|
28.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ġunju 2013
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendar għall-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
(2013/333/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, inter alia, il-Protokoll 30 ta' miegħu. |
|
(3) |
Il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17 (3) jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-2013 maħsub għall-implimentazzjoni tal-programm statistiku Ewropew tal-2013-17. L-allokazzjoni finanzjarja għall-perijodu li jkopri mill-2014 sal-2017 għadu jrid jintlaħaq qbil dwarha. |
|
(5) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE tal-2013 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u għall-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(6) |
Għalhekk, il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Dak l-emendar għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013 sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ minn dik id-data. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost għall-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
ABBOZZ TA'
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…
ta’
li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17 (1) jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-2013 għall-implimentazzjoni tal-programm statistiku Ewropew tal-2013-17. L-allokazzjoni finanzjarja għall-perijodu li jkopri mill-2014 sal-2017 għadu jrid jintlaħaq qbil dwarha. |
|
(2) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE tal-2013 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u għall-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2013. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 4 (Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)) tal-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE:
"Artikolu 5
Il-Programm Statistiku tal-2013
1. L-att segwenti huwa l-oġġett ta' dan l-Artikolu:
|
— |
32013 R 0099: Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12). |
2. Il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17 kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 99/2013 għandu jikkostitwixxi l-qafas għall-azzjonijiet statistiċi taż-ŻEE li għandhom jitwettqu bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Diċembru 2013. L-oqsma prinċipali kollha tal-programm statistiku Ewropew tal-2013-17 għandhom jitqiesu li huma rilevanti għall-kooperazzjoni statistika taż-ŻEE u għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA.
3. Programm Statistiku taż-ŻEE speċifiku għall-2013 għandu jiġi żviluppat b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-Istatistika u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku taż-ŻEE għall-2013 għandu jkun ibbażat fuq subsett tal-programm ta' ħidma annwali mħejji mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 99/2013, u jitfassal b'mod parallel miegħu. Il-Programm Statistiku taż-ŻEE għall-2013 għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni tagħhom stess.
4. Għall-2013, l-Istati tal-EFTA, f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u mar-Regolamenti Finanzjarji ta' miegħu, għandhom jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal 75 fil-mija tal-ammont indikat fil-linji baġitarji 29 02 05 (Programm statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 05 (Politika ta’ informazzjoni statistika – In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inklużi fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' miegħu.
Magħmul fi Brussell, ….
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(*1) [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.]