|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1969 |
29.2.2024 |
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni relatata man-natura eċċezzjonali tal-Faċilità għall-Ukrajna
(C/2024/1969)
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqsmu l-fehma li l-Faċilità għall-Ukrajna hija strument eċċezzjonali fuq medda ta' żmien medju ta' importanza ġeopolitika kbira adattat għall-inċertezza u l-isfidi bla preċedent biex jingħata appoġġ lil pajjiż li jinsab fi gwerra b'implikazzjonijiet diretti għas-sigurtà tal-Unjoni. B'riżultat ta' dan, il-Faċilità għall-Ukrajna tipprovdi bilanċ bejn il-flessibbiltà u l-programmabbiltà tar-rispons tal-Unjoni biex tindirizza d-diskrepanza fil-finanzjament tal-Ukrajna, il-ħtiġijiet ta' rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni, filwaqt li tappoġġa l-isforz ta' riforma tal-Ukrajna bħala parti mill-perkors tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni. L-objettivi, il-finanzjament u l-arranġamenti ta' governanza miftiehma għall-Faċilità għall-Ukrajna jwieġbu għall-kuntest u l-isfidi eċċezzjonali u speċifiċi li fir-rigward tagħhom ġiet adottata din il-Faċilità partikolari.
Għalhekk, din is-soluzzjoni għall-Ukrajna ma għandhiex titqies bħala preċedent għal strumenti futuri ta' assistenza ekonomika lil pajjiżi terzi.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1969/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)