|
14.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10299 - DBS/JPMC/Temasek/Techco JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 282/04)
1.
Fis-6 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
DBS Bank Ltd (“DBS”, Singapore), |
|
— |
JPMorgan Chase & Co (“JPMC”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapore) |
|
— |
Techco Joint Venture (“Techco JV”, Singapore). |
DBS, JPMC u Temasek jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Techno JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal DBS: korporazzjoni multinazzjonali ta’ servizzi bankarji u finanzjarji, li tipprovdi servizzi ta’ banek għall-konsumatur, ġestjoni ta’ ġid u servizzi bankarji istituzzjonali. |
|
— |
għal JPMC: ażjenda ta’ servizzi finanzjarji; li tipprovdi servizzi ta’ banek ta’ investiment, servizzi finanzjarji għall-konsumaturi u għan-negozji żgħar, servizzi bankarji kummerċjali, proċessar ta’ tranżazzjonijiet finazjarji u ġestjoni ta’ assi. |
|
— |
għal Temasek: kumpanija tal-investiment li għandha portafoll li jkopri firxa wiesgħa ta’ industriji: servizzi finanzjarji; telekomunikazzjonijiet, medja u teknoloġija; trasportazzjoni u industrijali; konsumatur u proprjetà immobbli; enerġija u riżorsi; xjenzi tal-ħajja u agrinegozju. |
|
— |
għal Techco JV: kumpanija limitata privata li se tippossjedi u topera pjattaforma elettronika billi tuża t-teknoloġija blockchain biex tassisti l-ikklerjar u l-ħlas ta’ pagamenti interbankarji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10299 - DBS/JPMC/Temasek/Techco JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).