67/KEE ma jeħtiġilhomx ikunu ddikjarati lill-Kumitat skont id-Direttiva 2006/88/KE. Għandhom ukoll ikunu inklużi fil-lista ta’ żoni u kampartimenti aċċessibbli fil-paġni fuq l-Internet stabbilita b’din id-Deċiżjoni. |
|
(17) |
Iżda l-kunċett ta’ żona kostali mhux mogħti fid-Direttiva 2006/88/KE. Postijiet approvati bħala żoni kostali meħlusin minn mard skont id-Direttiva 91/67/KEE għandhom, għalhekk, ikunu eżaminati mill-ġdid mill-Istati Membri u għandha tintbagħat applikazzjoni ġdida, jew jekk ikun il-każ, dikjarazzjoni ġdida, skont id-Direttiva 2006/88/KE. |
|
(18) |
Id-Deċiżjonijiet 2002/300/KE u 2002/308/KE għandhom, għalhekk, jitħassru mill-1 ta’ Awwissu 2009, u b’hekk l-Istati Membri jitħallew ikollhom żmien biżżejjed biex jibagħtu dikjarazzjonijiet ġodda jew applikazzjonijiet fir-rigward ta’ dawk iż-żoni kostali. |
|
(19) |
Id-distinzjoni bejn programmi ta’ sorveljanza u ta’ qerda mhix mogħtija fid-Direttiva 91/67/KEE. Iżda minħabba li r-rekwiżiti li japplikaw għal programmi bħal dawn huma ekwivalenti, il-programmi approvati skont id-Deċiżjonijiet 2003/634/KE u 94/722/KE għandhom jitqiesu bħala konformi mad-Direttiva 2006/88/KE. Bil-għan li jkun identifikat liema minn dawk il-programmi għandhom jitqiesu bħala programmi ta’ sorveljanza jew ta’ qerda u jkunu inklużi fil-listi rilevanti li jinsabu f’din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni dwar dawk il-programmi lill-Kumitat sat-30 ta’ April 2009. |
|
(20) |
Il-miżuri mogħtija f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
SEZZJONI 1
SOTTOMISSJONI TA’ PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA U DIKJARAZZJONIJIET TA’ STATUS TA’ ĦELSIEN MINN MARD GĦAL APPROVAZZJZONI
Artikolu 1
Kondizzjonijiet għal sottomissjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għal approvazzjoni
1. Programmi ta’ sorveljanza għandhom jintbagħtu biss, kif provdut fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, jekk ikunu jkopru:
(a) it-territorju kollu tal-Istat Membru;
(b) kompartimenti jew gruppi tagħhom, li jkunu jikkomprendu aktar minn 75 % tal-erja kostali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward ta’ mard li jolqot biss speċijiet ta’ ilma mielaħ;
(ċ) żoni u kompartimenti, jew gruppi tagħhom, li jikkomprendu aktar minn 75 % tal-erja kontinentali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward ta’ mard li jolqot biss speċijiet ta’ ilma ħelu;
(d) żoni u kompartimenti, jew gruppi tagħhom, li jikkomprendu aktar minn 75 % tal-erja kontinentali u tal-erja kostali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward ta’ mard li jolqot speċijiet kemm ta’ ilma ħelu kif ukoll ta’ ilma mielaħ; jew
(e) żoni u kompartimenti, li jikkonsistu f’erjas ta’ qbid ta’ ilma maqsumin ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz.
2. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, kompartiment jew grupp ta’ kompartimenti ta’ erja kostali għandhom jitqiesu li jkopru aktar minn 75 % tal-erja kostali ta’ Stat Membru meta jkopru aktar minn 75 % tal-linja kostali, imkejla tul il-linja bażi tal-kosta.
Artikolu 2
Kondizzjonijiet għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard għal approvazzjoni
Dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard għandhom jintbagħtu biss għal approvazzjoni, kif provdut fl-Artikolu 50(3) tad-Direttiva 2006/88/KE, jekk id-dikjarazzjoni tkun konformi ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni.
SEZZJONI 2
LISTI TA’ STATI MEMBRI, ŻONI U KOMPARTIMENTI SOĠĠETTI GĦAL PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA U QERDA APPROVATI U POSTIJIET ĦIELSA MINN MARD
Artikolu 3
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza approvati
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programm ta’ sorveljanza approvat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE huma elenkati fit-tieni u r-raba’ kolonna tat-tabella fit-Taqsima A tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-mard speċifikat f’dik it-tabella.
Artikolu 4
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ qerda approvati
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programm ta’ qerda approvat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE huma elenkati fit-tieni u r-raba’ kolonna tat-tabella fit-Taqsima B tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-mard speċifikat f’dik it-tabella.
Artikolu 5
Stati Membri, żoni u kompartimenti ħielsa minn mard
Stati Membri dikjarati bħala ħielsa minn mard skont l-Artikolu 49(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, u żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa minn mard skont l-Artikolu 50(3) ta’ dik id-Direttiva, huma elenkati fit-tieni u r-raba’ kolonna tat-tabella fit-Taqsima C tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-mard speċifikat f’dik it-tabella.
SEZZJONI 3
MUDELL TA’ FORMULI GĦAL SOTTOMISSJONIJIET TA’ DIKJARAZZJONIJIET U APPLIKAZZJONIJIET
Artikolu 6
Mudell ta’ formuli għal programmi ta’ sorveljanza
1. Sottomissjonijiet għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza, kif provdut fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formuli li jinsab fl-Annessi II u III ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Sottomissjonijiet għal dikjarazzjonijiet ta’ programmi ta’ sorveljanza, kif ipprovdut fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formula li jinsab fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Mudell ta’ formula għal programmi ta’ qerda
Sottomissjonijiet għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ qerda, kif ipprovdut fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formula li jinsab fl-Anness V tad-Deċiżjoni 2008/425/KE.
Artikolu 8
Mudell ta’ formuli għas-sottomissjsoni għal status ta’ ħelsien minn mard
1. Sottomissjonijiet ta’ dokumentazzjoni għall-approvazzjoni ta’ status ta’ ħelsien minn mard, kif ipprovdut fl-Artikolu 49(1) u fl-Artikolu 50(3) tad-Direttiva 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formuli li jinsab fl-Annessi IV u V ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Sottomissjonijiet ta’ dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard ta’ żoni jew kompartimenti, kif provdut fl-Artikolu 50(2) tad-Deċiżjoni 2006/88/KE, għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-formuli li jinsab fl-Annessi IV u V ta’ din id-Deċiżjoni.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, meta status ta’ ħelsien minn mard ikollu jinkiseb skont l-Artikoli 49(1)(a), (b) jew il-punt 1 tat-Taqsima I tal-Anness V tad-Direttiva 2006/88/KE, l-Istati Membri ma jkunx jeħtiġilhom li jissottomettu l-mudell tal-formuli li jinsab fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni.
SEZZJONI 4
OBBLIGI TA’ RAPPORTI U INFORMAZZJONI BL-INTERNET
Artikolu 9
Rapportaġġ
Mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar:
(a) programmi ta’ sorveljanza approvati skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE;
(b) programmi ta’ qerda mhux soġġetti għal finanzjament u approvati skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2) ta’ dik id-Direttiva.
Ir-rapport għandu jkun konformi mal-mudell tal-formula li jinsab fl-Anness VI ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Paġni ta’ informazzjoni bl-Internet
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw paġni ta’ informazzjoni bl-Internet biex jagħmlu:
(a) dikjarazzjonijiet ta’ programmi ta’ sorveljanza mibgħuta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali (‘il-Kumitat’), skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2006/88/KE, aċċessibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra;
(b) dikjarazzjonijiet ta’ status ħieles minn mard mibgħuta lill-Kumitat, skont l-Artikolu 50(2) ta’ dik id-Direttiva, aċċessibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra;
(ċ) disponibbli għall-pubbliku l-lista ta’ żoni jew kompartimenti ddikjarati soġġetti għal programm ta’ sorveljanza approvat jew ħielsa minn mard, skont l-Artikolu 50(2) ta’ dik id-Direttiva.
2. Meta l-Istati Membri jippubblikaw fil-paġni ta’ informazzjoni bl-Internet id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, huma għandhom mill-ewwel jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-indirizzi fuq l-Internet tal-paġni ta’ informazzjoni bl-Internet kif imsemmi fil-paragrafu 1.
SEZZJONI 5
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward ta’ postijiet ħielsa minn mard
1. Żoni kontinentali rikonoxxuti bħala approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) mid-Deċiżjoni 2002/308/KE u elenkati fl-Anness I tagħha għandhom jitqiesu bħala żoni konformi mar-rekwiżiti għal żoni ħielsa minn mard li jinsabu fl-Anness V tad-Direttiva 2006/88/KE.
2. Rziezet tal-ħut rikonoxxuti bħala approvati fir-rigward tal-VHS u l-IHN mid-Deċiżjoni 2002/308/KE u elenkati fl-Anness II tagħha għandhom jitqiesu bħala kompartimenti konformi mar-rekwiżiti għal kompartimenti ħielsa minn mard li jinsabu fl-Anness V tad-Direttiva 2006/88/KE.
3. Żoni kontinentali u rziezet tal-ħut imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi fil-lista ta’ żoni u kompartimenti stabbiliti skont l-Artikolu 10(1)(c).
4. B’deroga mill-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2006/88/KE, l-Istati Membri m’għandux ikun jeħtiġilhom li jibagħtu dikjarazzjonijiet lill-Kumitat, fir-rigward taż-żoni kontinentali u rziezet tal-ħut imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward ta’ programmi approvati
1. B’deroga mill-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/88/KE, l-Istati Membri m’għandux ikun jeħtiġilhom li jibagħtu programmi ta’ sorveljanza u qerda li kienu approvati bil-għan li jinkiseb status ta’ żona fir-rigward ta’:
(a) VHS u IHN bid-Deċiżjoni 2003/634/KE;
(b) bonamiosis u marteiliosis bid-Deċiżjoni 94/722/KE.
2. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2009, l-Istati Membri konċernati għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-programmi msemmijin fil-paragrafu 1, li għandu jkollu mill-anqas:
(a) informazzjoni dwar id-dimarkazzjoni ġeografika tal-programmi;
(b) l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness VI għall-erba’ snin ta’ qabel ta’ implimentazzjoni tal-programmi.
SEZZJONI 6
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Revoka
Id-Deċiżjoni 2002/300/KE u 2002/308/KE huma revokati b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2009.
Artikolu 14
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2008.
Artikolu 15
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PARTI A
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ sorveljanza approvati
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi ISO |
Dimarkazzjoni ġeografika tal-erja taħt programm ta’ sorveljanza (Stati Membri, żoni jew kompartimenti) |
|
Is-settiċemija virali emorraġika (VHS) |
|||
|
Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) |
|||
|
Il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV) |
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
L-Ungerija |
HU |
It-territorju kollu |
|
|
L-anemija infettiva tas-salamun (ISA) |
|||
|
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
|||
|
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
|||
|
Il-marda tal-white spot |
PARTI B
Stati Membri, żoni u kompartimenti soġġetti għal programmi ta’ qerda approvati
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi ISO |
Dimarkazzjoni ġeografika taż-żona taħt programm ta’ qerda (Stati Membri, żoni jew kompartimenti) |
|
Settiċemija emorraġika virali (VHS) |
Id-Danimarka |
DK |
Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma li ġejjin: Tim Å, Hover Å, Heager Å, Velling Å, Skjern Å, Hemmet Mølle Bæk, Lydum Å, Kongeå, Kolding Å, Vejle Å u Holmsland Klit. |
|
Il-Finlandja |
FI |
Il-Provinċja ta’ Åland |
|
|
Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) |
|||
|
Il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV) |
Il-Ġermanja |
DE |
Is-Sassonja |
|
L-infezzjoni mill-Marteilia refringens |
|||
|
L-infezzjoni mill-Bonamia ostreae |
|||
|
Il-marda tal-white spot |
PARTI C
Stati Membri, żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi ISO |
Dimarkazzjoni ġeografika tal-erja ħielsa mill-mard (Stati Membri, żoni jew kompartimenti) |
|
Is-settiċemija virali emorraġika (VHS) |
Id-Danimarka |
DK |
Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma u kostali ta’: — Hansted Å — Hovmølle Å — Grenå — Treå — Alling Å — Kastbjerg — Villestrup Å — Korup Å — Sæby Å — Elling Å — Uggerby Å — Lindenborg Å — Øster Å — Hasseris Å — Binderup Å — Vidkær Å — Dybvad Å — Bjørnsholm Å — Trend Å — Lerkenfeld Å — Vester Å — Lønnerup med tilløb — Fiskbæk Å — Slette Å — Bredkær Bæk — Vandløb til Kilen — Resenkær Å — Klostermølle Å — Hvidbjerg Å — Knidals Å — Spang Å — Simested Å — Skals Å — Jordbro Å — Fåremølle Å — Flynder Å — Damhus Å — Karup Å — Gudenåen — Halkær Å — Storåen — Århus Å — Bygholm Å — Grejs Å — Ørum Å |
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
|
Ċipru |
CY |
Iż-żoni kontinentali kollha fit-territorju tiegħu |
|
|
Il-Finlandja |
FI |
Iż-żoni kontinentali u kostali kollha ġewwa t-territorju tagħha, ħlief il-Provinċja ta’ Åland |
|
|
L-Isvezja |
SE |
It-territorju kollu |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
Iż-żoni kollha kontinentali u kostali fil-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey |
|
|
Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) |
Id-Danimarka |
DK |
It-territorju kollu |
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
|
Ċipru |
CY |
Iż-żoni kontinentali kollha fit-territorju tiegħu |
|
|
Il-Finlandja |
FI |
It-territorju kollu |
|
|
L-Isvezja |
SE |
It-territorju kollu |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
Iż-żoni kollha kontinentali u kostali fil-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey |
|
|
Il-marda tal-vajrus tal-erpete tal-koi (KHV) |
|||
|
L-anemija infettiva tas-salamun (ISA) |
Il-Belġju |
BE |
It-territorju kollu |
|
Il-Bulgarija |
BG |
It-territorju kollu |
|
|
Ir-Repubblika Ċeka |
CZ |
It-territorju kollu |
|
|
Id-Danimarka |
DK |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Ġermanja |
DE |
It-territorju kollu |
|
|
L-Estonja |
EE |
It-territorju kollu |
|
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Greċja |
EL |
It-territorju kollu |
|
|
Spanja |
ES |
It-territorju kollu |
|
|
Franza |
FR |
It-territorju kollu |
|
|
L-Italja |
IT |
It-territorju kollu |
|
|
Ċipru |
CY |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Latvja |
LV |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Litwanja |
LT |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Lussemburgu |
LU |
It-territorju kollu |
|
|
L-Ungerija |
HU |
It-territorju kollu |
|
|
Malta |
MT |
It-territorju kollu |
|
|
Il-pajjiżi baxxi |
NL |
It-territorju kollu |
|
|
L-Awstrija |
AT |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Polonja |
PL |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Portugall |
PT |
It-territorju kollu |
|
|
Ir-Rumanija |
RO |
It-territorju kollu |
|
|
Is-Slovenja |
SI |
It-territorju kollu |
|
|
Is-Slovakkja |
SK |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Finlandja |
FI |
It-territorju kollu |
|
|
L-Isvezja |
SE |
It-territorju kollu |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
Iż-żoni kollha kontinentali u kostali fil-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, Guernsey, l-Isle of Man u Jersey ►M3 minbarra l-Gżejjer Shetland tal-Lbiċ ◄ |
|
|
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
Ir-Renju Unit |
UK |
Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja Il-kosta kollha tal-Irlanda ta’ Fuq Il-kosta kollha ta’ Guernesey u Herm Iż-żona kostali tal-Istati ta’ Jersey: iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta’ tifrigħ tal-baħar u l-kosta l-iktar viċin bejn fejn hemm l-anqas friegħ fil-Gżira ta’ Jersey u linja immaġinarja tliet mili nawtiċi mill-anqas livell baxx ta’ friegħ tal-ilma tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t’isfel tal-Kanal Ingliż Il-kosta kollha tal-Isle of Man |
|
|
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
L-Irlanda |
IE |
Il-kosta kollha tal-Irlanda, minbarra: 1. Cork Harbour; 2. Il-Bajja ta’ Galway; 3. Il-Port ta’ Ballinakill; 4. Il-Bajja ta’ Clew; 5. Il-Kanal ta’ Achill; 6. Loughmore, il-Bajja ta’ Blacksod; 7. Lough Foyle; 8. Lough Swilly |
|
Ir-Renju Unit |
UK |
Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja, minbarra: 1. il-kosta tan-Nofsinhar ta’ Cornwall minn Lizard sa Start Point; 2. il-kosta ta’ Dorset, Hampshire u Sussex minn Portland Bill sa Selsey Bill; 3. iż-żona tul il-kosta ta’ North Kent u Essex minn North Foreland sa Felixstowe; 4. iż-żona tul il-kosta tal-Lbiċ ta’ Wales minn Wooltack Point sa St Govan’s Head, inklużi Milford Haven u l-ibħra tal-frugħ tal-Lvant u l-Punent tax-xmara Cleddau; 5. iż-żona fejn hemm l-ilmijiet ta’ Loch Sunart fuq in-naħa tal-Lvant ta’ linja mfassla min-Nofsinhar Xlokk mill-ponta l-aktar għolja ta’ Maclean’s Nose sa Auliston Point; 6. iż-żona fejn hemm Loch Tarbert tal-Punent Grigal tal-linja maħżuża Xlokk il-Lvant f’Ardpatrick Point NR 734 578 lejn North Dunskeig Bay f’NR 752 568 Il-kosta kollha tal-Irlanda ta’ Fuq, minbarra: 1. Lough Foyle; 2. Strangford Lough Il-kosta kollha ta’ Guernsey, Herm u tal-Isle of Man Iż-żona kostali tal-Istati ta’ Jersey: iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta’ tifrigħ tal-baħar u l-kosta l-iktar viċin bejn fejn hemm l-anqas friegħ fil-Gżira ta’ Jersey u linja immaġinarja tliet mili nawtiċi mill-anqas livell baxx ta’ friegħ tal-ilma tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t’isfel tal-Kanal Ingliż. |
|
|
Il-marda tal-white spot |
|||
ANNESS II
Mudell għal sottomissjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għal approvazzjoni u għal dikjarazzjonijiet ta’ programmi ta’ sorveljanza
ANNESS III
TAQSIMA A
Mudell għal informazzjoni li għandha tintbagħat fir-rigward ta’ sottomissjonijiet ta’ programmi ta’ sorveljanza għal approvazzjoni dwar il-qagħda/evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda fl-aħħar erba’ snin (tabella waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni)
1. Data dwar ittestjar ta’ annimali
|
Razzett jew post ta’ tkabbir tal-molluski () |
L-għadd ta’ teħid ta’ kampjuni |
L-għadd ta’ spezzjonijiet kliniċi |
Temperatura tal-ilma waqt it-teħid ta’ kampjun/Spezzjoni |
Speċijiet waqt it-teħid ta’ kampjun |
Speċijiet li tteħdilhom kampjun |
L-għadd ta’ annimali li tteħdilhom kampjun (total u skont l-ispeċi) |
L-għadd ta’ testijiet |
Riżultati pożittivi ta’ eżamijiet tal-laboratorju |
Riżultati pożittivi ta’ spezzjonijiet kliniċi |
|
Total |
Total |
||||||||
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II. (2) Meta l-għadd ta’ rziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski jkun limitat jew ma jkunx hemm irziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kollha jew f’parti minnhom suġġetti għas-sottomissjoni, u t-teħid ta’ kampjuni, għalhekk, isir fi kwantitajiet fis-selvaġġ, għandha tingħata l-qagħda ġeografika tat-teħid tal-kampjun. |
|||||||||
2. Data dwar ittestjar ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir
|
Stat Membru, żona jew kompartiment () |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski () |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski verifikati () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski ġodda pożittivi () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
Annimali mneħħija u mormija () |
Indikaturi tal-miri |
||
|
% kopertura ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi prevalenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski perjodiċi |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir ta’ molluski ġodda pożittivi inċidenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
|||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 = (7/5) × 100 |
9 |
10 = (4/3) × 100 |
11 = (5/4) × 100 |
12 = (6/4) × 100 |
|
Total |
|||||||||||
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II. (2) L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski eżistenti fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II. (3) Verifika tfisser it-twettiq ta’ test ta’ livell ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm għall-marda rispettiva bil-għan li jkun aġġornat l-istatus ta’ saħħa tar-razzett/erja ta’ tkabbir tal-molluski. F’din il-kolonna razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski m’għandhomx jingħaddu darbtejn ukoll jekk tkun saritilhom verifika aktar minn darba. (4) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir b’mill-anqas annimal wieħed pożittiv matul il-perjodu indipendentement mill-għadd ta’ drabi li l-irziezet jew il-postijiet ta’ tkabbir tal-molluski kienu vverifikati. (5) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li għalihom l-istatus ta’ saħħa għall-perjodu ta’ rappurtaġġ preċedenti kien kategorija I, kategorija II, kategorija III jew kategorija IV skont it-Taqsima A tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE iżda li matul dan il-perjodu ta’ referenza kellhom mill-anqas annimal wieħed pożittiv għall-marda in kwistjoni. (6) Annimali × 1 000 jew piż totali ta’ annimali mneħħija u mormija. |
|||||||||||
TAQSIMA B
Mudell għal informazzjoni li għandha tintbagħat fir-rigward ta’ sottomissjonijiet għal approvazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza dwar miri (tabella waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni)
1. Miri relatati ma’ ittestjar ta’ annimali
|
Razzett jew erja ta’ tkabbir tal-molluski () |
L-għadd ta’ teħid ta’ kampjuni |
L-għadd ta’ spezzjonijiet kliniċi |
Temperatura tal-ilma waqt it-teħid ta’ kampjun/Spezzjoni |
Speċijiet waqt it-teħid ta’ kampjun |
Speċijiet li tteħdilhom kampjun |
L-għadd ta’ annimali li tteħdilhom kampjun (total u skont l-ispeċi) |
L-għadd ta’ testijiet |
|
Total |
|||||||
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti mill-Punt 6 tal-Anness II. (2) Meta l-għadd ta’ rziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski jkun limitat jew ma jkunx hemm irziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski fit-territorju kollu jew f’parti minnu tal-Istat Membru, żona jew kompartiment soġġetti għas-sottomissjoni, u, t-teħid ta’ kampjuni, għalhekk, isir fuq annimali selvaġġi, għandha tingħata l-qagħda ġeografika tat-teħid tal-kampjun. |
|||||||
2. Miri dwar ittestjar ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir
|
Stat Membru, żona jew kompartiment () |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski () |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mistennija li jkunu verifikati () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mistennija li jkunu pożittivi () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mistennija li jkunu ġodda u pożittivi () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mistennija li jitbattlu |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi mistennija li jitbattlu |
Indikaturi ta’ miri |
||
|
% mistenni ta’ kopertura ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi prevalenza mistennija ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski perjodiċi |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir ta’ molluski ġodda pożittivi inċidenza mistennija ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 = (7/5) × 100 |
9 = (4/3) × 100 |
10 = (5/4) × 100 |
11 = (6/4) × 100 |
|
Total |
||||||||||
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II. (2) L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski eżistenti fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II. (3) Verifika tfisser it-twettiq ta’ test ta’ livell ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm għall-marda rispettiva bil-għan li jkun aġġornat l-istatus ta’ saħħa tar-razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski. F’din il-kolonna razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski m’għandhomx jintgħaddu darbtejn ukoll jekk tkun saritilhom verifika aktar minn darba. (4) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski b’mill-anqas annimal wieħed pożittiv matul il-perjodu indipendentement mill-għadd ta’ drabi li l-irziezet jew il-postijiet ta’ tkabbiar tal-molluski kienu vverifikati. (5) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li għalihom l-istatus ta’ saħħa għall-perjodu ta’ rappurtaġġ preċedenti kien kategorija I, kategorija II, kategorija III jew kategorija IV skont it-Taqsima A tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE iżda li matul dan il-perjodu ta’ referenza kellhom mill-anqas annimal wieħed pożittiv għall-marda in kwistjoni. |
||||||||||
ANNESS IV
Mudell għal sottomissjonijiet ta’ applikazzjonijiet għal status ta’ ħelsien minn mard u dikjarazzjonijiet ta’ ħelsien minn mard
ANNESS V
Mudell għal informazzjoni li għandha tintbagħat fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal status ta’ ħelsien minn mard u dikjarazzjonijiet ta’ status ta’ ħelsien minn mard (tabella waħda għal kull sena ta’ implimentazzjoni)
1. Data dwar ittestjar ta’ annimali
|
Razzett jew post ta’ tkabbir tal-molluski () |
L-għadd ta’ teħid ta’ kampjuni |
L-għadd ta’ spezzjonijiet kliniċi |
Temperatura tal-ilma waqt it-teħid ta’ kampjun/Spezzjoni |
Speċijiet waqt it-teħid ta’ kampjun |
Speċijiet li tteħdilhom kampjun |
L-għadd ta’ annimali li tteħdilhom kampjun (total u skont l-ispeċi) |
L-għadd ta’ testijiet |
Riżultati pożittivi ta’ eżamijiet tal-laboratorju |
Riżultati pożittivi ta’ spezzjonijiet kliniċi |
|
Total |
Total |
||||||||
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 7 tal-Anness IV. (2) Meta l-għadd ta’ rziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski jkun limitat jew ma jkunx hemm irziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kollha jew f’parti minnhom soġġetti għall-applikazzjoni jew id-dikjarazzjoni, u t-teħid ta’ kampjuni, għalhekk, isir fi kwantitajiet fis-selvaġġ, għandha tingħata l-qagħda ġeografika tat-teħid tal-kampjun. |
|||||||||
2. Data dwar ittestjar ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir
|
Stat Membru, żona jew kompartiment () |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski () |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski verifikati () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski ġodda pożittivi () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
Annimali mneħħija u mormija () |
Target Indicators |
||
|
% kopertura ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi prevalenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski perjodiċi |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir ta’ molluski ġodda pożittivi inċidenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
|||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 = (7/5) × 100 |
9 |
10 = (4/3) × 100 |
11 = (5/4) × 100 |
12 = (6/4) × 100 |
|
Total |
|||||||||||
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 7 tal-Anness IV. (2) L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski eżistenti fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 7 tal-Anness IV. (3) Verifika tfisser it-twettiq ta’ test ta’ livell ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm biex jinkiseb status ta’ ħelsien minn mard għall-marda rispettiva bil-għan li jkun aġġornat l-istatus ta’ saħħa ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski. F’din il-kolonna razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski m’għandhomx jintgħaddu darbtejn ukoll jekk tkun saritilhom verifika aktar minn darba. (4) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski b’mill-anqas annimal wieħed pożittiv matul il-perjodu indipendentement mill-għadd ta’ drabi li l-irziezet jew il-postijiet ta’ tkabbir tal-molluski kienu vverifikati. (5) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li għalihom l-istatus ta’ saħħa għall-perjodu ta’ rappurtaġġ preċedenti kien kategorija I, kategorija II, kategorija III jew kategorija IV skont it-Taqsima A tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE iżda li matul dan il-perjodu ta’ referenza kellhom mill-anqas annimal wieħed pożittiv għall-marda in kwistjoni. (6) Annimali × 1 000 jew piż totali ta’ annimali mneħħija u mormija. |
|||||||||||
ANNESS VI
RAPPORT MUDELL
1. Rapport relatat mal-ittestjar ta’ annimali
|
Razzett jew post ta’ tkabbir tal-molluski () |
L-għadd ta’ teħid ta’ kampjun |
L-għadd ta’ spezzjonijiet kliniċi |
Temperatura tal-ilma waqt it-teħid ta’ kampjun/spezzjoni |
Speċijiet waqt it-teħid ta’ kampjun |
Speċijiet li tteħdilhom kampjun |
L-għadd ta’ annimali li tteħdilhom kampjun (total u skont l-ispeċi) |
L-għadd ta’ testijiet |
Riżultati pożittivi ta’ eżamijiet tal-laboratorju |
Riżultati pożittivi ta’ spezzjonijiet kliniċi |
|
Total |
Total |
||||||||
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II. (2) Meta l-għadd ta’ rziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski jkun limitat jew ma jkunx hemm irziezet/postijiet ta’ tkabbir tal-molluski fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kollha jew f’parti minnhom soġġetti għall-applikazzjoni, u t-teħid ta’ kampjuni, għalhekk, isir fi kwantitajiet fis-selvaġġ, għandha tingħata l-qagħda ġeografika tat-teħid tal-kampjun. |
|||||||||
2. Rapport dwar l-ittestjar ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir
|
Stat Membru, żona jew kompartiment () |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski () |
L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski vverifikati () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski ġodda pożittivi () |
L-għadd ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski mbattla |
Annimali mneħħija u mormija () |
Indikaturi mmirati |
||
|
% ta' kopertura ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski pożittivi prevalenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski perjodiċi |
% ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir ta’ molluski ġodda pożittivi inċidenza ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski |
|||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 = (7/5) × 100 |
9 |
10 = (4/3) × 100 |
11 = (5/4) × 100 |
12 = (6/4) × 100 |
|
Total |
|||||||||||
|
(1) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II. (2) L-għadd totali ta’ rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski eżistenti fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-Punt 6 tal-Anness II. (3) Verifika tfisser it-twettiq ta’ test ta’ livell ta’ razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski skont il-programm għall-marda rispettiva bil-għan li jkun aġġornat l-istatus ta’ saħħa tar-razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski. F’din il-kolonna razzett/post ta’ tkabbir tal-molluski m’għandhomx jintgħaddu darbtejn ukoll jekk tkun saritilhom verifika aktar minn darba. (4) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski b’mill-anqas annimal wieħed pożittiv matul il-perjodu indipendentement mill-għadd ta’ drabi li l-irziezet jew il-postijiet ta’ tkabbir tal-molluski kienu vverifikati. (5) Rziezet jew postijiet ta’ tkabbir tal-molluski li għalihom l-istatus ta’ saħħa għall-perjodu ta’ rapportaġġ preċedenti kien kategorija I, kategorija II, kategorija III jew kategorija IV skont it-Taqsima A tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE iżda li matul dan il-perjodu ta’ referenza kellhom mill-anqas annimal wieħed pożittiv għall-marda in kwistjoni. (6) Annimali × 1 000 jew piż totali ta’ annimali mneħħija u mormija. |
|||||||||||
( 1 ) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
( 2 ) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1.
( 3 ) ĠU L 159, 18.6.2008, p. 1.
( 4 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
( 5 ) ĠU L 106, 23.4.2002, p. 28.
( 6 ) ĠU L 103, 19.4.2002, p. 24.
( 7 ) ĠU L 220, 3.9.2003, p. 8.
( 8 ) ĠU L 288, 9.11.1994, p. 47.