|
28.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Novembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/747/UE, Euratom li tawtorizza lir-Renju Unit juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notofikata bid-dokument C(2014) 8924)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2014/843/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), ir-Renju Unit jista' jkompli jeżenta t-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Anness X, il-Parti B ta' dik id-Direttiva, jekk huwa kien jagħti eżenzjoni għal dawk it-tranżazzjonijiet fl-1 ta' Jannar 1978; dawk it-tranżazzjonijiet iridu jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
|
(2) |
Fir-risposta tagħha tat-22 ta' April għall-ittra tal-4 ta' Frar 2014 tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-VAT (3), ir-Renju Unit talab awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex juża perċentwali fissi tal-bażi intermedja għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti 7 u 9 tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE għas-snin finanzjarji 2014 sa 2020. Ir-Renju Unit wera li l-perċentwali storika baqgħet stabbli maż-żmien. Ir-Renju Unit għandu għalhekk jingħata awtorizzazzjoni biex jikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi juża perċentwali fissi skont l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Għall-finijiet ta' trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni. |
|
(4) |
Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/747/UE, Euratom (4) skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/747/UE, Euratom hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Sabiex tiġi kkalkolata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2013, ir-Renju Unit huwa awtorizzat li juża estimi approssimattivi fir-rigward tal-kategoriji segwenti ta' tranżazzjonijiet imsemmija fl-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE:
|
|
(2) |
Wara l-Artikolu 1, jiddaħħlu l-Artikoli 1a u 1b li ġejjin: “Artikolu 1a Sabiex tiġi kkalkolata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, ir-Renju Unit huwa awtorizzat li juża 0,01 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 7 tal-Anness X, il-Parti B, (sptarijiet) tad-Direttiva 2006/112/KE. Artikolu 1b Sabiex tiġi kkalkolata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, ir-Renju Unit huwa awtorizzat li juża 0,004 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 9 tal-Anness X, il-Parti B, (bini u art għall-bini) tad-Direttiva 2006/112/KE.” |
|
(3) |
L-Artikolu 2 huwa mħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Kristalina GEORGIEVA
Viċi President
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Ares(2014)261136.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/747/UE, Euratom tal-10 ta' Diċembru 2013 li tawtorizza lir-Renju Unit juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 79).