31986D0573



Official Journal L 337 , 29/11/1986 P. 0120 - 0120
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0157
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0157


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-15 ta' Settembru 1986

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali ghall-Ftehim bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera b'konsegwenza ta'l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża

(86/573/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi huwa meħtieġ li jiġi approvat il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera [1] iffirmat fi Brussel fit-22 ta' Lulju 1973, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni fil-Komunitá tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera b'konsegwenza għall-adeżjoni fil-Komunitá tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża qed jiġi approvat f'isem il-Komunitá.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista f'Artikolu 18 tal-Protokoll [2].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1986.

F'isem il-Kunsill

Il-President

G. Howe

[1] ĠU L 300, tal-31.12.1972, p. 189.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------