25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9815 — Advent/Cinven/thyssenkrupp Elevator)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 174/06)

1.   

Fit-12 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Advent International Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka, “Advent”),

—

Cinven Capital Management (VII) General Partner Limited (ir-Renju Unit, “Cinven”),

—

thyssenkrupp Elevator AG (il-Ġermanja, “tkE”), ikkontrollata minn thyssenkrupp AG.

Advent u Cinven jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ tkE kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Advent: l-akkwist ta’ ammonti ta’ ekwità u l-ġestjoni ta’ fondi tal-investiment f’diversi setturi, fosthom servizzi tan-negozju u finanzjarji,

—

Cinven: provvista ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment lil għadd ta’ fondi tal-investiment,

—

tkE: stallazzjoni u servisjar ta’ elevaturi, escalators, pontijiet użati mill-passiġġieri biex jitilgħu abbord u stairlifts, kif ukoll attivitajiet anċillari relatati direttament.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9815 — Advent/Cinven/thyssenkrupp Elevator

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).