|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2558 |
16.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2558
tal-15 ta’ Diċembru 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 47 u 47a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta’ persuni, entitajiet, korpi u bastimenti deżinjati li jinsabu fl-Annessi XV, XVI, XVII u XVIII ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet fil-listi li jinsabu fl-Annessi XV u XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509 jinżammu. Jenħtieġ li l-entrati għal persuna waħda u tliet entitajiet f’dawk l-Annessi jiġu aġġornati. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi XV u XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1509/oj.
ANNESS
Ir-Regolament (UE) 2017/1509 huwa kif ġej:
|
(1) |
L-Anness XV huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness XVI, taħt l-intestatura “B. Entitajiet”, l-entrati 3 u 8 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2558/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)