|
27.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/80 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1002
tal-21 ta’ Ġunju 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-laqgħa straordinarja tal-24 ta’ Ġunju 2022 tal-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija taħt it-Trattat tal-Karta tal-Enerġija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
It-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (“it-TKE”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 98/181/KE, KEFA, Euratom (1) u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ April 1998. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 34 tat-TKE, il-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija tiżgura li l-objettivi stabbiliti fit-TKE jintlaħqu. F’konformità mat-TKE u l-Protokolli tiegħu, hi tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri ġenerali xierqa biex jitwettqu l-prinċipji tal-Karta tal-Enerġija. |
|
(3) |
Matul il-laqgħa straordinarja tagħha tal-24 ta’ Ġunju 2022, il-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija għandha tadotta: (a) l-emendar tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija; (b) l-irtirar tal-istatus tal-Federazzjoni Russa bħala Osservatur tal-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija; u (c) is-sospensjoni tal-applikazzjoni proviżorja tat-TKE fir-rigward tal-Belarussja u s-sospensjoni tal-Belarussja bħala Osservatur għat-TKE. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa straordinarja tal-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija taħt it-Trattat tal-Karta tal-Enerġija tal-24 ta’ Ġunju 2022 fi Brussell għandha tkun din li ġejja:
|
(a) |
li tiġi kkonfermata l-emenda proposta għar-Regola 7 tar-Regoli ta’ Proċedura; |
|
(b) |
li jiġi approvat l-irtirar tal-istatus ta’ osservatur tal-Federazzjoni Russa abbażi ta’ dik l-emenda għar-Regola 7, ġustifikata miż-żewġ raġunijiet imsemmija fiha (ksur tal-prinċipji u nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe obbligu finanzjarju); |
|
(c) |
li tiġi approvata s-sospensjoni tal-applikazzjoni proviżorja tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija fir-rigward tal-Belarussja, u s-sospensjoni tal-istatus ta’ osservatur tal-Belarussja. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 98/181/KE, KEFA, Euratom tat-23 ta’ Settembru 1997 dwar il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija u l-Protokoll tal-Karta tal-Enerġija dwar l-effiċjenza enerġetika u l-aspetti ambjentali relatati (ĠU L 69, 9.3.1998, p. 1).