6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jemenda d-Direttiva 2007/68/KE fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tikkettar għall-inbejjed (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/8/UE tat-28 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE fir-rigward tar-restrizzjoni tal-użu ta’ Bisfenol A fil-fliexken tal-plastik għat-tisqija tat-trabi (3), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mas-sitt inċiż (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE) tal-punt 18 (id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 R 1266: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 347, 31.12.2010, p. 27).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzb (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE):

“—

32011 L 0008: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/8/UE tat-28 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 26, 29.1.2011, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1266/2010 u tad-Direttiva 2011/8/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 196, 28.7.2011, p. 29.

(2)   ĠU L 347, 31.12.2010, p. 27.

(3)   ĠU L 26, 29.1.2011, p. 11.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.