9.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 66/2020

tat-30 ta’ April 2020

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/491]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/819 tal-1 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kunflitti ta’ interess, il-kejl tal-impatt soċjali u l-informazzjoni mogħtija lill-investituri fil-qasam tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/820 tal-4 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kunflitti ta’ interess fil-qasam tal-fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bda (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2014):

“31bdb.

32019 R 0820: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/820 tal-4 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kunflitti ta’ interess fil-qasam tal-fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 134, 22.5.2019, p. 8).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bea (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2014):

“31beb.

32019 R 0819: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/819 tal-1 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kunflitti ta’ interess, il-kejl tal-impatt soċjali u l-informazzjoni mogħtija lill-investituri fil-qasam tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 134, 22.5.2019, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/819 u (UE) 2019/820 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 134, 22.5.2019, p. 1.

(2)   ĠU L 134, 22.5.2019, p. 8.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(3)   ĠU L 26, 30.1.2020, p. 60.