25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/107


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-5 ta’ Mejju 2010

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-Seba’, it-Tmien, id-Disa’ u l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008

(2010/506/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta’ kwittanza 2007 (COM(2009) 526) u l-anness tiegħu (SEC(2009) 1427),

wara li kkunsidra r-rendikonti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u tal-infiq tas-seba’, tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008 (COM(2009) 397 – C7-0171/2009),

wara li kkunsidra r-rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tas-seba’, tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008,

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2009) 310),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt is-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008 (5082/2010 – C7-0056/2010, 5084/2010 – C7-0057/2010, 5085/2010 – C7-0058/2010, 5086/2010 – C7-0059/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), minn naħa, u l-Komunità Ewropew u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u revedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar) (5), immodifikata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-ftehim intern tal-20 ta’ Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-ftehim intern tat-18 ta’ Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Iffinanzjar u l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikoli 76 u 77, it-tielet inċiż, u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0063/2010),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tas-seba’, tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2008;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 269, 10.11.2009, p. 257.

(2)  ĠU C 274, 13.11.2009, p. 235.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(5)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1, u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.

(7)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(8)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(9)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(10)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.