27.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/6


Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2012/C 187/07

Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Maqgħuda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

F’paġna 349:

8534 00   Ċirkwiti stampati

It-test eżistenti huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din l-intestatura tinkludi:

(1)

lametti tal-karti fil-forma ta’ ċirkwit stampat għall-prevenzjoni tas-serq, pereżempju, tal-kotba tal-librerija;

(2)

kondutturi flessibbli tal-elettriku fil-forma ta' ċirkwiti stampati.”

F’paġna 361:

8544   Wajer iżolat (inkluż dak enamelizzat jew anodizzat), kejbil iżolat (inkluż kejbil koassjali) u kondutturi iżolati oħrajn tal-elettriku, kemm jekk armati b'konnetturi u kemm jekk le; kejbils tal-fibra ottika, magħmulin minn fibri miksijin individwalment, kemm jekk immuntati b’kondutturi tal-elettriku u mgħammrin b’konnetturi u kemm jekk le

It-test eżistenti huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din l-intestatura ma tinkludix:

(a)

kondutturi elettriċi flessibbli fil-forma ta' ċirkwiti stampati (titolu 8534 00);

(b)

konnetturi ppreżentati separatament u adapters għal kejbils jew kondutturi elettriċi oħrajn (titolu 8535 jew 8536);

(c)

konnetturi għal kejbils tal-fibra ottika (sottointestatura 8536 70 00).”

Għandu jiżdied it-test li ġej:

“8544 42 10   Ta’ tip użat għat-telekomunikazzjonijiet

Ara n-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HS) għall-intestatura 8544.

Għall-finijiet ta' din is-sottointestatura, l-espressjoni ‘tat-tip użat għat-telekomunikazzjoni’ tinkludi wkoll kondutturi elettriċi mgħammra b'konnetturi użati f'networks tat-telekomunikazzjoni, pereżempju, sabiex tiġi konnessa magna awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta (ADP) ma' modem.

Madanakollu, din is-sottointestatura ma tinkludix:

(a)

kondutturi elettriċi mgħammra b'konnetturi biex jintużaw għall-konnessjoni ta' apparat differenti (pereżempju, DVD plejer ma’ monitor jew magna ADP ma' monitor, printer, tastiera, projettur, eċċ.);

(b)

kondutturi elettriċi maħsuba biex jiddaħħlu f’magni, pereżempju, magna ADP jew unità tagħha, għall-konnessjoni ta' partijiet interni differenti tal-magna.

(c)

kondutturi elettriċi li jservu biss sabiex jipprovdu l-enerġija, pereżempju, kejbils tal-elettriku.

8544 49 20   Ta’ tip użat għal telekomunikazzjonijiet, għal vultaġġ li ma jaqbiżx it-80 V

In-Nota ta’ Spjegazzjoni għas-sottointestatura 8544 42 10 tapplika, mutatis mutandis.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.