12003TN02/06/A



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0346 - 0380


A. IL-LEĠISLAZZJONI DWAR L-AGRIKOLTURA

1. 31965 R 0079: Ir-Regolament tal-Kunsill Nru. 79/65/KEE tal- 15 ta' Ġunju 1965 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta' data dwar kif jinżammu l-kontijiet fuq id-dħul u fuq il-funzjonament tan-negozju ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859), kif emendat bi:

- 11972 B: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit (ĠU L 73, 27.3.1972, p. 14),

- 31972 R 2835: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2835/72 tad- 29.12.1972 (ĠU L 298, 31.12.72, p. 47),

- 31973 R 2910: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2910/73 tat- 23.10.1973 (ĠU L 299, 27.10.1973, p. 1),

- 11979 H:L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubbika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 17),

- 31981 R 2143: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2143/81 tas- 27.7.1981 (ĠU L 210, 30.7.1981, p. 1),

- 11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

- 31985 R 3644: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3644/85 tad- 19.12.1985 (ĠU L 348, 24.12.1985, p. 4),

- 31985 R 3768: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3768/85 ta' l- 20.12.1985 (ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8),

- 31990 R 3577: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3577/90 ta' l- 4.12.1990 (ĠU L 353, 17.12.1990, p. 23),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 31995 R 2801: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2801/95 tad- 29.11.1995 (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 3),

- 31997 R 1256: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1256/97 tal- 25.6.1997 (ĠU L 174, 2.7.1997, p. 7).

(a) L-Artikolu 4(3) jinbidel b'dan li ġej:

"3. In-numru massimu ta' azjendi li għandhom iwieġbu għandu jkun ta' 105000 għall-Komunità."

(b) Is-sentenza li ġejja tiżdied ma' l-Artikolu 5 (1)

"Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom jistabbilixxu Kumitat Nazzjonali sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sitt xahar wara d-data ta' l-adeżjoni."

(ċ) Dan li ġej jiżdied ma' l-Anness:

"Ir-Repubblika Ċeka

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

L-Estonja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Ċipru

Jikkostitwixxi diviżjoni waħda

Il-Latvja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Il-Litwanja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

L-Ungerija

1. Közép-Magyarország

2. Közép-Dunántúl

3. Nyugat-Dunántúl

4. Dél-Dunántúl

5. Észak- Magyarország

6. Észak-Alföld

7. Dél-Alföld

Malta

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Il-Polonja

1. Pomorze et Mazury

2. Wielkopolska et Śląsk

3. Mazowsze et Podlasie

4. Małopolska et Pogórze

Is-Slovenja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda

Is-Slovakkja

Tikkostitwixxi diviżjoni waħda."

.

2. 31966 R 0136: Ir- Regolament tal-Kunsill Nru. 136/66/KEE tat- 22 ta' Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta' organizzazzjoni komuni tas-suq għaż-żjut u x-xaħmijiet (ĠU L 172, 30.9.1966, p. 3025), kif emendat bi:

- 31968 R 2146: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2146/68 ta' l- 20.12.1968 (ĠU L 314, 31.12.1968, p. 1),

- 31970 R 1253: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1253/70 tat- 29.6.1970 (ĠU L 143, 1.7.1970, p. 1),

- 31970 R 2554: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2554/70 tal- 15.12.1970 (ĠU L 275, 19.12.1970, p. 5),

- 31971 R 2727: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2727/71 ta' l- 20.12.1971 (ĠU L 282, 23.12.1971, p. 8),

- 11972 B: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit (ĠU L 73, 27.3.1972, p. 14),

- 31972 R 1547: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1547/72 tat- 18.7.1972 (ĠU L 165, 21.7.1972, p. 1),

- 31973 R 1707: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1707/73 tas- 26.6.1973 (ĠU L 175, 29.6.1973, p. 5),

- 31977 R 2560: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2560/77 tas- 7.11.1977 (ĠU L 303, 28.11.1977, p. 1),

- 31978 R 1419: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1419/78 ta' l- 20.6.1978 (ĠU L 171, 28.6.1978, p. 8),

- 31978 R 1562: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1562/78 tad- 29.6.1978 (ĠU L 185, 7.7.1978, p. 1),

- 11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubbika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 17),

- 31979 R 0590: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 590/79 tas- 26.3.1979 (ĠU L 78, 30.3.1979, p. 1),

- 31980 R 1585: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1585/80 ta' l- 24.6.1980 (ĠU L 160, 26.6.1980, p. 2),

- 31980 R 1917: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1917/80 tal- 15.7.1980 (ĠU L 186, 19.7.1980, p. 1),

- 31980 R 3454: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3454/80 tat- 22.12.1980 (ĠU L 360, 31.12.1980, p. 16),

- 31982 R 1413: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1413/82 tat- 18.5.1982 (ĠU L 162, 12.6.1982, p. 6),

- 31984 R 1097: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1097/84 tal- 31.3.1984 (ĠU L 113, 28.4.1984, p. 1),

- 31984 R 1101: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1101/84 tal- 31.3.1984 (ĠU L 113, 28.4.1984, p. 7),

- 31984 R 1556: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1556/84 ta' l- 4.6.1984 (ĠU L 150, 6.6.1984, p. 5),

- 31984 R 2260: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2260/84 tas- 17.7.1984 (ĠU L 208, 3.8.1984, p. 1),

- 11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

- 31985 R 0231: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 231/85 tad- 29.1.1985 (ĠU L 26, 31.1.1985, p. 12),

- 31985 R 3768: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3768/85 ta' l- 20.12.1985 (ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8),

- 31986 R 1454: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1454/86 tat- 13.5.1986 (ĠU L 133, 21.5.1986, p. 8),

- 31987 R 1915: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1915/87 tat- 2.7.1987 (ĠU L 183, 3.7.1987, p. 7),

- 31987 R 3994: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3994/87 tat- 23.12.1987 (ĠU L 377, 31.12.1987, p. 31),

- 31988 R 1098: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1098/88 tal- 25.4.1988 (ĠU L 110, 29.4.1988, p. 10),

- 31988 R 2210: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2210/88 tad- 19.7.1988 (ĠU L 197, 26.7.1988, p. 1),

- 31989 R 1225: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1225/89 tat- 3.5.1989 (ĠU L 128, 11.5.1989, p. 15),

- 31989 R 2902: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2902/89 tal- 25.9.1989 (ĠU L 280, 29.9.1989, p. 2),

- 31990 R 3499: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3499/90 tas- 27.11.1990 (ĠU L 338, 5.12.1990, p. 1),

- 31990 R 3577: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3577/90 ta' l- 4.12.1990 (ĠU L 353, 17.12.1990, p. 23),

- 31991 R 1720: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1720/91 tat- 13.6.1991 (ĠU L 162, 26.6.1991, p. 27),

- 31992 R 0356: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 356/92 ta' l- 10.2.1992 (ĠU L 39, 15.2.1992, p. 1),

- 31992 R 2046: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2046/92 tat- 30.6.1992 (ĠU L 215, 30.7.1992, p. 1),

- 31993 R 3179: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3179/93 tas- 16.11.1993 (ĠU L 285, 20.11.93, p. 9),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 31994 R 3290: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3290/94 tat- 22.12.1994 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 5),

- 31996 R 1581: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1581/96 tat- 30.7.1996 (ĠU L 206, 16.8.1996, p. 11),

- 31998 R 1638: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1638/98 ta' l- 20.7.1998 (ĠU L 210, 28.7.1998, p. 32),

- 31999 R 2702: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2702/1999 ta' l- 14.12.1999 (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 7),

- 32000 R 2826: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2826/2000 tad- 19.12.2000 (ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2),

- 32001 R 1513: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1513/2001 tat- 23.7.2001 (ĠU L 201, 26.7.2001, p. 4).

L-Artikolu 5 (3) jinbidel b'dan li ġej:

"3. Il-kwantità massima ta' żejt taż-żebbuġa li għaliha tiġi applikata l-għajnuna stipulata fil-paragrafu 1 għandha tkun ta' 1783811 tunnellata metrika għal kull sena ta' marketing. Din il-kwantità massima garantita għandha titqasssam bejn l-Istati Membri kollha fil-forma ta' KNG kif ġej:

- Il-Greċja: 419529 tunnellata metrika

- Spanja: 760027 tunnellata metrika

- Franza: 3297 tunnellata metrika

- L-Italja: 543164 tunnellata metrika

- Ċipru: 6000 tunnellata metrika

- Il-Portugall: 51244 tunnellata metrika

- Is-Slovenja: 400 tunnellata metrika

- Malta: 150 tunnellata metrika

Il-Kwantitajiet Nazzjonali Garantiti stabbiliti għal Ċipru u għal Malta huma proviżorji. Dawn il-figuri għandhom ikunu riveduti fl-2005 wara l-introduzzjoni tas-Sistema dwar l-Informazzjoni Ġeografika (SIĠ). Jekk il-produzzjoni eliġibbli tkun differenti mill-Kwantità stabbilita, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, b'konformità mal-proċedura li hemm fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru. 136/66/KEE, li taġġusta il-Kwantitajiet Nazzjonali Garantiti ta' Ċipru u ta' Malta skond il-każ."

.

3. 31975 L 0106: Id-Direttiva tal-Kunsill 75/106/KEE tad- 19 ta' Diċembru 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-pre-kondizzjonament bil-volum ta' ċerti likwidi f'imballaġġ minn qabel (ĠU L 42, 15.2.1975, p. 1), kif emendata l-aħħar bi:

- 31989 L 0676: Id-Direttiva tal-Kunsill 89/676/KEE ta1- 21.12.1989 (ĠU L 398, 30.12.1989, p. 18)

(a) Fl-Artikolu 5(3), jiżdied dan li ġej bħala s-sub-paragrafu (e):

"e) Bla ħsara għas-sub-paragrafu (b), il-prodotti mniżżla fl-Anness III, is-Sezzjoni (1)(a) li huma prodotti u li jitqiegħdu fi fliexken fl-Ungerija qabel 1 ta' Jannar 1993 u li għandhom volum ta' 0.70 litru jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq fl-Ungerija, bil-kondizzjoni li l-Ungerija tiddikjara lill-Kummissjoni l-kwantità ta' ħażniet fid-data ta' l-adeżjoni."

4. 31977 R 1784: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1784/77 tad- 19 ta' Lulju 1977 li jikkonċerna iċ-ċertifikar tal-ħops (ĠU L 200, 8.8.1977, p. 1), kif emendat bi:

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 31979 R 2225: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2225/79 tad- 9.10.1979 (ĠU L 257, 12.10.79, p. 1),

- 31985 R 2039: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2039/85 tat- 23.7.1985 (ĠU L 193, 25.7.1985, p. 1),

- 31991 R 1605: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1605/91 ta' l- 10.6.1991 (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 14),

- 31993 R 1987: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1987/93 tad- 19.7.1993 (ĠU L 182, 24.7.1993, p. 1),

- 31996 R 1323: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1323/96 tas- 26.6.1996 (ĠU L 171, 10.7.1996, p. 1).

Is-sentenza li ġejja tiżdied ma' l-Artikolu 9:

"Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni fi żmien erba' xhur mid-data ta' l-adeżjoni."

.

5. 31982 R 1981: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1981/82 tad- 19 ta' Lulju 1982 li jfassal il-lista ta' reġjuni Komunitarji, li fihom l-għajnuna għall-produzzjoni tal-ħops tingħata biss lill-gruppi rikonoxxuti tal-produtturi (ĠU L 215, 23.7.1982, p. 3), kif emendat bi:

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 31987 R 4069: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 4069/87 tat- 22.12.1987 (ĠU L 380, 31.12.1987, p. 32),

- 31989 R 1808: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1808/89 tad- 19.6.1989 (ĠU L 177, 24.6.1989, p. 5),

- 31992 R 3337: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3337/92 tas- 16.11.1992 (ĠU L 336, 20.11.1992, p. 2).

Ir-reġjuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista fl-Anness:

"Česká republika

Slovensko"

.

6. 31985 R 1907: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 1907/85 ta' l- 10 ta' Lulju 1985 dwar il-lista ta' varjetajiet tal-għeneb u tar-reġjuni li jipprovdu nbid impurtat biex isiru inbejjed spumanti fil-Komunità (ĠU L 179, 11.7.1985, p. 21).

Wara l-Artikolu 1, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 1a

1. Il-Litwanja tista' tuża il-ħażniet ta' nbid li joriġina fil-Moldavja li kien impurtat qabel l- 1 ta' Jannar 2004 biex isir inbid spumanti sakemm dawk il-ħażniet jispiċċaw.

2. Il-Litwanja għandha tistabilixxi inventarju tal-ħażniet disponibbli fl- 1 ta' Jannar 2004 u għandha mbagħad tissorvelja dawn il-ħażniet.

3. L-inbid spumanti prodott mill-inbid tal-Moldavja għandu jġib tikketta oħra speċjali li tindika l-oriġini tal-materjal użat u li tispeċifika li dan l-inbid huwa għall-bejgħ biss fit-territorju tal-Litwanja jew għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi."

.

7. 31989 R 1576: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89 tad- 29 ta' Mejju 1989 li jistipula regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż (ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1), kif emendat bi:

- 31992 R 3280: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3280/92 tad- 9.11.1992 (ĠU L 327, 13.11.1992, p. 3),

- 31994 R 3378: Ir-Regolament (KE) Nru. 3378/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22.12.1994 (ĠU L 366, 31.12.1994, p. 1),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21).

(a) Fl-Artikolu 1(4):

- fil-punt (f) jiżdiedu s-sub-paragrafi (3) u (4) li ġejjin:

"(3) L-isem "grape marc" jew "grape marc spirit" jista' jinbidel bl-isem zivania biss għax-xorb spirituż prodott f'Ċipru.

(4) L-isem "grape marc" jew "grape marc spirit" jista' jinbidel bl-isem Pálinka biss għax-xorb spirituż prodott fl-Ungerija."

- fil-punt (i) jiżdied is-sub-paragrafu (4) li ġej:

"(4) L-isem "spirtu mill-frott" jista' jinbidel mill-isem Pálinka biss għax-xarba spirituża prodotta fl-Ungerija u għad-distillati tal-berquq prodotti biss fil-kontei li ġejjin fl-Awstrija: Niederösterreich, Burgenland, Steiermark u Wien."

- fil-punt (o)(3), l-ewwel inċiż jinbidel b'dan li ġej:

- "ġew prodotti jew esklussivament fil-Greċja jew esklussivament f'Ċipru"

.

(b) Fl-Artikolu 5(3):

- fil-punt (ċ) jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Il-Polonja tista' teħtieġ li għall-produzzjoni ta' vodka fit-territorju tagħha li jġib it-tikketta ta' "Polish Vodka/Polska Wódka" tintuża biss materja prima speċifika ta' oriġini Pollakka jew skond speċifikazzjonijiet tradizzjonali u fil-kuntest ta' politika ta' kwalità segwita mill-Polonja."

.

(ċ) Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7(5), wara l-isem "Rum-Verschnitt", jiżdiedu l-kliem "u Slivovice";

(d) Fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Madankollu, il-paragrafu 1 ma għandux iżomm il-marketing tax-xarba spirituża li jisimha "Slivovice" prodotta fir-Repubblika Ċeka u li ssir biż-żieda ta' proporzjon massimu ta' 30 % tal-volum ta' alkoħol etiliku li ġej mill-agrikoltura mad-distillat tal-għanbaqar qabel id-distillazzjoni ta' l-aħħar. Dan il-prodott għandu jkun deskritt bħala "spirtu" jew "xarba spirituża" skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5 u jista' wkoll jintuża l-isem Slivovice fl-istess post fuq it-tikketta ta' quddiem. Jekk dan is-Slivovice Ċek ikun ikkumerċjalizzat fil-Komunità, il-komposizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tidher fuq it-tikketta. Din id-disposizzjoni hija bla ħsara għall-użu ta' l-isem Slivovice għal spirti mill-frott skond l-Artikolu 1(4)(i)."

(e) Fl-Anness II, jiżdiedu l-ismijiet ġeografiċi li ġejjin:

- fil-punt 5 "Karpatské brandy špeciál"

- fil-punt 7 "Szatmári szilvapálinka", "Kecskeméti barackpálinka", "Békési szilvapálinka", "Szabolcsi almapálinka" u "Bošácka slivovica"

- fil-punt 11 "Vilniaus džinas", "Spišská borovička", "Slovenská borovička Juniperus", "Slovenská borovička", "Inovecká borovička", "Liptovská borovička"

- fil-punt 14 "Allažu Ķimelis", "Čepkelių", "Demänovka bylinný likér", "Polish Cherry""Karlovarská hořká"

- fil-punt 16 "Latvijas Dzidrais", "Rīgas degvīns", "LB degvīns", "LB vodka", "Originali Lietuviška degtinė", "Laugarício vodka", "Polska Wódka/Polish Vodka", "vodka mill-ħaxix aromatizzata b'estratt tal-ħaxix tal-buflu prodotta fil-Pjanura tal-Podlasie tat-Tramuntana"/"Wódka ziołowa z Niziny Północnopodlaskiej aromatyzowana ekstraktem z trawy żubrowej"

(f) Fl-Anness II, jiżdied il-punt li ġej:

"17.Xorb spirituż b'togħma morra | "Riga Black Balsam" jew "Rīgas melnais Balzāms", "Demänovka bylinná horká"." |

8. 31991 R 2092: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2092/91 ta' l- 24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha fuq prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1), kif emendat bi:

- 31992 R 1535: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 1535/92 tal- 15.6.1992 (ĠU L 162, 16.6.1992, p. 15),

- 31992 R 2083: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2083/92 ta' l- 14.7.1992 (ĠU L 208, 24.7.1992, p. 15),

- 31992 R 3713: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3713/92 tat- 22.12.1992 (ĠU L 378, 23.12.1992, p. 21),

- 31993 R 0207: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 207/93 tad- 29.1.1993 (ĠU L 25, 2.2.1993, p. 5),

- 31993 R 2608: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2608/93 tat- 23.9.1993 (ĠU L 239, 24.9.1993, p. 10),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 31994 R 0468: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 468/94 tat- 2.3.1994 (ĠU L 59, 3.3.1994, p. 1),

- 31994 R 1468: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1468/94 ta' l- 20.6.1994 (ĠU L 159, 28.6.1994, p. 11),

- 31994 R 2381: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2381/94 tat- 30.9.1994 (ĠU L 255, 1.10.1994, p. 84),

- 31195 R 0529: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 529/95 tad- 9.3.1995 (ĠU L 54, 10.3.1995, p. 10),

- 31995 R 1201: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1201/95 tad- 29.5.1995 (ĠU L 119, 30.5.1995, p. 9),

- 31995 R 1202: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1202/95 tad- 29.5.1995 (ĠU L 119, 30.5.1995, p. 11),

- 31995 R 1935: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1935/95 tat- 22.6.1995 (ĠU L 186, 5.8.1995, p. 1),

- 31996 R 0418: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 418/96 tas- 7.3.1996 (ĠU L 59, 8.3.1996, p. 10),

- 31997 R 1488: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1488/97 tad- 29.7.1997 (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 12),

- 31998 R 1900: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1900/98 ta' l- 4.9.1998 (ĠU L 247, 5.9.1998, p. 6),

- 31999 R 0330: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 330/1999 tat- 12.2.1999 (ĠU L 40, 13.2.1999, p. 23),

- 31999 R 1804: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1804/1999 tad- 19.7.1999 (ĠU L 222, 24.8.1999, p. 1),

- 32000 R 0331: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 331/2000 tas- 17.12.1999 (ĠU L 48, 19.2.2000, p. 1),

- 32000 R 1073: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1073/2000 tad- 19.5.2000 (ĠU L 119, 20.5.2000, p. 27),

- 32000 R 1437: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1437/2000 tat- 30.6.2000 (ĠU L 161, 1.7.2000, p. 62),

- 32000 R 2020: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2020/2000 tal- 25.9.2000 (ĠU L 241, 26.9.2000, p. 39),

- 32001 R 0436: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 436/2001 tat- 2.3.2001 (ĠU L 63, 3.3.2001, p. 16),

- 32001 R 2491: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2491/2001 tad- 19.12.2001 (ĠU L 337, 20.12.2001, p. 9),

- 32002 R 0473: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 473/2002 tal- 15.3.2002 (ĠU L 75, 16.3.2002, p. 21).

(a) Fl-Artikolu 2 id-inċiżi li ġejjin jidħlu bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Spanjola u Daniża:

"— biċ-Ċek: ekologické"

,

bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Ġermaniża u u Griega:

"— bl-Eston:mahe or ökoloogiline"

u, bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Taljana u Olandiża:

"— bil-Latvjan: bioloģiskā,

— bil-Litwan: ekologiškas,

— bl-Ungeriż: ökológiai,

— bil-Malti: organiku,"

,

u, bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Olandiża u Portugiża:

"— bil-Pollakk: ekologiczne"

,

u, bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Portugiża u Finlandiża:

"— bis-Slovakk: ekologické, biologické,

— bis-Sloven: ekološki"

.

(b) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3a jinbidel b'dan li ġej:

"B'deroga mill-paragrafi 1 sa 3, trademarks li jġibu xi indikazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 jistgħu jkomplu jintużaw sa l- 1 ta' Lulju 2006 fl-ittikkettjar u r-reklamar ta' prodotti li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament sakemm:

- l-applikazzjoni sabiex tkun irreġistrata t-trademark tkun saret qabel it- 22 ta' Lulju 1991 — jekk ma jkunx japplika it-tieni sub-paragrafu ta' hawn taħt — u tkun konformi ma' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal- 21 ta' Diċembru 1988 biex tapprossima l-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-trademarks [**], u

- it-trademark hija diġa riprodotta b'indikazzjoni ċara, prominenti, u li tinqara faċilment li l-produzzjoni tal-prodotti mhijiex skond il-metodu ta' produzzjoni organika kif stipulat minn dan ir-Regolament.

Id-data ta' applikazzjoni li hemm referenza għaliha fl-ewwel inċiż ta' l-ewwel sub-paragrafu hija l- 1 ta' Jannar 1995 għall-Finlandja, l-Awstrija u l-Isvezja, u l- 1 ta' Mejju 2004 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

(ċ) Fl-Anness V l-iskrizzjonijiet li ġejjin jidħlu bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Spanjola u Daniża:

"CS: Ekologické zemědělství - kontrolní systém ES"

,

u, bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Ġermaniża u Griega:

"ET: Mahepõllumajandus - EÜ kontrollsüsteem or Ökoloogiline põllumajandus - EÜ kontrollsüsteem"

,

u, bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Taljana u Olandiża:

"LV: Bioloģiskā lauksaimniecība - EK kontroles sistēma,

LT: Ekologinis žemės ūkis - EB kontrolės sistema,

HU: Ökológiai gazdálkodás - EK Ellenőrző Rendszer,

MT: Agrikultura Organika - Sistema ta' Kontroll tal-KE"

,

u, bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Olandiża u Portugiża:

"PL: Rolnictwo ekologiczne - system kontroli WE"

,

u, bejn l-iskrizzjonijiet għal-lingwa Portugiża u Finlandiża:

"SK: Ekologické poľnohospodárstvo - kontrolný systém ES alebo biologické poľnohospodárstvo - kontrolný systém ES,

SL: Ekološko kmetijstvo - Kontrolni sistem ES"

.

9. 319952 R 2075: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2075/92 tat- 30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabbakk mhux maħdum (ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70), kif emendat bi:

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 31994 R 3290: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3290/94 tat- 22.12.1994 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105),

- 31995 R 0711: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 711/95 tas- 27.3.1995 (ĠU L 73, 1.4.1995, p. 13),

- 31996 R 0415: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 415/96 ta' l- 4.3.1996 (ĠU L 59, 8.3.1996, p. 3),

- 31996 R 2444: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2444/96 tas- 17.12.1996 (ĠU L 333, 21.12.1996, p. 4),

- 31997 R 2595: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2595/97 tat- 18.12.1997 (ĠU L 351, 23.12.1997, p. 11),

- 31998 R 1636: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1636/98 ta' l- 20.7.1998 (ĠU L 210, 28.7.1998, p. 23),

- 31999 R 0660: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 660/1999 tat- 22.3.1999 (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 10),

- 32000 R 1336: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1336/2000 tad- 19.6.2000 (ĠU L 154, 27.6.2000, p. 2),

- 32002 R 0546: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 546/2002 tal- 25.3.2002 (ĠU L 84, 28.3.2002, p. 4).

(a) Fl-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Limitu massimu ta' garanzija globali ta' 402953 tunnellata metrika ta' weraq tat-tabakk mhux maħdum għal kull ħsad għandu jiġi stabbilit għall-Komunita."

;

(b) Fil-punt I "Flue-Cured" ta' l-Anness, jiżdied dan li ġej:

"Wiślica

Virginia SCR IUN

Wiktoria

Wiecha

Wika

Wala

Wisła

Wilia

Waleria

Watra

Wanda

Weneda

Wenus

DH 16

DH 17"

;

(ċ) Fil-punt II "Light Air-Cured" ta' l-Anness, jiżdied dan li ġej:

"Bursan

Bachus

Bożek

Boruta

Tennessee 90

Baca

Bocheński

Bonus

NC 3

Tennessee 86"

;

(d) Fil-punt III "Dark Air-Cured", ta' l-Anness, jiżdied dan li ġej:

"Prezydent

Mieszko

Milenium

Małopolanin

Makar

Mega"

;

(e) Fil-punt IV "Fire-Cured", ta' l-Anness, jiżdied dan li ġej:

"Kosmos"

.

10. 31992 R 2081: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2081/92 ta' l- 14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-marki ta' oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1), kif emendat bi:

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 31997 R 0535: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 535/97 tas- 17.3.1997 (ĠU L 83, 25.3.1997, p. 3),

- 31997 R 1068: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1068/97 tat- 12.6.1997 (ĠU L 156, 13.6.1997, p. 10),

- 32000 R 2796: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2796/2000 ta' l- 20.12.2000 (ĠU L 324, 21.12.2000, p. 26).

Is-sentenza li ġejja tiżdied ma' l-Artikolu 2 (7), u ma' l-Artikolu 10(1):

"Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja l-perijodu ta' hawn fuq jibda jgħodd mid-data ta' l-adeżjoni tagħhom."

.

11. 31992 R 2082: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2082/92 ta' l- 14 ta' Lulju 1992 dwar iċ-ċertifikati tal-karattru speċifiku tal-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 208, 24.7.1992, p. 9), kif emendat bi:

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21).

(a) Is-sentenza li ġejja tiżdied ma' l-Artikolu 7(4):

"Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-adeżjoni tagħhom."

;

(b) Is-sentenza li ġejja tiżdied ma' l-Artikolu 14 (1):

"Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja il-perijodu ta' hawn fuq jibda jgħodd mid-data ta' l-adeżjoni tagħhom."

.

12. 31992 R 2137: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2137/92 tat- 23 ta' Lulju 1992 rigward l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal-karkassi ta' bhejjem ovini u li jistabbilixxi l-istandard ta' kwalità Komunitarju għall-karkassi tal-laħam tan-nagħġa frisk jew imkessaħ u li jestendi r-Regolament (KEE) Nru. 338/91(ĠU L 214, 30.7.1992, p. 1) kif emendat bi:

- 31994 R 1278: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1278/94 tat- 30.5.1994 (ĠU L 140, 3.6.1994, p. 5),

- 31997 R 2536: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2536/97 tas- 16.12.1997 (ĠU L 347, 18.12.1997, p. 6).

Fl-Artikolu 3(2), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Jekk ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja jew is-Slovakkja jkun bi ħsiebhom jużaw din l-awtorizzazzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn sena wara d-data ta' l-adeżjoni"

.

13. 31992 R 3950: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3950/92 tat- 28 ta' Diċembru 1992, li jistabbilixxi il-ġbir ta' imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ( ĠU L 405, 31.12.1992, p. 1), kif emendat bi:

- 31993 R 0748: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 748/93 tas- 17.3.1993 (ĠU L 77, 31.3.1993, p. 16),

- 31993 R 1560: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1560/93 ta' l- 14.6.1993 (ĠU L 154, 25.6.1993, p. 30),

- 11994 N: L-Att li jikkoncerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 31994 R 0647: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 647/94 tat- 23.3.1994 (ĠU L 80, 24.3.1994, p. 16),

- 31994 R 1883: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1883/94 tas- 27.7.1994 (ĠU L 197, 30.7.1994, p. 25),

- 31995 R 0630: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 630/95 tat- 23.3.1995 (ĠU L 66, 24.3.1995, p. 11),

- 31995 R 1552: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1552/95 tad- 29.6.1995 (ĠU L 148, 30.6.1995, p. 43),

- 31996 R 0635: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 635/96 ta' l- 10.2.1996 (ĠU L 90, 11.4.1996, p. 17),

- 31996 R 1109: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1109/96 ta' l- 20.6.1996 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 13),

- 31997 R 0614: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 614/97 tat- 8.4.1997 (ĠU L 94, 9.4.1997, p. 4),

- 31998 R 0551: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 551/98 tad- 9.4.1998 (ĠU L 73, 12.3.1998, p. 1),

- 31998 R 0903: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 903/98 tat- 28.4.1998 (ĠU L 127, 29.4.1998, p. 8),

- 31999 R 0751: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 751/1999 tad- 9.4.1999 (ĠU L 96, 10.4.1999, p. 11),

- 31999 R 1256: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1256/1999 tas- 17.5.1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 73),

- 32000 R 0749: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 749/2000 tal- 11.4.2000 (ĠU L 90, 12.4.2000, p. 4),

- 32001 R 0603: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 603/2001 tat- 28.3.2001 (ĠU L 89, 29.3.2001, p. 18),

- 32002 R 0582: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 582/2002 ta' l- 4.4.2002 (ĠU L 89, 5.4.2002, p. 7),

- 32002 R 2028: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2028/2002 tal- 11.11.2002 (ĠU L 313, 16.11.2002, p. 3).

(a) Fl-Artikolu 3(2), jiżdiedu dawn is-sub-paragrafi li ġejjin:

"Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja il-kwantitajiet li hemm referenza għalihom jinkludu kull ħalib tal-baqra jew prodott ekwivalenti għall-ħalib ikkunsinnat lil xi xerrej jew mibjugħ direttament għall-konsum irrespettivament jekk hux prodott jew ikkumerżjalizzat taħt xi miżura tranżitorja applikabbli f'dawn il-pajjiżi.

Għall-Polonja id-distribuzzjoni tal-kwantità totali bejn kunsinni u bejgħ dirett għandha tkun riveduta abbażi tal-figuri attwali tagħha ta' l-2003 dwar il-kunsinni u l-bejgħ dirett u, jekk ikun il-każ, għandha tkun aġġustata mill-Kummissjoni skond il-proċedura li hemm fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru. 1255/1999.

Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, għandha tkun stabbilita riserva speċjali għar-ristrutturar kif hemm fit-tabella g) ta' l-Anness. Din ir-riserva għandha tkun rilaxxata mill- 1 ta' April 2006 sakemm il-konsum tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib mill-azjenda nnifisha f'kull wieħed minn dawn il-pajjiżi jkun naqas mill-1998 għall-Estonja u għal-Latvja u mill-2000 għar-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja. Id-deċiżjoni dwar ir-rilaxx tar-riserva u d-distribuzzjoni tagħha għall-kwota tal-kunsinni u tal-bejgħ dirett għandha tittieħed mill-Kummissjoni skond il-proċedura li hemm fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru. 1255/1999 abbażi ta' eżami ta' rapport sottomess mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja lill-Kummissjoni sal- 31 ta' Diċembru 2005. Dan ir-rapport għandu jkun fih dettalji dwar ir-riżultati u x-xejriet tal-proċess attwali tar-ristrutturar fis-settur tal-ħalib tal-pajjiż u, b'mod partikolari il-bidla mill-produzzjoni għall-konsum mill-azjenda nnifisha għall-produzzjoni għas-suq."

(b) Fl-Artikolu 4(1), jiżdied dan is-sub-paragrafu li ġej:

"Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, il-kwantità ta' referenza individwali msemmija hawn fuq għandha tkun l-istess daqs il-kwantità disponibbli fi: 31.03.2002 għall-Estonja u l-Ungerija, 31.03.2003 għal Malta u l-Litwanja, 31.03.2004 għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Latvja u s-Slovakkja u 31.03.2005 għall-Polonja u s-Slovenja"

(ċ) Fl-Artikolu 11, is-sub-paragrafu li ġej jiżdied wara t-tieni sub-paragrafu:

"Madankollu, għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, il-karatteristiċi tal-ħalib li huma kkunsidrati bħala rappresentattivi għandhom ikunu dawk tas-sena kalendarja 2001, u l-medja rappresentattiva nazzjonali ta' kontentut ta' xaħam fil-ħalib ikkunsinnat għandha tkun stabbilita għal 4,21 % għar-Repubblika Ċeka, għal 4,31 % għall-Estonja, għal 3,46 % għal Ċipru, għal 4,07 % għal-Latvja, għal 3,99 % għal-Litwanja, għal 3,85 % għall-Ungerija, għal 3,90 % għall-Polonja, għal 4,13 % għas-Slovenja, u għal 3,71 % għas-Slovakkja."

;

(d) It-Tabella (ċ) fl-Anness tinbidel b'dan li ġej:

"(ċ) Il-kwantitajiet ta' referenza globali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill- 1 ta' April 2002 sal- 31 ta' Marzu 2005. Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja il-kwantitajiet ta' referenza globali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(2) huma applikabbli mill- 1 ta' April 2004 sal- 31 ta' Marzu 2005.

(tunnellati metriċi) |

Stat Membru | Kunsinni | Bejgħ Dirett |

Il-Belġju | 3188202,403 | 122228,597 |

Ir-Repubblika Ċeka | 2613239,000 | 68904,000 |

Id-Danimarka | 4454709,217 | 638,783 |

Il-Ġermanja | 27769228,612 | 95587,388 |

L-Estonja | 537118,000 | 87365,000 |

Il-Greċja | 699626,000 | 887,000 |

Spanja | 6035564,833 | 81385,167 |

Franza | 23844318,264 | 391479,736 |

L-Irlanda | 5386176,780 | 9587,220 |

L-Italja | 10316482,000 | 213578,000 |

Ċipru | 141337,000 | 3863,000 |

Il-Latvja | 468943,000 | 226452,000 |

Il-Litwanja | 1256440,000 | 390499,000 |

Il-Lussemburgu | 268554,000 | 495,000 |

L-Ungerija | 1782650,000 | 164630,000 |

Malta | 48698,000 | — |

L-Olanda | 11001277,000 | 73415,000 |

L-Awstrija | 2599130,467 | 150270,533 |

Il-Polonja | 8500000,000 | 464017,000 |

Il-Portugall [3] | 1861171,000 | 9290,000 |

Is-Slovenja | 467063,000 | 93361,000 |

Is-Slovakkja | 990810,000 | 22506,000 |

Il-Finlandja | 2398275,179 | 8685,339 |

L-Isvezja | 3300000,000 | 3000,000 |

Ir-Renju Unit | 14437481,500 | 172265,500" |

;

(e) It-Tabella (d) fl-Anness tinbidel b'dan li ġej:

"(d) Il-kwantitjiet ta' referenza globali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill- 1 ta' April 2005 sal- 31 ta' Marzu 2006

(tunnellati metriċi) |

Stat Membru | Kunsinni | Bejgħ Dirett |

Il-Belġju | 3204754,403 | 122228,597 |

Ir-Repubblika Ċeka | 2613239,000 | 68904,000 |

Id-Danimarka | 4476986,217 | 638,783 |

Il-Ġermanja | 27908552,612 | 95587,388 |

L-Estonja | 537118,000 | 87365,000 |

Il-Greċja | 699626,000 | 887,000 |

Spanja | 6035564,833 | 81385,167 |

Franza | 23965497,264 | 391479,736 |

L-Irlanda | 5386176,780 | 9587,220 |

L-Italja | 10316482,000 | 213578,000 |

Ċipru | 141337,000 | 3863,000 |

Il-Latvja | 468943,000 | 226452,000 |

Il-Litwanja | 1256440,000 | 390499,000 |

Il-Lussemburgu | 269899,000 | 495,000 |

L-Ungerija | 1782650,000 | 164630,000 |

Malta | 48698,000 | — |

L-Olanda | 11056650,000 | 73415,000 |

L-Awstrija | 2612877,467 | 150270,533 |

Il-Polonja | 8500000,000 | 464017,000 |

Il-Portugall [4] | 1870533,000 | 9290,000 |

Is-Slovenja | 467063,000 | 93361,000 |

Is-Slovakkja | 990810,000 | 22506,000 |

Il-Finlandja | 2410298,179 | 8685,339 |

L-Isvezja | 3316515,000 | 3000,000 |

Ir-Renju Unit | 14510431,500 | 172265,500" |

;

(f) It-Tabella (e) fl-Anness tinbidel b'dan li ġej:

"(e) Il-kwantitajiet ta' referenza globali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill- 1 ta' April 2006 sal- 31 ta' Marzu 2007

(tunnellati metriċi) |

Stat Membru | Kunsinni | Bejgħ Dirett |

Il-Belġju | 3221306,403 | 122228,597 |

Ir-Repubblika Ċeka | 2613239,000 | 68904,000 |

Id-Danimarka | 4499262,217 | 638,783 |

Il-Ġermanja | 28047876,612 | 95587,388 |

L-Estonja | 537118,000 | 87365,000 |

Il-Greċja | 699626,000 | 887,000 |

Spanja | 6035564,833 | 81385,167 |

Franza | 24086676,264 | 391479,736 |

L-Irlanda | 5386176,780 | 9587,220 |

L-Italja | 10316482,000 | 213578,000 |

Ċipru | 141337,000 | 3863,000 |

Il-Latvja | 468943,000 | 226452,000 |

Il-Litwanja | 1256440,000 | 390499,000 |

Il-Lussemburgu | 271244,000 | 495,000 |

L-Ungerija | 1782650,000 | 164630,000 |

Malta | 48698,000 | — |

L-Olanda | 11112024,000 | 73415,000 |

L-Awstrija | 2626624,467 | 150270,533 |

Il-Polonja | 8500000,000 | 464017,000 |

Il-Portugall [5] | 1879896,000 | 9290,000 |

Is-Slovenja | 467063,000 | 93361,000 |

Is-Slovakkja | 990810,000 | 22506,000 |

Il-Finlandja | 2422320,179 | 8685,339 |

L-Isvezja | 3333030,000 | 3000,000 |

Ir-Renju Unit | 14583381,500 | 172265,500" |

;

(g) It-Tabella (f) fl-Anness tinbidel b'dan li ġej:

"(f) Il-kwantitajiet ta' referenza globali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill- 1 ta' April 2007 sal- 31 ta' Marzu 2008

(tunnellati metriċi) |

Stat Membru | Kunsinni | Bejgħ Dirett |

Il-Belġju | 3237858,403 | 122228,597 |

Ir-Repubblika Ċeka | 2613239,000 | 68904,000 |

Id-Danimarka | 4521539,217 | 638,783 |

Il-Ġermanja | 28187200,612 | 95587,388 |

L-Estonja | 537118,000 | 87365,000 |

Il-Greċja | 699626,000 | 887,000 |

Spanja | 6035564,833 | 81385,167 |

Franza | 24207855,264 | 391479,736 |

L-Irlanda | 5386176,780 | 9587,220 |

L-Italja | 10316482,000 | 213578,000 |

Ċipru | 141337,000 | 3863,000 |

Il-Latvja | 468943,000 | 226452,000 |

Il-Litwanja | 1256440,000 | 390499,000 |

Il-Lussemburgu | 272590,000 | 495,000 |

L-Ungerija | 1782650,000 | 164630,000 |

Malta | 48698,000 | — |

L-Olanda | 11167397,000 | 73415,000 |

L-Awstrija | 2640371,467 | 150270,533 |

Il-Polonja | 8500000,000 | 464017,000 |

Il-Portugall [6] | 1889258,000 | 9290,000 |

Is-Slovenja | 467063,000 | 93361,000 |

Is-Slovakkja | 990810,000 | 22506,000 |

Il-Finlandja | 2434343,179 | 8685,339 |

L-Isvezja | 3349545,000 | 3000,000 |

Ir-Renju Unit | 14656332,500 | 172265,500" |

;

(h) It-Tabella (g) tiżdied fl-Anness

"(g) Il-kwantitajiet speċjali ta' riserva għar-ristrtturar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(2)

(tunnellati metriċi) |

Stat Membru | Riserva Speċjali għar-Ristrutturar |

Ir-Repubblika Ċeka | 55788 |

L-Estonja | 21885 |

Il-Latvja | 33253 |

Il-Litwanja | 57900 |

L-Ungerija | 42780 |

Il-Polonja | 416126 |

Is-Slovenja | 16214 |

Is-Slovakkja | 27472 |

"

;

14. 31993 R 0404: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 404/93 tat- 13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (ĠU L 47, 25.2.1993, p. 1), kif emendat bi:

- 31993 R 3518: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 3518/93 tal- 21.12.1993 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 15),

- 31994 R 3290: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3290/94 tat- 22.12.1994 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105),

- 31998 R 1637: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1637/98 ta' l- 20.7.1998 (ĠU L 210, 28.7.1998, p. 28),

- 31999 R 1257: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1257/1999 tas- 17.5.1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80),

- 32001 R 0216: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 216/2001 tad- 29.1.2001 (ĠU L 31, 2.2.2001, p. 2),

- 32001 R 2587: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2587/2001 tad- 19.12.2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 13).

L-Artikolu 12(2) jinbidel b'dan li ġej:

"2. Il-kwantità massima ta' banana prodotta fil-Komunità u mmexxija fis-suq li għaliha jista' jitħallas kumpens għandha tkun iffissta għal 867 500 tunnellata metrika (piż nett) li għandha titqassam kif ġej għal kull reġjun produttur fil-Komunità:

1. 420000 tunnellata metrika għall-Gzejjer Kanari,

2. 150000 tunnellata metrika għall-Guadeloupe,

3. 219000 tunnellata metrika għall-Martinique,

4. 50000 tunnellata metrika għal Madeira, l-Azores u l-Algarve,

5. 15000 tunnellta metrika għal Kreta u Lakonia,

6. 13500 tunnellta metrika għal Ċipru.

Bla ħsara għall-kwantità massima għall-Komunità, il-kwantità għal kull reġjun tista' tiġi aġġustata."

15. 31994 R 1868: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1868/94 tas- 27 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta' kwoti li għandha x'taqsam mal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata (ĠU L 197, 30.7.1994, p. 4), kif emendat bi:

- 31995 R 1664: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1664/95 tas- 7.7.1995 (ĠU L 158, 8.7.1995, p. 13),

- 31995 R 1863: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1863/95 tas- 17.7.1995 (ĠU L 179, 29.7.1995, p. 1),

- 31998 R 1284: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1284/98 tas- 16.6.1998 (ĠU L 178, 23.6.1998, p. 3),

- 31999 R 1252: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1252/1999 tas- 17.5.1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 15),

- 32000 R 0962: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 962/2002 tas- 27.5.2002 (ĠU L 149, 7.6.2002, p. 1).

(a) Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4:

"3. Il-kwoti li ġejjin għas-sena ta' marketing 2004/2005 huma allokati lill-Istati Membri mniżżlin hawn taħt li jipproduċu l-lamtu tal-patata:

(tunnellati metriċi) |

Ir-Repubblika Ċeka | 33660 |

L-Estonja | 250 |

Il-Latvja | 5778 |

Il-Litwanja | 1211 |

Il-Polonja | 144985 |

Is-Slovakkja: | 729 |

Total | 186613 |

4. Għall-użu fis-sena ta' marketing 2004/2005, kull Stat Membru produttur għandu jalloka l-kwota msemmija fil-paragrafu 3 lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu tal-patata, b'mod partikolari abbażi ta' l-ammont tal-lamtu tal-patata li jipproduċu fil-perijodu 1999-2001 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Polonja, is-Slovakkja, 1998-2000 għal-Litwanja, filwaqt li jieħu f'konsiderazzjoni l-investimenti irrivesibbli magħmula minn dawk l-impriżi qabel l- 1 ta' Frar 2002."

;

(b) L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Impriża li tipproduċi l-lamtu tal-patata ma għandhiex tagħmel kuntratti ta' kultivazzjoni ma' produtturi tal-patata għal xi kwantità ta' patata li tipproduċi kwantità ta' lamtu li taqbeż il-kwota tagħha, msemmija fl-Artikolu 2(2) jew 2(4)."

;

(ċ) L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 5

Għandu jitħallas premium ta' EUR 22,25 għal kull tunnellata metrika ta' lamtu prodotta lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu tal-patata għall-kwantità ta' lamtu tal-patata sal-limitu tal-kwota msemmija fl-Artikolu 2 (2) jew 2(4), sakemm dawn ikunu ħallsu lill-produtturi tal-patata l-prezz minimu msemmi fl-Artikolu 8 (1) tar-Regolament (KEE) Nru. 1766/92(*), għall-patata kollha meħtieġa biex tipproduċi lamtu sal-limitu ta' dik il-kwota."

;

(d) L-Artikolu 6(1) jinbidel b'dan li ġej:

"1. Kull produzzjoni ta' lamtu tal-patata li taqbeż il-kwota li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(2) jew 2(4) għandha tiġi esportata kif inhi mill-Komunità qabel l-1 ta' Jannar li jiġi wara t-tmiem tas-sena ta' marketing ikkonċernata.

M'għandha titħallas l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni għaliha."

;

16. 31995 R 0603: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 603/95 tal- 21 ta' Frar 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-għalf imnixxef (ĠU L 63, 21.3.1995, p. 1), kif emendat bi:

- 31995 R 0684: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 684/95 tas- 27.3.1995 (ĠU L 71, 31.3.1995, p. 3),

- 31995 R 1347: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1347/95 tad- 9.6.1995 (ĠU L 131, 15.6.1995, p. 1).

(a) L-Artikolu 4 (1) jinbidel b'dan li ġej:

"1. Hija stabbilita, għal kull sena ta' marketing, Kwantità Massima Garantita (KMG) ta' 4517223 tunnellata metrika ta' għalf desidratat li għaliha tista' tingħata l-għajnuna li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(2)."

;

(b) Fl-Artikolu 4(2), it-tabella tinbidel b'dan li ġej:

"Kwantità Nazzjonali Garantita (KNG)

(tunnellati metriċi) |

BLEU | 8000 |

Ir-Repubblika Ċeka | 27942 |

Id-Danimarka | 334000 |

Il-Ġermanja | 421000 |

Il-Greċja | 32000 |

Spanja | 1224000 |

Franza | 1455000 |

L-Irlanda | 5000 |

L-Italja | 523000 |

Il-Litwanja | 650 |

L-Ungerija | 49593 |

L-Olanda | 285000 |

L-Awstrija | 4400 |

Il-Polonja | 13538 |

Il-Portugall | 5000 |

Is-Slovakkja | 13100 |

Il-Finlandja | 3000 |

L-Isvezja | 11000 |

Ir-Renju Unit | 102000 |

"

17. 31995 R 3072: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3072/95 tat- 22 ta' Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (ĠU L 329, 30.12.1995, p. 18), kif emendat bi:

- 31998 R 0192: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 192/98 ta' l- 20.1.1998 (ĠU L 20, 27.1.1998, p. 16),

- 31998 R 2072: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2072/98 tat- 28.9.1998 (ĠU L 265, 30.9.1998, p. 4),

- 32000 R 1528: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1528/2000 tat- 13.7.2000 (ĠU L 175, 14.7.2000, p. 64),

- 32000 R 1667: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1667/2000 tas- 17.7.2000 (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 3),

- 32001 R 1987: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1987/2001 tat- 8.10.2001 (ĠU L 271, 12.10.2001, p. 5),

- 32002 R 0411: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 411/2002 ta' l- 4.3.2002 (ĠU L 62, 5.3.2002, p. 27).

(a) Fl-Artikolu 6(3), it-tabella tinbidel b'dan li ġej:

"

(EUR/ettaru) |

| 1999/2000 u wara |

Spanja | 334,33 |

L-Ungerija | 163,215 |

Franza | |

— territorju metropolitan | 289,05 |

— Gujana Franċiża | 395,40 |

Il-Greċja | |

— departmenti ta' Thessaloniki, Serres, Kavala, Aitolia- Akarnania u Fthiotida | 393,82 |

— dipartimenti oħra | 393,82 |

L-Italja | 318,01 |

Il-Portugall | 318,53 |

"

;

(b) L-Artikolu 6(4) jinbidel b'dan li ġej:

"4. Huwa stabbilit il-wiċċ bażi nazzjonali għal kull Stat Membru produttur. Madankollu żewġ uċuħ bażi huma stabbiliti għal Franza u l-Greċja. L-uċuħ bażi għandhom ikunu kif ġej:

Spanja: | 104973 ettaru |

L-Ungerija: | 3222 ettaru |

Franza: | |

— territorju metropolitan | 24500 ettaru |

— Gujana Franċiża | 5500 ettaru |

Il-Greċja: | |

— departimenti ta' Thessaloniki, Serres, Kavala, Aitolia, Akarnania u Fthiotida | 22330 ettaru |

— dipartimenti oħra | 2561 ettaru |

L-Italja: | 239259 ettaru |

Il-Portugall: | 34000 ettaru" |

18. 31996 R 1107: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1107/96 tat- 12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet u l-ismijiet ġijografikiċi ta' l-oriġini skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1), kif emendat bi:

- 31996 R 1263: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1263/96 ta' l- 1.7.1996 (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19),

- 31997 R 0123: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 123/97 tat- 23.1.1997 (ĠU L 22, 24.1.1997, p. 19),

- 31997 R 1065: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1065/97 tat- 12.6.1997 (ĠU L 156, 13.6.1997, p. 5),

- 31997 R 2325: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2325/97 ta' l- 24.11.1997 (ĠU L 322, 25.11.1997, p. 33),

- 31998 R 0134: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 134/98 ta' l- 20.1.1998 (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 6),

- 31998 R 0644: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 644/98 ta' l- 20.3.1998 (ĠU L 87, 21.3.1998, p. 8),

- 31998 R 1549: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1549/98 tas- 17.7.1998 (ĠU L 202, 18.7.1998, p. 25),

- 31999 R 0083: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 83/1999 tat- 13.1.1999 (ĠU L 8, 14.1.1999, p. 17),

- 31999 R 0590: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 590/1999 tat- 18.3.1999 (ĠU L 74, 19.3.1999, p. 8),

- 31999 R 1070: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1070/1999 tal- 25.5.1999 (ĠU L 130, 26.5.1999, p. 18),

- 32000 R 0813: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 813/2000 tas- 17.4.2000 (ĠU L 100, 20.4.2000, p. 5),

- 32000 R 2703: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2703/2000 tal- 11.12.2000 (ĠU L 311, 12.12.2000, p. 25),

- 32001 R 0913: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 913/2001 ta' l- 10.5.2001 (ĠU L 129, 11.5.2001, p. 8),

- 32001 R 1347: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1347/2001 tat- 28.62001 (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 3),

- 32001 R 1778: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1778/2001 tas- 7.9.2001 (ĠU L 240, 8.9.2001, p. 6),

- 32002 R 0564: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 564/2002 tat- 2.4.2002 (ĠU L 86, 3.4.2002, p. 7),

- 32002 R 1829: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1829/2002 ta' l- 14.10.2002 (ĠU L 277, 15.10.2002, p. 10).

(a) Fl-Artikolu 1, jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"L-ismijiet "Budějovické pivo", "Českobudějovické pivo" u "Budějovický měšťanský var" għandhom ikunu reġistrati bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) u imniżżla fl-Anness skond l-ispeċifikazzjonijiet sottomessi lill-Kummissjoni. Dan huwa bla ħsara għal xi trademark tal-birra jew drittijiet oħra li jeżistu fl-Unjoni Ewropea fid-data ta' l-adeżjoni."

(b) Fil-Parti B ta' l-Anness, dan li ġej jidħol taħt l-intestatura "Birra":

"Ir-Repubblika Ċeka:

- Budějovické pivo (IGP)

- Českobudějovické pivo (IGP)

- Budějovický měšťanský (PGI)"

.

19. 31996 R 1577: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1577/96 tat- 30 ta' Lulju 1996 li jdaħħal miżura speċifika għal ċerti legumi taż-żerriegħa (ĠU L 206, 16.8.1996, p. 4), kif emendat bi:

- 31997 R 1826: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1826/97 tat- 22.9.1997 (ĠU L 260, 23.9.1997, p. 11),

- 32000 R 0811: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 811/2000 tas- 17.4.2000 (ĠU L 100, 20.4.2000, p. 1).

L-Artikolu 3(2) jinbidel b'dan li ġej:

"2. L-arei massimi garantiti għandhom jiġu stabbiliti għal 162529 ettaru għall-għads u għaċ-ċiċri, u għal 259473 ettaru għall-ġilbiena li hemm referenza għaliha f'punt (ċ) ta' l-Artikolu 1. Fejn area massima ma tkunx milħuqa matul xi sena ta' marketing, il-parti li mhix użata għandha tiġi allokata mill-ġdid lill-area massima l-oħra għal dik is-sena ta' marketing qabel ma tinqabeż dik is-sena."

.

20. 31996 R 2201: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2201/96 tat- 28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' prodotti pproċessati tal-frott u tal-ħaxix (ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29), kif emendat bi:

- 31997 R 2199: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2199/97 tat- 30.10.1997 (ĠU L 303, 6.11.1997, p. 1),

- 31999 R 2701: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2701/1999 ta' l- 14.12.1999 (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 5),

- 32000 R 2699: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2699/2000 ta' l- 4.12.2000 (ĠU L 311, 12.12.2000, p. 9),

- 32001 R 1239: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1239/2001 tad- 19.6.2001 (ĠU L 171, 26.6.2001, p. 1),

- 32002 R 0453: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 453/2002 tat- 13.3.2002 (ĠU L 72, 14.3.2002, p. 9).

(a) Fl-Artikolu 7(2), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Għal Ċipru is-snin ta' marketing 1995/96, 1996/97 u 1999/2000 huma s-snin ta' referenza biex jiġi stabbilit il-wiċċ massimu garantit Komunitarju li hemm referenza għalih fl-ewwel sub-paragrafu."

;

(b) Fl-Artikolu 9 (1) it-tieni sub-paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Il-kwantitajiet ta' żbib u passolina mixtrija skond il-paragrafu 2 ma għandhomx jaqbżu 27930 tunnellati metriċi."

;

(ċ) L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS III

Il-limiti ta' l-ipproċessar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5

Piż nett tal-prodott frisk

m.r. = mhux rilevanti

(f'tunnellati metriċi) |

| | Tadam | Ħawħ | Lanġas |

Limiti Komunitarji | 8653328 | 542062 | 105659 |

National thresholds Limiti nazzjonali | Ir-Repubblika Ċeka | 12000 | 1287 | 11 |

Il-Greċja | 1211241 | 300000 | 5155 |

Spanja | 1238606 | 180794 | 35199 |

Franza | 401608 | 15685 | 17703 |

L-Italja | 4350000 | 42309 | 45708 |

Ċipru | 7944 | 6 | m.r. |

Il-Latvja | m.r. | m.r. | m.r. |

L-Ungerija | 130790 | 1616 | 1031 |

Malta | 27000 | m.r. | m.r. |

L-Olanda | m.r. | m.r. | 243 |

L-Awstrija | m.r. | m.r. | 9 |

Il-Polonja | 194639 | m.r. | m.r. |

Il-Portugall | 1050000 | 218 | 600 |

Is-Slovakkja | 29500 | 147 | m.r. |

"

.

21. 31996 R 2202: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2202/96 tat- 28 ta' Ottubru 1996 li jdaħħal skema Komunitarja ta' għajnuna għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru (ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49), kif emendat bi:

- 31999 R 0858: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 858/1999 tat- 22.4.1999 (ĠU L 108, 27.4.1999, p. 8),

- 32000 R 2699: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2699/2000 ta' l- 4.12.2000 (ĠU L 311, 12.12.2000, p. 9).

L-Anness II jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS II

Il-limiti ta' l-ipproċessar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5

Piż nett tal-prodott frisk

m.r. = mhux rilevanti

(f'tunnellati metriċi) |

| | Larinġ | Lumi | Grapefruit | Frott irqiq taċ-ċitru |

Limiti Komunitarji | 1518982 | 513650 | 22000 | 390000 |

National thresholds Limiti nazzjonali | Il-Greċja | 280000 | 27976 | 799 | 5217 |

Spanja | 600467 | 192198 | 1919 | 270186 |

Franza | m.r. | m.r. | 61 | 445 |

L-Italja | 599769 | 290426 | 3221 | 106428 |

Ċipru | 18746 | 3050 | 16000 | 6000 |

Il-Portugall | 20000 | m.r. | m.r. | 1724 |

"

.

22. 31998 R 1638: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1638/98 ta' l- 20 ta' Lulju 1998 li jemenda r-Regolament Nru. 136/66/KEE dwar it-twaqqif ta' organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet (ĠU L 210, 28.7.1998, p. 32), kif emendat bi:

- 32001 R 1513:Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1513/2001 tat- 23.7.2001 (ĠU L 201, 26.7.2001, p. 4).

(a) Fl-Artikolu 2(1), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Ċipru, Malta u s-Slovenja għandhom idaħħlu s-SIĠ mhux aktar tard mill- 1 ta' Jannar 2005."

;

(b) Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Fir-rigward ta' siġar taż-żebbuġ addizzjonali jew l-arei rilevanti mħawla wara l- 1 ta'Mejju 1998 għall-Komunità, ħlief għal Ċipru u għal Malta li għalihom id-data għandha tkun il- 31 ta' Diċembru 2001, u dawk li mhumiex koperti b'dikjarazzjoni ta' tkabbir f'data li għad trid tiġi deċiża, dawk li jkabbru ż-żebbuġ ma jistghu jitħallsu l-ebda għajnuna taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet fis-seħħ mill- 1 ta' Novembru 2001."

.

23. 31999 R 1251: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1251/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti prodotti maħruta (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 1), kif emendat bi:

- 31999 R 2704: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2704/1999 ta' l- 14.12.1999 (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 12),

- 32000 R 1672: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1672/2000 tas- 27.7.2000 (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 13),

- 32001 R 1038: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1038/2001 tat- 22.5.2001 (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 16).

(a) Fl-Artikolu 2(2), jiżdied dan is-sub-paragrafu li ġej:

"Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, l-area ta' bażi reġjonali għandha tkun stabbilita bħala n-numru medju ta' ettari f'xi reġjun li huma għal uċuh tar-raba' maħrut matul perijodu ta' tliet snin konsekuttivi fil-perijodu 1997-2001. It-total ta' l-arei ta' bażi reġjonali għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri ma għandux jaqbeż l-arei ta' bażi imsemmija fl-Anness VI."

;

(b) Fl-Artikolu 3(5), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"— għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja billi jkunu stabbiliti l-produzzjoni ta' riferenza imsemmija fl-Anness VI."

;

(c) Fl-Artikolu 3(7), il-kliem "… jew, fil-każ ta' l-Italja u ta' Spanja il-produzzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 3(5) tinqabeż…", huma mibdula b'dan li ġej:

"… jew, fil-każ ta' Ċipru, tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' l-Ungerija, ta' l-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovakkja, tas-Slovenja u Spanja il-produzzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 3(5) tinqabeż…"

;

(d) Fl-Artikolu 7, is-sub-paragrafu li ġej jidħol bejn l-ewwel u t-tieni sub-paragrafu:

"Għal-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, u s-Slovenja, applikazzjonijiet għall-pagamenti ma jistgħux isiru fir-rigward ta' art li, fil- 31 ta' Diċembru 2000, kienet tintuża bħala mergħa permanenti, għall-uċuħ tar-raba' b'mod permanenti jew għall-imsaġar jew kienet użuta għal għanijiet mhux agrikoli. Għas-Slovakkja applikazzjonijiet għall-pagamenti ma jistgħux isiru fir-rigward ta' art li, fil- 31 ta' Diċembru 2001, kienet tintuża bħala mergħa permanenti, għall-uċuħ tar-raba' b'mod permanenti jew għall-imsaġar jew kienet użuta għal għanijiet mhux agrikoli. Għall-Estonja applikazzjonijiet għall-pagamenti ma jistgħux isiru fir-rigward ta' art li, fl- 1 ta' Ottubru 2002, kienet tintuża bħala mergħa permanenti, għall-uċuħ tar-raba' b'mod permanenti jew għall-imsaġar jew kienet użuta għal għanijiet mhux agrikoli. Għar-Repubblika Ċeka applikazzjonijiet għall-pagamenti ma jistgħux isiru fir-rigward ta' art li, fil- 30 ta' Novembru 2002, kienet tintuża bħala mergħa permanenti, għall-uċuħ tar-raba' b'mod permanenti jew għall-imsaġar jew kienet użuta għal għanijiet mhux agrikoli. Għal Ċipru applikazzjonijiet għall-pagamenti ma jistgħux isiru fir-rigward ta' art li, fl- 1 ta' Diċembru 2002, kienet tintuża bħala mergħa permanenti, għall-uċuħ tar-raba' b'mod permanenti jew għall-imsaġar jew kienet użuta għal għanijiet mhux agrikoli."

;

(e) Fl-Artikolu 7, it-tielet u r-raba' paragrafu jinbidlu b'dan li ġej:

"Stati Membri jistgħu wkoll ma jimxux mad-disposizzjonijiet ta' l-ewwel u t-tieni sub-paragrafu f'ċerti ċirkustanzi speċifiċi li għandhom x'jaqsmu ma' forma jew oħra ta' intervent pubbliku meta b'riżultat ta' dan l-intervent, sabiex ikompli l-attività agrikola normali tiegħu xi bidwi jkabbar l-uċuħ fuq art li qabel kienet titqies ineliġibbli u l-intervent ikkonċernat ifisser li art li oriġinarjament kienet eliġibbli ma tibqax, bir-riżultat li l-ammont totali ta' art eliġibbli ma jiżdiedx b'mod sinifikanti.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu ma jimxux ma' l-ewwel u t-tieni sub-paragrafu, f'ċerti każijiet li ma jaqgħux taħt iż-żewġ sub-paragrafi ta' qabel, jekk jipprovdu evidenza fi pjan li jkun sottomess lill-Kumissjoni li l-ammont totali ta' art eliġibbli jibqa' l-istess."

;

(f) Fl-Anness II, jiżdied dan li ġej:

"Ċipru

L-Ungerija"

;

(g) L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS III

AREI MASSIMI GARANTITI LI JIRĊIEVU S-SUPPLIMENT TAL-PAGAMENT GĦALL-AREA GĦALL-QAMĦ DURUM

(ettari) |

Il-Greċja | 617000 |

Spanja | 594000 |

Franza | 208000 |

L-Italja | 1646000 |

Ċipru | 6183 |

L-Awstrija | 7000 |

Il-Portugall | 118000 |

L-Ungerija | 2500 |

"

(h) L-Anness IV jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS IV

AREI MASSIMI GARANTITI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SPEĊJALI GĦALL-QAMĦ DURUM

(ettari) |

Il-Ġermanja | 10000 |

Spanja | 4000 |

Franza | 50000 |

L-Italja | 4000 |

L-Ungerija | 4305 |

Is-Slovakkja | 4717 |

Ir-Renju Unit | 5000 |

"

(i) Jiżdied l-Anness li ġej:

"ANNESS VI

AREI TA' BAŻI NAZZJONALI U PRODUZZJONI TA' RIFERENZA FIR-REPUBBLIKA ĊEKA, FL-ESTONJA, F'ĊIPRU, FIL-LATVJA, FIL-LITWANJA, FL-UNGERIJA, F'MALTA, FIL-POLONJA, FIS-SLOVENJA U FIS-SLOVAKKJA

| area ta' bażi (ettari) | Produzzjoni ta' riferenza (tunnellati metriċi kull ettaru) |

Ir-Repubblika Ċeka | 2253598 | 4,20 |

L-Estonja | 362827 | 2,40 |

Ċipru | 79004 | 2,30 |

Il-Latvja | 443580 | 2,50 |

Il-Litwanja | 1146633 | 2,70 |

L-Ungerija | 3487792 | 4,73 |

Malta | 4565 | 2,02 |

Il-Polonja | 9454671 | 3,00 |

Is-Slovenja | 125171 | 5,27 |

Is-Slovakkja | 1003453 | 4,06 |

"

24. 31999 R 1254: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21), kif emendat bi:

- 32001 R 1455: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1455/2001 tat- 28.6.2001 (ĠU L 198, 21.7.2001, p. 58),

- 32001 R 1512: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1512/2001 tat- 23.7.2001 (ĠU L 201, 26.7.2001, p. 1),

- 32001 R 2345: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2345/2001 tat- 30.11.2001 (ĠU L 315, 1.1.2001, p. 29).

(a) L-Artikolu 7(2) jinbidel b'dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li mill- 1 ta' Jannar 2000, l-ammont tad-drittijiet għall-premium fuq it-territorju tagħhom ma jaqbiżx il-limiti nazzjonali stipulati fl-Anness II u li r-riżervi nazzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 9 ikunu jistgħu jiġu stabbiliti. Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom jallokaw limiti individwali lill-produtturi u għandhom jistabilixxu r-riżervi nazzjonali min-numru globali tad-drittijiet għall-premium riżervat għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri kif stipulat fl-Anness II, mhux aktar tard minn sena wara d-data ta' l-adeżjoni."

;

(b) Fl-Artikolu 11(3), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja il-limiti nazzjonali għandhom ikunu dawk li hemm fit-tabella li ġejja.

Premiumgħall-qatla:

| Barrin, gniedes, baqar u għoġġiela | Għoġġiela ta' aktar minn xahar u ta' anqas minn seba' xhur u li l-piż tal-karkassa huwa ta' anqas minn 160 kg |

Ir-Repubblika Ċeka | 483382 | 27380 |

L-Estonja | 107813 | 30000 |

Ċipru | 21000 | — |

Il-Latvja | 124320 | 53280 |

Il-Litwanja | 367484 | 244200 |

L-Ungerija | 141559 | 94439 |

Malta | 6002 | 17 |

Il-Polonja | 1815430 | 839518 |

Is-Slovenja | 161137 | 35852 |

Is-Slovakkja | 204062 | 62841 |

"

(ċ) Fl-Artikolu 16(1), l-ewwel sub-paragrafu, jiżdied l-inċiż li ġejja:

"— Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja: daqs il-limiti massimi li hemm fl-Anness I jew daqs in-numru medju ta' qatliet ta' bhejjem tal-frat maskili matul is-snin 2001, 2002 u 2003 li joħorġu mill-istatistiċi ta' l-Eurostat għal dawn is-snin jew minn xi informazzjoni statistika uffiċjali ippubblikata għal dawn is-snin li hi aċċettata mill-Kummissjoni."

;

(d) Fl-Artikolu 16(4), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja is-snin ta' referenza għandhom ikunu l-2001, l-2002 u l-2003."

;

(e) Fl-Artikolu 17(2), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja is-snin ta' referenza għandhom ikunu l-1999, l-2000 u l-2001"

;

(f) Wara l-Artikolu 17, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 17bis

L-ammonti globali imsemmija fl-Artikolu 14(1) u l-pagament bl-area massimu għal kull ettaru ta' EUR 350 imsemmi fl-Artikolu 17(3) għandhom ikunu applikati skond l-iskeda ta' inkrementi kif hemm fl-Artikolu 1a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1259/1999."

;

(g) L-Anness I jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS I

PREMIUM SPEĊJALI

Il-limiti massimi reġjonali ta' l-Istati Membri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(4)

Il-Belġju | 235149 |

Ir-Repubblika Ċeka | 244349 |

Id-Danimarka | 277110 |

Il-Ġermanja | 1782700 |

L-Estonja | 18800 |

Il-Greċja | 143134 |

Spanja | 713999 [1] |

Franza | 1754732 [2] |

L-Irlanda | 1077458 |

L-Italja | 598746 |

Ċipru | 12000 |

Il-Latvja | 70200 |

Il-Litwanja | 150000 |

Il-Lussemburgu | 18962 |

L-Ungerija | 94620 |

Malta | 3201 |

L-Olanda | 157932 |

L-Awstrija | 423400 |

Il-Polonja | 926000 |

Il-Portugall | 175075 [3] |

Is-Slovenja | 92276 |

Is-Slovakkja | 78348 |

Il-Finlandja | 250000 |

L-Isvezja | 250000 |

Ir-Renju Unit | 1419811 [4] |

.

(h) L-Anness II jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS II

PREMIUM GĦALL-BAQAR LI JREDDGĦU

Limiti massimi nazzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(2) applikabbli mill- 1 ta' Jannar 2000

Il-Belġju | 394253 |

Ir-Repubblika Ċeka [*] | 90300 |

Id-Danimarka | 112932 |

Il-Ġermanja | 639535 |

L-Estonja [*] | 13416 |

Il-Greċja | 138005 |

Spanja [2] | 1441539 |

Franza [3] | 3779866 |

L-Irlanda | 1102620 |

L-Italja | 621611 |

Ċipru [*] | 500 |

Il-Latvja [*] | 19368 |

Il-Litwanja [*] | 47232 |

Il-Lussemburgu | 18537 |

L-Ungerija [*] | 117000 |

Malta [*] | 454 |

L-Olanda | 63236 |

L-Awstrija | 325000 |

Il-Polonja [*] | 325581 |

Il-Portugall [4] | 277539 |

Is-Slovenja [*] | 86384 |

Is-Slovakkja [*] | 28080 |

Il-Finlandja | 55000 |

L-Isvezja | 155000 |

Ir-Renju Unit | 1699511 |

;

(i) L-Anness IV jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS IV

PAGAMENTI ADDIZZJONALI

Ammonti globali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14

(f'miljuni ta' euro) |

| 2002 u s-snin ta' wara |

Il-Belġju | 39,4 |

Ir-Repubblika Ċeka | 8,776017 |

Id-Danimarka | 11,8 |

Il-Ġermanja | 88,4 |

L-Estonja | 1,13451 |

Il-Greċja | 3,8 |

Spanja | 33,1 |

Franza | 93,4 |

L-Irlanda | 31,4 |

L-Italja | 65,6 |

Ċipru | 0,308945 |

Il-Latvja | 1,33068 |

Il-Litwanja | 4,942267 |

Il-Lussemburgu | 3,4 |

L-Ungerija | 2,936076 |

Malta | 0,0637 |

L-Olanda | 25,3 |

L-Awstrija | 12,0 |

Il-Polonja | 27,3 |

Il-Portugall | 6,2 |

Is-Slovenja | 2,964780 |

Is-Slovakkja | 4,500535 |

Il-Finlandja | 6,2 |

L-Isvezja | 9,2 |

Ir-Renju Unit | 63,8 |

"

.

25. 31999 R 1255: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1255/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48), kif emendat bi:

- 32000 R 0999: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 999/2000 tat- 12.5.2000 (ĠU L 114, 13.5.2000, p. 9),

- 32000 R 1040: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1040/2000 tas- 16.5.2000 (ĠU L 118, 19.5.2000, p. 1),

- 32000 R 1526: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1526/2000 tat- 13.7.2000 (ĠU L 175, 14.7.2000, p. 55),

- 32000 R 1670: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1670/2000 ta' l- 20.7.2000 (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 10),

- 32002 R 0509: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 509/2002 tal- 21.3.2002 (ĠU L 79, 22.3.2002, p. 15).

(a) Fl-Artikolu 16(3), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja il-perijodu ta' 12-il xahar li hemm referenza għalih fis-sub-paragrafu ta' qabel għandu jkun dak ta' 2004/2005."

;

(b) Wara l-Artikolu 19, jiżdied l-Artikolu 19a li ġej:

"Artikolu 19a

L-ammonti globali imsemmija fl-Artikolu 17(1), l-ammonti globali għall-prodotti tal-ħalib u s-supplement tal-premium imsemmija fl-Artikolu 18(2) u l-pagament bl-area massimu għal kull ettaru ta' EUR 350 imsemmi fl-Artikolu 19(3) għandhom jiġu applikati bl-iskeda ta' inkrementi kif hemm fl-Artikolu 1 (a) tar-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru. 1259/1999."

;

(ċ) L-Anness I jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS I

PAGAMENTI ADDIZZJONALI:AMMONTI GLOBALI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 17

(f'miljuni ta' EUR) |

| 2005 | 2006 | 2007 u s-snin kalendarji ta' wara |

Il-Belġju | 8,6 | 17,1 | 25,7 |

Ir-Repubblika Ċeka | 6,9 | 13,87 | 20,8 |

Id-Danimarka | 11,5 | 23,0 | 34,5 |

Il-Ġermanja | 72,0 | 144,0 | 216,0 |

L-Estonja | 1,6 | 3,2 | 4,85 |

Il-Greċja | 1,6 | 3,3 | 4,9 |

Spanja | 14,4 | 28,7 | 43,1 |

Franza | 62,6 | 125,3 | 187,9 |

L-Irlanda | 13,6 | 27,1 | 40,7 |

L-Italja | 25,7 | 51,3 | 77,0 |

Ċipru | 0,4 | 0,75 | 1,1 |

Il-Latvja | 1,8 | 3,6 | 5,4 |

Il-Litwanja | 4,25 | 8,5 | 12,8 |

Il-Lussemburgu | 0,7 | 1,4 | 2,1 |

L-Ungerija | 5,0 | 10,1 | 15,1 |

Malta | 0,13 | 0,25 | 0,38 |

L-Olanda | 28,6 | 57,2 | 85,8 |

L-Awstrija | 7,1 | 14,2 | 21,3 |

Il-Polonja | 23,1 | 46,3 | 69,6 |

Il-Portugall | 4,8 | 9,7 | 14,5 |

Is-Slovenja | 1,45 | 2,9 | 4,35 |

Is-Slovakkja | 2,6 | 5,2 | 7,9 |

Il-Finlandja | 6,2 | 12,4 | 18,6 |

L-Isvezja | 8,5 | 17,1 | 25,6 |

Ir-Renju Unit | 37,7 | 75,4 | 113,1 |

"

26. 31999 R 1257: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1257/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikola (EAGGF) u li emenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

1. It-Titolu li ġej jidħol wara l-Kapitoli IX tat-Titolu II:

"IL-KAPITOLU IXa

MIŻURI SPEĊIFIĊI GĦALL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA

SUB-KAPITOLU II

APPOĠĠ ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA KOLLHA

Artikolu 33a

Disposizzjonijiet ġenerali

Dan is-Sub-Kapitolu jistipula l-kondizzjonijiet li taħthom għandu jingħata appoġġ addizzjonali kumplimentari għal dak taħt il-Kapitoli I sa IX għal miżuri transitorji għall-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'l isfel magħrufa bħala"l-Istati Membri l-ġodda") biex ikunu ndirizzati il-bżonnijiet speċifiċi ta' l-Istati Membri l-ġodda matul il-perijodu ta' programmazzjoni 2004-2006.

Artikolu 33b

Appoġġ għall-azjendi ta' semi-sussistenza li għaddejin minn fażi ta' ristruttura

1. L-Appoġġ għall-azjendi ta' semi-sussistenza li għaddejin minn fażi ta' ristrutturar għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet li ġejjin:

(a) biex jgħin itaffi l-problemi transitorji rurali billi s-settur agrikolu u l-ekonomija rurali ta' l-Istati Membri l-ġodda huma esposti għall-pressjoni ta' kompetizzjoni tas-suq waħdieni;

(b) biex jiffaċilita u jinkoraġġixxi ir-ristrutturar ta' azjendi li għad mhumiex ekonomikament vijabbli.

Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu,"azjendi ta' semi-sussistenza" għandhom ifissru azjendi li prinċipalment jipproduċu għall-konsum minnhom stess, iżda li jikkumerċjalizzaw parti mill-output tagħhom.

2. Biex igawdu minn dan l-appoġġ, il-bidwi għandu jippreżenta pjan tan-negozju li:

(a) juri l-vijabbilta' ekonomika fil-futur ta' l-azjenda;

(b) ikollu dettalji ta' l-investimenti meħtieġa;

(ċ) jiddiskrivi b'mod speċifiku fejn irid jasal u l-miri tiegħu.

3. Il-konformità mal-pjan tan-negozju imsemmi fil-paragrafu 2 għandha tkun eżaminata wara tliet snin. Jekk l-objettivi li hemm fil-pjan ikunu għadhom ma ntalħqux sakemm isir l-eżami ta' tliet snin, ma għandu jingħata l-ebda appoġġ ieħor, iżda ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li l-flus li jkunu diġà tħallsu jintraddu lura.

4. L-appoġġ għandu jitħallas kull sena f'forma ta' għajnuna b' rata fissa sa l-ammont massimu eliġibbli speċifikat fl-Anness II u għal perijodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Artikolu 33ċ

Appoġġ biex ikun hemm konformità ma' l-istandards tal-Komunità

1. Jista' jingħata appoġġ biex jgħin lill-bdiewa fl-Istati Membri l-ġodda biex jadattaw għall-istandards stabbiliti mill-Komunità fl-oqsma ta' l-ambjent; is-saħħa pubblika, tal-bhejjem u tal-pjanti; it-trattament xieraq tal-bhejjem u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol saż-żmien li l-istandard meħtieġ għandu jintlaħaq.

2. Il-bdiewa għandhom ikunu intitolati għall-appoġġ jekk:

(a) igawdu mill-appoġġ għall-investiment skond il-Kapitolu I, li għandu jwassal sabiex jintlaħaq l-istandard rilevanti; jew

(b) jipprovdu pjan għat-titjib fil-livell u/jew bdil fil-mod ta' kif irabbu l-bhejjem skond ma hu meħtieġ biex jikkonformaw ma' l-istandards minimi rilevanti li jkun ippreparat jew iċċertifikat minn persuna b'esperjenza rikonoxxuta.

L-appoġġ għandu jkun disponibbli biss għal dawk il-bdiewa li jkunu jistgħu juru li l-azjenda agrikola tagħhom hija ekonomikament vijabbli jew li għandha tkun ekonomikament vijabbli meta jispiċċa l-appoġġ.

3. L-appoġġ għandu jingħata kull sena fuq bażi digressiva, u għandu jonqos għal żero fi kwoti ndaqs. Għandu jitħallas saż-żmien sa meta l-istandard għandu jintlaħaq u għal mhux aktar minn ħames snin.

Il-ħlas għandu jkun stabbilit fl-livell li jevita l-kumpens żejjed. Meta jkun qed jiġi stabbilit il-livell ta' l-appoġġ fis-sena, għandu jittieħed kont ta' dħul li jintilef u ta' l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' investimenti u tagħbija tax-xogħol addizzjonali.

L-ammont massimu eliġibbli għall-appoġġ mill-Komunità fl-ewwel sena huwa stipulat fl-Anness II. Jekk l-appoġġ ma jkunx jista' jiġi kkalkulat abbażi ta' area, ammont xieraq ieħor jista' jkun stabbilit fil-qafas tal-proċess ta' l-ipprogrammar.

Artikolu 33d

Gruppi ta' produtturi

1. Appoġġ b'rata fissa għandu jingħata sabiex ikunu faċilitati it-twaqqif u l-ħidma amministrattiva ta' gruppi ta' produtturi li l-għanijiet tagħhom huma li:

(a) jadattaw il-produzzjoni u l-output tal-produtturi li huma membri ta' dawn il-gruppi għall-ħtiġiet tas-suq;

(b) flimkien iqiegħdu prodotti fis-suq, li jinkludi l-preparazzjonijiet biex isir il-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ, u l-forniment lix-xerrejja bi rfus; u

(ċ) jistabbilixxu regoli komuni dwar l-informazzjoni fuq il-produzzjoni, speċjalment fejn għandhom x'jaqsmu l-ġbir ta' l-għelejjel u d-disponibbiltà.

2. L-appoġġ għandu jingħata biss lil gruppi ta' produtturi li huma formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-ġodda bejn id-data ta' l-adeżjoni u t-tmiem tal-perijodu ta' programmazzjoni abbażi kemm tal-liġi nazzjonali u kemm dik tal-Komunità.

3. L-appoġġ għandu jingħata f'pagamenti fis-sena għall-ewwel ħames snin wara d-data li fiha kien rikonoxxut il-grupp ta' produtturi. Għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fis-sena tal-grupp u ma għandux jaqbeż:

(a) 5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 % tal-valur tal-produzzjoni sa EUR 1000000 li hija kkummerċjalizzata fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet, fir-raba' u fil-ħames sena rispettivament, u

(b) 2,5 %, 2,5 %, 2,0 %, 1,5 % u 1,5 % tal-valur tal-produzzjoni 'l fuq minn EUR 1000000 li hija ikkummerċjalizzata fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet, fir-raba' u fil-ħames sena rispettivament.

F'kull każ, l-appoġġ ma għandux jaqbeż l-ammonti massimi eliġibbli stipulati fl-Anness II.

Fil-każ ta' Malta, tista' tkun stabbilita għajnuna minima għal xi settur tal-produzzjoni fejn l-output globali huwa żgħir ferm. Is-settur li jkun u l-livell ta' għajnuna għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni.

Artikolu 33e

Għajnuna teknika

1. L-appoġġ jista' jingħata għall-miżuri ta' preparazzjoni, sorveljanza, evalwazzjoni u kontroll li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dokumenti ta' l-ipprogrammar ta' l-iżvilupp rurali.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b'mod partikolari:

(a) studji;

(b) miżuri ta' għajnuna teknika, l-iskambju ta' esperjenzi u informazzjoni immirata lejn l-imsieħba, il-benefiċjarji u l-pubbliku in ġenerali;

(ċ) l-installazzjoni, it-tħaddim u l-interkonnessjoni ta' sistemi kompjuterizzati għat-tmexxija, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni;

(d) titjib fil-metodi ta' evalwazzjoni u skambju ta' informazzjoni dwar il-prattiċi wżati f'dan il-qasam.

Artikolu 33f

Miżuri tat-tip Leader+

1. Jista' jingħata appoġġ għal miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' l-akkwist ta' kapaċitajiet intiżi biex jippreparaw lill-komunitajiet rurali biex joħolqu u jimplimentaw strateġiji għall-iżvilupp rurali tal-lokal.

Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, b'mod partikolari:

(a) appoġġ tekniku għal studji dwar l-area lokali, u dijanjosi territorjali li tieħu konsiderazzjoni tax-xewqat magħmula min-nies konċernati;

(b) informazzjoni u taħriġ għan-nies sabiex tkun inkoraġġita parteċipazzjoni ħajja fil-proċess ta' żvilupp;

(ċ) il-bini ta' sħubija rappreseżentattivi għall-iżvilupp tal-lokal;

(d) it-tfassil ta' strateġiji għal żvilupp integrat;

(e) l-iffinanzjar tar-riċerka u l-preparazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-appoġġ.

2. Jista' jingħata appoġġ sabiex ikunu adottati strateġiji għall-iżvilupp rurali integrat tat-territorju, tax-xorta ta' proġetti-pilota, ippreparati minn gruppi ta' azzjoni lokali skond il-prinċipji stipulati fil-punti 12 u 14 ta' l-Avviż tal-Kummissjoni lill-Istati Membri ta' l- 14 ta' April 2000 li jistipula linji-gwida għall-inizjattiva Komunitarja għall-iżvilupp rurali (Leader +) [*] ĠU C 139, 18.5.2000, p. 5.. Dan l-appoġġ għandu jkun limitat għal reġjuni fejn hemm diġà kapaċità amministrattiva suffiċjenti u esperjenza ta' kif għandhom isiru tipi ta' żviluppi rurali lokali.

3. Il-gruppi ta' azzjoni lokali imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu ikunu eliġibbli sabiex jipparteċipaw f'azzjonijiet bejn it-territorji u trans-nazzjonali skond il-prinċipji stipulati fil-partiti 15 sa 18 ta' l-Avviż tal-Kummissjoni imsemmi fil-paragrafu 2.

4. L-Istati Membri l-ġodda u gruppi ta' azzjoni lokali għandhom jingħataw aċċess għall-Osservatorju ta' Arei Rurali li hemm fil-punt 23 ta' l-Avviż tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 33g

Servizzi ta' konsulenza u ta' estenzjoni agrikoli

B'żieda mal-miżura li hemm fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 33, għandu jingħata appoġġ għall-provvista ta' servizzi ta' konsulenza u ta' estenzjoni agrikoli.

Artikolu 33h

Komplementi għal pagamenti diretti

1. Appoġġ jista' jingħata, bħala miżura temporanja u sui generis, lill-bdiewa li huma eliġibbli għall-pagamenti diretti nazzjonali jew għajnuniet komplementari taħt l-Artikolu 1ċ tar-Regolament (KE) Nru. 1259/1999 [**] Ir-Regolament (KE) Nru. 1259/1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 113). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1244/2001 (ĠU L 173, 27.6.2001, p. 1)." matul il-perijodu 2004-2006 biss.

2. L-appoġġ mogħti lil xi bidwi fir-rigward tas-snin 2004, 2005, 2006 ma għandux jaqbeż id-differenza bejn:

(a) il-livell tal-pagamenti diretti applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda għas-sena li tkun skond l-Artikolu 1a tar-Regolament (KE) Nru. 1259/1999 jew l-Artikolu 1b(2) ta' dak ir-Regolament; u

(b) 40 % tal-livell ta' pagamenti diretti applikabbli fil-Komunità kif kostitwita fit- 30 ta' April 2004 fis-sena rilevanti.

3. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-appoġġ mogħti taħt dan l-Artikolu f'xi Stat Membru ġdid fir-rigward ta' kull waħda mis snin 2004, 2005 u 2006 ma għandhiex taqbeż l-20 % ta' l-allokazzjoni annwali rispettiva tagħha. Madankollu, Stat Membru ġdid jista' jibdel din ir-rata annwali ta' 20 % bir-rati li ġejjin: 25 % għall-2004, 20 % għall-2005 u 15 % għall-2006.

4. L-appoġġ mogħti lil xi bidwi taħt dan l-Artikolu għandu jingħadd:

(a) fil-każ ta' Ċipru, bħala għajnuna diretta nazzjonali komplementari għall-għanijiet li jkunu applikati l-ammonti globali msemmija fl-Artikolu 1ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru. 1259/1999;

(b) fil-każ ta' kull Stat Membru ġdid ieħor, bħala pagamenti diretti nazzjonali jew għajnuniet komplementari, skond il-każ, għall-għanijiet li jkunu applikati l-livelli massimi li hemm fl-Artikolu 1ċ(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1259/1999.

SUB-KAPITOLU II

APPOĠĠ ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦAL MALTA

Artikolu 33i

Komplementi għall-Għajnuna mogħtija mill-Istat f'Malta

1. F'Malta, l-appoġġ jista' jingħata lill-benefiċjarji ta' għajnuna mogħtija mill-Istat temporanja u speċjali taħt il-Programm Speċjali tal-Politika tas-Suq għall-Agrikoltura Maltija (PSPSAM) li jipprovdi għalih l-Anness XI, il-Kapitolu 4 dwar l-Agrikoltura, Parti A, il-punt 1 għal dan l-Att.

2. B'deroga mill-Artikolu 33h(3), il-kontribuzzjoni globali tal-Komunità għall-appoġġ mogħti f'Malta taħt dan l-Artikolu u l-Artikolu 33h fir-regward ta' kull waħda mis-snin 2004, 2005 u 2006 ma għandhiex taqbeż l-20 % ta' l-allokazzjoni annwali ta' dik is-sena. Madankollu, Malta tista' tibdel din ir-rata annwali ta' 20 % bir-rati li ġejjin: 25 % għall-2004, 20 % għall-2005 u 15 % għall-2006.

3. L-appoġġ mogħti taħt dan l-Artikolu għandu jgħodd bħala għajnuna mogħtija mill-Istat temporanja u speċjali taħt il-PSPSAM għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-ammonti massimi li hemm f'dak il-programm.

Artikolu 33j

Bdiewa full-time f'Malta

Għandu jingħata appoġġ temporanju speċifiku lill-bdiewa full-time sabiex ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għat-tibdiliet fl-ambjent tas-suq li jirriżultaw mit-tneħħija ta' l-imposti ma' l-adeżjoni.

L-appoġġ għandu jitħallas kull sena fuq bażi digressiva għall-perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin. Għandhom ikunu previsti tliet tipi ta' pagamenti:

(a) pagament għal kull ettaru ta' raba saqwi;

(b) pagament għal kull ettaru ta' raba li mhux saqwi;

(ċ) pagament għal kull unita' ta' bhejjem għal razzett tal-bhejjem.

Il-ħlas għandu jkun stabbilit b'relazzjoni mat-tnaqqis mistenni fid-dħul ta' l-azjenda minħabba t-tneħħija ta' l-imposti, u t-tnaqqis li jirriżulta fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli. Il-ħlas għandu jkun stabbilit f'livell li jevita l-kumpens żejjed, b'mod partikolari fejn għandha x'taqsam l-għajnuna mogħtija mill-Istat għal prodotti speċifiċi taħt il-PSPSAM.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ammonti massimi eliġibbli għal kull azjenda agrikola għat-tliet kategoriji ta' ħlas.

SUB-KAPITOLU III

DEROGI

Artikolu 33k

Disposizzjonijiet ġenerali

Dan is-Sub-kapitolu jistipula l-każijiet fejn l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jidderogaw mill-kriterji ta' eliġibbilità stipulati għall-miżuri definiti fil-Kapitoli I, IV, V u VII.

Artikolu 33l

Derogi applikabbli għall-Istati Membri l-ġodda kollha

1. B'deroga mill-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 5, għandu jingħata appoġġ għall-investiment lill-azjendi agrikoli li fil-każ tagħhom jista' jintwera li hemm vijabilità ekonomika meta jitlesta l-investiment.

2. B'deroga mit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 7, l-ammont globali ta' appoġġ għall-investiment f' azjendi agrikoli, imfisser bħala persentaġġ tal-volum ta' l-investiment eliġibbli, għandu jkun limitat sa massimu ta' 50 % u, f'arei żvantaġġati għal 60 %. Fejn l-investimenti jkunu magħmula minn bdiewa żgħażagħ, kif imsemmi fil-Kapitolu II, dawn il-persentaġġi jistgħu jilħqu massimu ta' 55 % u, f'arei żvantaġġati ta' 65 %.

3. B'deroga mit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 26(1), l-appoġġ għall-investiment għandu jingħata lill-intrapriżi li jkunu ngħataw perijodu transitorju wara l-adeżjoni sabiex jilħqu l-istandards minimi fir-rigward ta' l-ambjent, l-iġjene u t-trattament xieraq tal-bhejjem. F'dan il-każ, l-intrapriża għandha tikkonforma ma' l-istandards rilevanti sa l-aħħar tal-perijodu transitorju speċifiku jew sa l-aħħar tal-perijodu ta' investiment, skond liema jiġi l-ewwel.

4. B'deroga mill-Artikolu 29(5), il-klassifikazzjoni ta' l-arei li fihom jeżisti r-riskju ta' nirien fil-foresti għandha tkun sottomessa bħala parti mill-pjan għall-iżvilupp rurali.

Artikolu 33m

Derogi applikabbli għall-Istati Membri l-ġodda b'mod individwali

1. B'deroga mit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 11(1), bdiewa fil-Litwanja li ġew allokati kwota fuq il-ħalib, għandhom ikunu eliġibbli għall-skema ta' irtirar kmieni bil-kondizzjoni li jkollhom inqas minn 70 sena meta jsir it-trasferiment.

L-ammont għall-appoġġ għandu jkun soġġett għall-ammonti massimi li hemm fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandu jkun ikkalkulat b'relazzjoni mad-daqs tal-kwota fuq il-ħalib u l-attività globali ta' biedja f'l-azjenda.

Il-kwoti fuq il-ħalib allokati lil min jitrasferixxi għandhom ikunu mdaħħla mill-ġdid fil-kwota nazzjonali fuq il-ħalib mingħajr ma jsir xi ħlas addizzjonali ta' kumpens.

2. B'deroga mill-Artikolu 21, Malta tista' taqbeż il-limitu ta' 10 % stipulat għad-daqs totali ta' l-arei imsemmija fl-Artikolu 20.

B'deroga mill-Artikolu 24(2), l-ammonti massimi kull sena li huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Komunità stipulat fl-Anness I jista' jiżdied fil-każ tal-miżura biex ikunu miżmumż u ppreservati il-ħitan tas-sejjieħ f'Malta. Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi l-ammont massimu għal kull ettaru li għandu jitħallas taħt din id-deroga.

3. B'deroga mill-Artikolu 31(1), jista' jingħata appoġġ mill-Estonja għall-afforestazzjoni ta' art agrikola abbandunata bil-kondizzjoni li din l-art kienet tintuża matul il-ħames snin ta' qabel. F'dan il-każ, dan l-appoġġ jista' jinkludi biss, flimkien ma' l-ispejjeż tat-taħwil, il-premium annwali għal kull ettaru għall-ewwel inċiż tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 31(1).

.

2. Fl-Artikolu 34, l-inċiż li ġej jidħol fl-aħħar tat-tieni sub-paragrafu:

"— il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-miżuri speċifiċi għall-Istati Membri l-ġodda (Kapitolu IXa)"

3. Fl-Artikolu 42, jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

"Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja l-pjanijiet għall-iżvilupp rurali għandhom ikopru perijodu ta' tliet snin mill- 1 ta' Jannar 2004."

4. Fl-Artikolu 44(1), jiżdied dan is-sub-paragrafu li ġej:

"Il-pjanijiet għall-iżvilupp rurali għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu ġew sottomessi mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data ta' l-adeżjoni."

5. Fl-Artikolu 44(2), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tapprova id-dokumenti ta' l-ipprogrammar ta' l-iżvilupp rurali għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1260/1999 fi żmien sitt xhur wara li l-pjanijiet ikunu sottomessi sakemm l-aħħar tal-perijodu ta' sitt xhur jiġi wara d-data ta' l-adeżjoni."

6. It-Titolu li ġej jidħol wara l-Kapitolu IV tat-Titolu III:

"KAPITOLU IVa

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA

Artikolu 47a

1. Appoġġ mill-Komunità mogħti lill-Istati Membri l-ġodda għal:

(a) miżuri msemmija fl-Artikolu 35(1) u fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 35(2);

(b) azjendi ta' semi-sussistenza (l-Artikolu 33b);

(ċ) konformità ma' l-istandards Komunitarji (l-Artikolu 33ċ);

(d) gruppi ta' produtturi (l-Artikolu 33d);

(e) għajnuna teknika (l-Artikolu 33e);

(f) komplementi għal pagamenti diretti (l-Artikolu 33h);

(g) komplementi għal għajnuna mogħtija mill-Istat f'Malta (l-Artikolu 33i);

(h) bdiewa full-time f'Malta (l-Artikolu 33j);

għandu jkun iffinanzjat mis-Sezzjoni Garanziji tal-EAGGF skond id-disposizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu.

2. L-appoġġ mill-Komunità mogħti għal miżuri tat-tip Leader+ (l-Artikolu 33f) f'arei koperti mill-Objettiv Nru. 2 għandhom ikunu ffinanzjati mit-Taqsima Gwida tal-EAGGF.

3. Id-disposizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw:

(a) L-Artikoli 149 sa 153 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1605/2002 tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [*] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.;

(b) L-Artikoli 35(1), 35(2), it-tieni inċiż, 36(2) u 47 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 47b

1. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-iffinanzjar skond id-disposizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 29 sa 32 tar-Regolament (KE) Nru. 1260/1999.

Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tista' tlaħħaq għal 80 % fl-arei koperti mill-Objettiv Nru. 1.

B'deroga mill-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1260/1999, l-ispejjeż għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ biss jekk il-ħlas ikun fil-fatt sar lill-benefiċjarju ta' miżura ta' appoġġ għal żvilupp rurali wara il- 31 ta' Diċembru 2003 u wara d-data li fiha il-pjan għal żvilupp rurali jkun gie sottomess lill-Kummissjoni. L-aħħar waħda min dawn id-data għandha tkun il-punt li minnu l-ispejjeż isiru eliġibbli.

2. Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 1258/1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni [**] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103." bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7(2) għandhom japplikaw.

7. Fl-Artikolu 49(2), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, is-Sezzjoni Garanziji tal-EAGGF tista' tipparteċipa fl-iffinanzjar ta' l-evalwazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp rurali skond id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu IVa. L-ispejjeż fir-rigward ta' l-evalwazzjoni ex-ante għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk ikunu ġew imħallsa mill- 1 ta' Jannar 2004."

8. Fl-Artikolu 50, jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"B'deroga mill-ewwel sub-paragrafu, disposizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għall-Istati Membri l-ġodda, kif ukoll il-mekkaniżmi meħtieġa biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet finanzjarji, inklużi dawk meħtieġa biex isolvu l-problemi prattiċi speċifiċi, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru. 1258/1999."

9. Fl-Artikoli 8(2), l-ewwel inċiż, 12(1), 15(3), 16(3), 31(4) u fit-titolu ta' l-Anness, il-kelma "Anness" tinbidel b' "Anness I".

10. L-Anness li ġej jiżdied ma' l-Anness II:

"ANNESS II

Tabella bl-ammonti tal-miżuri speċifiċi għall-Istati Membri l-ġodda

Artikolu | Suġġett | EUR | |

Artikolu 33b | Azjendi ta' semi-sussistenza | 1000 [1] | kull azjenda/ kull sena |

Artikolu 33ċ | Konformità ma' l-istandards tal-Komunità | 200 | kull ettaru għall-ewwel sena |

Artikolu 33d | Gruppi ta' produtturi | 100000 | Għall-ewwel sena |

100000 | Għat-tieni sena |

80000 | Għat-tielet sena |

60000 | Għar-raba' sena |

50000 | Għall-ħames sena |

27. 31999 R 1259: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1259/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 113), kif emendat bi:

- 32001 R 1244:Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1244/2001 tad- 19.6.2001 (ĠU L 173, 27.6.2001, p. 1).

(a) Fl-Artikolu 1, it-terminu "Anness" jinbidel b' "Anness I";

(b) L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 1:

"Artikolu 1a

L-introduzzjoni ta' skemi ta' appoġġ fl-Istati Membri l-ġodda

Fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'l quddiem magħrufa bħala "L-Istat Membru l-ġdid u l-Istati Membri l-ġodda"

25 % fl-2004

30 % fl-2005

35 % fl-2006

40 % fl-2007

50 % fl-2008

60 % fl-2009

70 % fl-2010

80 % fl-2011

90 % fl-2012

100 % mill-2013 'l quddiem

Artikolu 1b

Skema ta' Pagament Uniku bl-Area għall-Istati Membri l-ġodda

1. L-Istati Membri l-ġodda jistgħu jiddeċiedu mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni li jibdlu l-pagamenti taħt l-iskemi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1 matul il-perijodu ta' applikazzjoni imsemmi fil-paragrafu 9 b'pagament uniku (imdemmi minn hawn 'l quddiem bħala "pagament uniku bl-area") li għandu jkun ikkalkulat skond il-paragrafu 2.

2. Il-pagament uniku bl-area għandu jsir darba fis-sena. Huwa għandu jkun ikkalkulat billi jkun diviż il-pakkett finanzjarju annwali stabbilit skond il-paragrafu 3 bl-area agrikola ta' kull Membru Stat ġdid stabbilita skond il-paragrafu 4.

3. Għal kull Stat Membru ġdid, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pakkett finanzjarju annwali:

- bħala somma ta' fondi li kellhsa tkun disponibbli fir-rigward tas-sena kalendarja li tkun għall-għoti ta' pagamenti diretti fl-Istat Membru l-ġdid taħt l-iskemi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1,

- skond ir-regoli Komunitarji rilevanti u abbażi tal-parametri kwantitattivi, bħalma huma l-area ta' bażi, il-limiti massimi tal-premium u l-Kwantitajiet Massimi Garantiti (KMG), speċifikati fl-Att ta' l-Adeżjoni għal kull skema ta' appoġġ, u

- aġġustati permezz tal-pesentaġġ rilevanti speċifikat fl-Artikolu 1a għall-introduzzjoni gradwali ta' pagamenti diretti.

4. L-area agrikola ta' Stat Membru ġdid taħt l-iskema ta' pagament uniku bl-area għandha tkun dik il-parti ta' l-area agrikola tagħha utilizzata li tkun ġiet miżmuma f'kondizzjoni agrikola tajba fit- 30 ta' Ġunju 2003, kemm jekk tkun jew ma tkunx tipproduċi f'dik id-data, u, skond il-każ, aġġustata skond il-kriterji oġġettivi li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istat Membru l-ġdid wara li jkun approvati mill-Kummissjoni.

"L-area agrikola utilizzata" għandha tfisser l-area globali meħuda minn art tar-raba, mergħat permanenti, uċuħ permanenti u ġonna tal-ħxejjex kif stabbilit mill-Kummissjoni (EUROSTAT) għall-għanijiet ta' l-istatistika tagħha.

5. Sabiex jingħataw pagamenti taħt l-iskema ta' pagament uniku bl-area, kull biċċa art agrikola li taqbel mal-kriterji li hemm fil-paragrafu 4 għandha tkun eliġibbli.

Il-qies minimu ta' area eliġibbli għal kull azjenda li għaliha jistgħu jintalbu pagamenti għandha tkun ta' 0,3 ta' ettaru. Madankollu, kull Stat Membru ġdid jista' jiddeċiedi, abbażi tal-kriterji oġġettivi u wara li jkunu approvati mill-Kummissjoni, li jistabbilixxi l-qies minimu fl-livell ogħla li ma jabiżx ettaru 1.

6. Ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni biex tipproduċi jew biex tħaddem xi fattur tal-produzzjoni Madankollu, il-bdiewa jistgħu jużaw l-art imsemmija fil-paragrafu 4 għal kull xorta ta' għan agrikolu. Fil-każ tal-produzzjoni tal-qanneb li jaqa' taħt il-Kodiċi KN 5302 10 00, l-Artikolu 5a(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1251/1999 [*] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1251/1999 li jwaqqaf sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti prodotti tar-raba' maħrut (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 1). u l-Artikolu 7b tar-Regolament (KE) Nru. 2316/1999 [**] Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2316/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1251/1999 li jwaqqaf sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti wċuh tar-raba maħrut (ĠU L 280, 30.10.1999, p. 43). għandhom japplikaw.

Kull art li tibbenefika mill-pagamenti taħt l-iskema ta' pagament uniku bl-area għandha tinżamm f'kondizzjoni agrikola tajba li tkun kumpatibbli mal-protezzjoni ta' l-ambjent.

7. Jekk f'xi sena il-pagamenti uniċi bl-area fi Stat Membru ġdid jaqbżu il-pakkett finanzjarju fis-sena tiegħu, l-ammont nazzjonali għal kull ettaru applikabbli għal dak l-Istat Membru l-ġdid għandu jitnaqqas b'mod proporzjonali permezz ta' l-applikazzjoni ta' ko-effiċjent ta' tnaqqis.

8. Ir-Regoli tal-Komunità dwar is-Sistema ta' Amministrazzjoni Integrata u Kontroll (minn hawn 'l quddiem riferut bħala "SAIK") stipulata fir-Regolament (KEE) Nru. 3508/92 [***] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3508/92 li jwaqqaf sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta' għajnuna (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 1)., u b'mod partikulari l-Artkolu 2 tiegħu, għandhom japplikaw għall-iskema ta' pagament uniku bl-area safejn ikun hemm bżonn.:Għaldaqstant, kull Stat Membru ġdid li jagħżel din l-iskema għandu:

- jipprepara u jipproċessa l-applikazzjonjiet annwi għall-għajnuna li jsiru mill-bdiewa. Dawn l-applikazzjonijet għandhom ikollhom biss informazzjoni dwar l-applikanti u dwar il-biċċiet ta' art agrikola ddikjarati (numru ta' idetifikazzjoni u l-area);

- jistabbilixxu sistema ta' identifikazzjoni tal-biċċiet ta' art sabiex jiżguraw li l-bicċiet ta' art li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu jistgħu jiġu identifikati u l-area tagħhom stabbilita, li l-biċċiet ta' art jirrigwardaw art agrikola u li ma tkunx saret xi applikazzjoni oħra għalihom;

- jistabbilixxu database kompjuterizzata għal azjendi agrikoli, biċċiet ta' art u applikazzjonijiet għall-għajnuna;

- jivverifikaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna skond l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KEE) Nru. 3508/92.

L-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area ma għandu bl-ebda mod taffetwa l-obbligu ta' xi Stat Membru ġdid fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' regoli Komunitarji dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' bhejjem kif hemm fid-Direttiva 92/102/KEE [****] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KE dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' bhejjem (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 32). u r-Regolament (KE) Nru. 1760/2000 [*****] Ir-Regolament (KE) Nru. 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwaqqaf sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' bhejjem tal-fart u li għandha x'taqsam mat-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u ta' prodotti mill-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1)..

9. Għal kull Stat Membru ġdid l-iskema ta' pagament uniku bl-area għandha tkun disponibbli għal perijodu li fih tkun tapplika sa l-aħħar tas-sena 2006 bil-possibbiltà li tiġġedded darbtejn b'sena fuq talba ta' l-Istat Membru l-ġdid. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 11, kull Stat Membru ġdid jista' jiddeċiedi li jwaqqaf l-applikazzjoni ta' l-iskema fl-aħħar ta' l-ewwel jew tat-tieni sena tal-perijodu li fih tkun tapplika. Stati Membri ġodda għandhom jgħarrfu lil-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħom li jwaqqfuha għall-anqas xahrejn qabel tmien l-aħħar sena li fiha tkun tapplika.

10. Qabel l-aħħar tal-perijodu li fih tkun tapplika l-iskema ta' pagament uniku bl-erja, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima dwar jekk l-Istat Membru l-ġdid konċernat hux lest li japplika b'mod sħiħ l-iskemi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1.

B'mod partikolari, sa l-aħħar tal-perijodu li fih tkun tapplika l-iskema ta' pagament uniku bl-erja, l-Istat Membru l-ġdid għandu jkun ħa l-passi meħtieġa kollha biex jistabilixxi s-SAIK stipulata fir-Regolament (KEE) Nru. 3508/92 għall-funzjonament sew ta' l-iskemi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1 fil-forma li tkun tapplika dak iż-żmien.

11. Abbażi ta' din l-istima, il-Kummissjoni għandha:

(a) tinnota li l-Istat Membru l-ġdid jista' jidħol fis-sistema ta' skemi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1 applikati fl-Istati Membri attwali,

jew

(b) tiddeċiedi li testendi l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area mill-Istat Membru l-ġdid għall-perijodu meqjus meħtieġ biex jippermetti il-proċduri ta' tmexxija u kontroll meħtieġa li jkunu stabbiliti b'mod sħi ħu jaħdmu sew.

Qabel l-aħħar tal-perijodu estiż li fih tkun tapplika imsemmi f'(b), il-paragrafu 11 għandu japplika.

Sa l-aħħar tal-perijodu ta' 5 snin ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area (jiġifieri is-sena 2008), ir-rata ta' persentaġġ stipulata fl-Artikolu 1a għandha tapplika. Jekk l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area jkun estiż għal wara dik id-data fuq deċiżjoni li tittieħed taħt (b), ir-rata ta' persentaġġ stipulata fl-Artikolu 1a għas-sena 2008 għandha tapplika sat-tmiem ta' l-aħħar sena li fiha tkun tapplika l-iskema ta' pagament uniku bl-area.

12. Wara t-tmiem tal-perijodu li fih tkun tapplika l-iskema ta' pagament uniku bl-area, l-iskemi ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu applikati skond ir-regoli Komunitarji rilevanti u abbażi tal-parametri kwantitattivi, bħalma huma l-area ta' bażi, il-limiti massimi tal-premium u l-Kwantitajiet Massimi Garantiti (KMG), speċifikati fl-Att ta' l-Adeżjoni għal kull skema ta' appoġġ, bla ħsara għal xi tibdil li jista' jsir minħabba xi emendi fil-legislazzjoni Komunitarja rilevanti. Ir-rati ta' persentaġġ stipulati fl-Artikoli 1a għas-snin rilevanti għandhom japplikaw sussegwentament.

13. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fid-dettall bil-miżuri meħuda sabiex ikun implimentat dan l-Artikolu u b'mod partikolari, il-miżuri li jittieħdu skond il-paragrafu 7.

14. L-iskema ta' pagamament uniku bl-area għandha tkun meqjusa bħala intervent kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(b) u fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1258/1999 [******] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1258/1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103).".

l-Artikolu 1ċ

Pagamenti diretti nazzjonali komplementari fl-Istati Membri l-ġodda.

1. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu "Skema nazzjonali li tixbaħ il-PAK" għandha tfisser kull skema nazzjonali ta' pagament dirett li tkun tapplika qabel id-data ta' l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda u li permezz tagħha ngħata appoġġ lill-bdiewa fir-rigward ta' produzzjoni li taqa' taħt xi waħda mill-iskemi ta' pagament dirett ta' l-UE imniżżla fl-Anness I.

2. L-Istati Membri l-ġodda għandhom ikollhom il-possibbiltà, soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, li jikkumplementaw l-għajnuna diretta mħallsa lil xi bidwi taħt xi waħda mill-iskemi tal-PAK imniżżla fl-Anness I sa:

- 55 % tal-livell ta' pagamenti diretti fil-Komunità kif kostitwita fit- 30 ta' April 2004 fis-sena 2004, 60 % fis-sena 2005 u 65 % fis-sena 2006 u mis-sena 2007 sa 30 punt ta' persentaġġ 'l fuq mil-livell applikabbli imsemmi fl-Artikolu 1a fis-sena rilevanti. Madankollu, fis-settur tal-lamtu mill-patata r-Repubblika Ċeka tista' matul il-perijodu kollu ta' l-introduzzjoni tal-pagamenti diretti żżid sa 100 % tal-livell ta' pagamenti diretti fil-Komunità kif kostitwita fit- 30 ta' April 2004 fis-sena rilevanti,

jew

- il-livell globali ta' l-appoġġ dirett li l-bidwi kien ikun intitolat għalih, fuq il-bażi ta' prodott bi prodott, fl-Istat Membru l-ġdid fis-sena kalendarja 2003 taħt xi skema nazzjonali li tixbaħ lill-PAK miżjud b'10 punti ta' persentaġġ. Madankollu, għal-Litwanja is-sena ta' riferenza ġħandha tkun is-sena kalendarja 2002 u għas-Slovenja ż-żieda għandha tkun ta' 10 punti ta' persentaġġ fl-2004, 15-il punt ta' persentaġġ fl-2005, 20 punt ta' persentaġġ fl-2006 u 25 punt ta' persentaġġ mill-2007.

Għal kull skema tal-PAK li tkun, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jagħżlu li japplikaw waħda miż-żewġ għażliet imsemmija hawn fuq.

L-appoġġ globali dirett li l-bidwi jista' jingħata fl-Istati Membri l-ġodda wara l-adeżjoni taħt l-iskema rilevanti ta' l-UE inkluż kull pagament dirett nazzjonali kumplementarju ma għandux jaqbeż il-livell ta' appoġġ dirett li l-bidwi jkun intitolat jirċievi taħt l-iskema korrispondenti ta' l-UE applikabbli dakinhar għall-Istati Membri fil-Komunità kif kostitwita fit- 30 ta' April 2004.

3. Ċipru jista' jikkumplementa għajnuna diretta lil xi bidwi taħt xi skema tal-PAK imniżżla fl-Anness I sal-livell globali ta' appoġġ li l-bidwi kien ikun intitolat jirċievi f'Ċipru fl-2001.

L-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom jiżguraw li l-appoġġ dirett globali li l-bidwi jingħata wara l-adeżjoni f'Ċipru taħt l-iskema rilevanti ta' l-UE inkluż kull pagament dirett nazzjonali kumplementarju fl-ebda każ ma jabbeż il-livell ta' appoġġ dirett li l-bidwi jkun intitolat jirċievi taħt dik l-iskema fis-sena rilevanti fil-Komunità kif kostitwita fit- 30 ta' April 2004.

L-ammonti globali ta' għajnuna nazzjonali komplementarja għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

L-għajnuna nazzjonali komplementarja li għandha tingħata għandha tkun soġġetta għall kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ minħabba l-iżviluppi fil-politika agrikola komuni.

Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 5 ma għandhomx japplikaw għal Ċipru.

4. Jekk xi Stat Membru ġdid jiddeċiedi li japplika l-iskema ta' pagament uniku bl-area, dak l-Istat Membru l-ġdid jista' jagħti għajnuna diretta nazzjonali kumplementarja skond il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 8.

5. L-ammont globali għal kull settur ta' għajnuna nazzjonali komplementari mogħtija f'xi sena meta tkun qed tiġi applikata l-iskema ta' pagament uniku bl-area għandu jkun limitat b'pakkett finanzjarju speċifiku għal kull settur Dan il-pakkett għandu jkun daqs id-differenza bejn:

- l-ammont globali ta' appoġġ għal kull settur li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-ewwel u it-tieni inċiż tal-paragrafu 2, skond il-każ li jkun, u

- l-ammont globali ta' appoġġ dirett li jkun dipsonnibbli fl-Istat Membru ġdid rilevanti għall-istess settur fis-sena konċernata taħt l-iskema ta' pagament uniku bl-area.

6. L-Istat Membru l-ġdid jista' jiddeċiedi abbażi ta' kriterji oġġettivi u wara l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, fuq l-ammonti ta' għajnuna nazzjonali kumplementarja li għandha tingħata.

7. L-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandha:

- fejn tapplika it-tieni inċiż tal-paragrafu 2, tispeċifika l-iskemi rilevanti ta' pagamenti diretti nazzjonali li jixbħu l-PAK,

- tiddefinixxi l-livell sa fejn tista' titħallas l-għajnuna nazzjonali kumpelementari, ir-rata ta' l-għajnuna nazzjonali kumplementarja u, fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li taħthom ġiet mogħtija.

- tingħata soġġetta għal kull aġġustament li jista' jsir meħtieġ minħabba l-iżviluppi tal-politika agrikola komuni.

8. L-ebda pagamenti nazzjonali kumplementarji jew għajnuna m'għandha tingħata għal attivitajiet agrikoli koperti minn xi organizzazzjoni ta' komuni tas-suq li mhux aġġornat minn xi skema ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1.

9. Ċipru jista', flimkien mal-pagamenti diretti nazzjonali kumplementari, jagħti għajnuna transitorja u digressiva sa' l-aħħar tas-sena 2010. Din l-għajuna mill-Istat għandha tingħata f'forma li tixbaħ l-għajnuna Komunitarja, bħalma huma pagamenti sseparati.

Filwaqt li jittieħed kont tan-natura u l-ammont ta' l-appoġġ nazzjonali mogħti fl-2001, Ċipru jista' jagħti għajnuna mogħtija mill-Istat lis-(sub)setturi mniżżla fl-Anness III u sa l-ammonti speċifikati f'dak l-Anness.

L-għajnuna mogħtija mill-Istat li għandha tingħata għandha tkun soġġetta għall kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ minħabba l-iżviluppi fil-politika agrikola komuni. Jekk dawn l-aġġustamenti jkunu meħtieġa, l-ammont ta' l-għajnuna jew il-kondizzjonijiet għall-għoti tagħha għandhom ikunu emendati abbażi ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Ċipru għandu jissottometti rapport kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat, fejn jindika x-xorta u l-ammonti ta' l-għajnuna għal kull (sub) settur.

10. Il-Latvja tista', flimkien mal-pagamenti diretti nazzjonali kumplementari, tagħti għajnuna transitorja u digressiva sa' l-aħħar tas-sena 2008. Din l-għajuna mill-Istat għandha tingħata f'forma li tixbaħ l-għajnuna Komunitarja, bħalma huma pagamenti sseparati.

Il-Latvja tista' tagħti għajnuna mogħtija mill-Istat lis-(sub)setturi mniżżlin fl-Anness IV sa l-ammonti speċifikati f'dak l-Anness.

L-għajnuna mogħtija mill-Istat li għandha tingħata għandha tkun soġġetta għall kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ minħabba l-iżviluppi fil-politika agrikola komuni. Jekk dawn l-aġġustamenti jkunu meħtieġa, l-ammont ta' l-għajnuna jew il-kondizzjonijiet għall-għoti tagħha għandhom ikunu emendati abbażi ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-Latvja għandha tissottometti rapport kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat, fejn tindika x-xorta u l-ammonti ta' l-għajnuna għal kull (sub) settur.

(ċ) Il-paragrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 2a:

"8. L-iskema ssimplifikata ma għandhiex tapplika għall-Istati Membri l-ġodda."

(d) L-Artikolu 11(4) jinbidel b'dan li ġej:

"4. B'konformità mal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadotta:

- regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2a, inkluża kull deroga mir-regolamenti rilevanti u mir-Regolament (KEE) Nru. 3508/92 [], li huma meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan ta' simplifikazzjoni, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet ta' eliġibbilita', dati ta' applikazzjoni u pagament u disposizzjonijiet ta' kontroll kif ukoll regoli dettaljati sabiex ikunu evitati talbiet doppji fir-rigward ta' l-area u l-produzzjoni koperti mill-iskema ssimplifikata,

- regoli dettaljati li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area stipulata fl-Artikolu 1b,

- dawk l-emendi għall-Anness I li jistgħu ikunu meħtieġa fil-waqt li jittieħed kont tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 1, u

- skond il-każ, regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament inklużi, b'mod partikolari, il-miżuri meħtieġa sabiex tkun evitata iċ-ċirkomvenzjoni ta' l-Artikoli 3 u 4, kif ukoll dawk li jikkonċernaw l-Artikolu 7."

(e) It-titolu ta' l-Anness jinbidel bl-"Anness I";

(f) L-Annessi li ġejjin huma miżjuda:

“ANNESS II

Tabella 1:

Ċipru: Pagamenti diretti nazzjonali kumplementari fejn japplikaw l-iskemi normali għal pagamenti diretti

Perċentwali għall- introduzzjoni: | 25% | 30% | 35% | 40% | 50% | 60% | 70% | 80% | 90% |

Settur | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

Uċuh tar-raba maħrut (minbarra l-qamħ duru) | 7913822 | 7386234 | 6858646 | 6331058 | 5275881 | 4220705 | 3165529 | 2110353 | 1055176 |

Qamħ duru | 2269470 | 2118172 | 1966874 | 1815576 | 1512980 | 1210384 | 907788 | 605192 | 302596 |

Legumi taż-żerriegħa | 30228 | 28273 | 26318 | 24363 | 20363 | 16362 | 12272 | 8181 | 4091 |

Ħalib u prodotti tal-ħalib | 0 | 899576 | 1572371 | 2178000 | 1815000 | 1452000 | 1089000 | 726000 | 363000 |

Ċanga | 3456709 | 3226262 | 2995814 | 2765367 | 2304473 | 1843578 | 1382684 | 921789 | 460895 |

Nagħaġ u mogħoż | 8267087 | 7715948 | 7164809 | 6613669 | 5511391 | 4409113 | 3306835 | 2204556 | 1102278 |

Żejt taż-żebbuġa | 5951250 | 5554500 | 5157750 | 4761000 | 3967500 | 3174000 | 2380500 | 1587000 | 793500 |

Tabakk | 782513 | 730345 | 678178 | 626010 | 521675 | 417340 | 313005 | 208670 | 104335 |

Banana | 3290625 | 3071250 | 2851875 | 2632500 | 2193750 | 1755000 | 1316250 | 877500 | 0 |

Għeneb imnixxef | 104393 | 86562 | 68732 | 50901 | 15241 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Total | 32066096 | 30817121 | 29341366 | 27798445 | 23138253 | 18498483 | 13873862 | 9249241 | 4185871 |

Tabella 2:

Ċipru: Pagamenti diretti nazzjonali kumplementari fejn tapplika l-iskema ta' pagament uniku bl-area għal pagamenti diretti

Settur | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 |

Uċuh tar-raba maħrut (minbarra l-qamħ duru) | 6182503 | 3997873 | 2687095 | 1303496 | 0 |

Qamħ duru | 2654980 | 2469490 | 2358196 | 2240719 | 2018131 |

Legumi taż-żerriegħa | 27346 | 20566 | 16498 | 12204 | 4068 |

Ħalib u prodotti tal-ħalib | 0 | 1165968 | 2365032 | 3566500 | 3548500 |

Ċanga | 4608945 | 4608945 | 4608945 | 4608945 | 4608945 |

Nagħaġ u mogħoż | 10932782 | 10887782 | 10860782 | 10832282 | 10778282 |

Żejt taż-żebbuġa | 7215000 | 6855000 | 6639000 | 6411000 | 5979000 |

Għeneb imnixxef | 182325 | 176715 | 173349 | 169796 | 163064 |

Banana | 4368300 | 4358700 | 4352940 | 4346860 | 4335340 |

Tabakk | 1049000 | 1046750 | 1045400 | 1043975 | 1041275 |

Total | 37221182 | 35587790 | 35107238 | 34535778 | 32476606 |

ANNESS III

Għajnuna mill-Istat: Ċipru

Settur | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 |

Ċereali (minbarra l-qamħ duru) | 7920562 | 6789053 | 5657544 | 4526035 | 3394527 | 2263018 | 1131509 |

Ħalib u prodotti tal-ħalib | 7122260 | 5066822 | 3359449 | 1995577 | 1496683 | 997789 | 498894 |

Ċanga | 227103 | 194660 | 162216 | 129773 | 97330 | 64887 | |

Nagħaġ u mogħoż | 3597708 | 3083750 | 2569791 | 2055833 | 1541875 | 1027917 | 513958 |

Majjal | 9564120 | 8197817 | 6831514 | 5465211 | 4098909 | 2732606 | 1366303 |

Tiġieġ u bajd | 3998310 | 3427123 | 2855936 | 2284749 | 1713561 | 1142374 | 571187 |

Inbid | 15077963 | 12923969 | 10769974 | 8615979 | 6461984 | 4307990 | 2153995 |

Żejt taż-żebbuġa | 7311000 | 6266571 | 522143 | 4177714 | 3133286 | 2088857 | 1044429 |

Għeneb ta' l-ikel | 3706139 | 3176691 | 2647242 | 2117794 | 1588345 | 1058897 | 529448 |

Tadam ipproċessat | 411102 | 352373 | 293644 | 234915 | 176187 | 117458 | 58729 |

Banana | 445500 | 381857 | 318214 | 254571 | 190929 | 127286 | 63643 |

Frott, inkluż il-frott bl-għadma | 9709806 | 8322691 | 6935576 | 5548461 | 4161346 | 2774230 | 1387115 |

Lewż | 2531871 | 2170175 | 1808479 | 1446783 | 1085088 | 723392 | 361696 |

Ħarrub | 517500 | 443571 | 369643 | 295714 | 221786 | 147857 | 73929 |

Total | 72140945 | 60797123 | 49801366 | 3914911 | 29361833 | 19574556 | 9754835 |

ANNESS IV

Għajnuna mill-Istat: Latvja

Settur | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 |

Kittien | 654000 | 523200 | 392400 | 261600 | 130800 |

Ħalib u prodotti tal-ħalib | 5236000 | — | — | — | — |

Majjal | 204000 | 163200 | 122400 | 81600 | 40800 |

Nagħaġ u mogħoż | 107000 | 85600 | 64200 | 42800 | 21400 |

Żerriegħa | 109387 | 87510 | 66110 | 44710 | 23310 |

Total | 6310387 | 859510 | 645110 | 430710 | 216310” |

28. 31999 R 1493: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1493/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1), kif emendat bi:

- 32000 R 1622: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1622/2000 ta' l- 24.7.2000 (ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1),

- 32000 R 2826: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2826/2000 tad- 19.12.2000 (ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2),

- 32001 R 2585: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2585/2001 tad- 19.12.2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 10).

(a) Fl-Artikolu 1(3), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Għandu jkun deċiż ma' l-adeżjoni jekk il-Polonja għandhiex tkun klassifikata fiż-żona A ta' tkabbir tad-dwieli għall-inbid fl-Anness III."

(b) Fl-Artikolu 5(2), jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d) għal Ċipru, drittijiet tat-taħwil ta' 2000 ettaru għall-produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità mir-riserva nazzjonali ta' Ċipru li teżisti qabel l-adeżjoni. Ċipru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'lista tar-reġjuni li għandhom ikunu allokati d-drittijiet ta' taħwil li ġejjin minn din ir-riserva nazzjonali."

;

(ċ) Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. Għar-Repubblika Ċeka, drittijiet tat-taħwil magħmula ġodda għandhom jiġu allokati għall-produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità għal kull reġjun speċifiku li jammontaw għal 2 % ta' l-area globali użata għad-dwieli fir-Repubblika Ċeka fl- 1 ta' Mejju 2004. Dawn id-drittijiet għandhom ikunu allokati lil riserva nazzjonali li għaliha għandu japplika l-Artikolu 5.

Għal Malta, drittijiet tat-taħwil magħmula ġodda għandhom jiġu allokati għall-produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità għal kull reġjun speċifiku sa area globali f'Malta imħawla bid-dwieli ta' l-inbid ta' 1000 ettaru. Dawn id-drittijiet tat-taħwil magħmula ġodda għandhom jintużaw mhux aktar tard mis-sena ta' l-inbid 2005/2006. Jekk dawn id-drittijiet ma jintużawx sa-sena ta' l-inbid 2005/2006, huma għandhom ikunu allokati għar-riserva li għaliha għandu japplika l-Artikolu 5."

.

(d) Fl-Artikolu 19(2), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Jekk il-Polonja tkun ikklassifikata bħala żona li tkabbar id-dwieli għall-inbid taħt l-Artikolu 1(3), il-Polonja għandha tindika ma' l-adeżjoni il-varjetajiet ta' dwieli li huma tajbin għall-produzzjoni ta' kull wieħed mill-inbejjed ta' kwalità prodotti fit-territorju tagħha."

;

(e) L-Artikolu 27(7) jinbidel b'dan li ġej:

"7. Kull persuna naturali jew legali jew gruppi ta' persuni li jipproċessaw l-għeneb maħsud fiż-Żona A ta' fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid jew fit-Taqsima Ġermaniża taż-Żona B fejn jitkabbru d-dwieli għall-inbid, jew f'arei mħawwla bid-dwieli fl-Awstrija jew fir-Repubblika Ċeka għandhom ikunu meħtieġa jirtiraw il-prodotti sekondarji li joħorġu minn dan l-iproċessar taħt superviżjoni u skond il-kondizzjonijiet li għad iridu jkunu deċiżi."

;

(f) Fil-paragrafi 6 u 13 ta' l-Artikolu 44, wara l-kelma "l-Irlanda", tiżdied il-kelma "il-Polonja".

(g) Fl-Anness I, is-sentenza li ġejja tiżdied mal-punt 3:

"L-inbid ta' kwalità skond ir-regjun speċifiku "Tokaji eszencia" li joriġina fl-Ungerija mhux ikkunsidrat bħala most ta' l-għeneb fil-fermentazzjoni."

;

(h) Fl-Anness III (Żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid):

- fil-punt (1), jiżdied il-punt (d) li ġej:

- "(d) fir-Repubblika Ceka, Boħemja: l-area bid-dwieli fl-arei tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid: pražská, mělnická, roudnická, žernosecká, mostecká, čáslavská"

- fil-punt (2), jiżdiedu il-punti (d), (e) u (f) li ġejjin:

- "(d) fir-Repubblika Ċeka, il-Moravja: l-area bid-dwieli fl-arei tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid: brněnská, bzenecká, mikulovská, mutěnická, velkopavlovická, znojemská, strážnická, kyjovská, uherskohradišťská, Podluží u l-arei bid-dwieli għar-reġjuni li mhumiex inklużi fil-punt 1(d);

- (e) fis-Slovakkja: fl-area tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid tal-Karpatji ż-Żgħar, is-Slovakkja tan-Nofsinhar, Nitra, is-Slovakkja Ċentrali u s-Slovakkja tal-Lvant u l-arei li jkabbru d-dwieli għall-inbid li mhumiex inklużi fil-punt 3;

- (f) fis-Slovenia, l-area bid-dwieli fir-reġjun ta' Podravje: ljutomersko-ormoški vinorodni okoliš, mariborski vinorodni okoliš, radgonsko-kapelski vinorodni okoliš, šmarsko-virštajnski vinorodni okoliš, vinorodni okoliš Haloze, prekmurski vinorodni okoliš, vinorodni okoliš Srednje Slovenske gorice, fir-reġjun ta' Posavje: bizeljsko-sremiški vinorodni okoliš, vinorodni okoliš Bela krajina, vinorodni okoliš Dolenjska u l-arei bid-dwieli fir-reġjuni li mhumiex inklużi fil-punt 5(d)"

- fil-punt 3, jiżdied dan li ġej:

"Fis-Slovakkja, ir-reġjun ta' Tokay."

- fil-punt 4, jiżdied dan li ġej:

"Fl-Ungerija, arei kollha bid-dwieli."

- fil-punt (5), jiżdied il-punt (d) li ġej:

- "(d) fis-Slovenia, l-arei bid-dwieli fir-reġjun ta' Primorska: vinorodni okoliš Goriška Brda, vinorodni okoliš Vipavska dolina, koprski vinorodni okoliš u vinorodni okoliš Kras"

- fil-punt 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"F'Ċipru, iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid ĊIII a) hija magħmula mill-area bid-dwieli f'altitudni ta' 'il fuq minn 600 metru"

,

- fil-punt (7), jiżdiedu il-punti (f), u (g) li ġejjin:

- "(f) f'Ċipru, l-area bid-dwieli li tinsab f'altitudni ta' anqas minn 600 metru;

- (g) f'Malta: l-area bid-dwieli."

.

(i) Fil-punt 4 fl-Anness IV, jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d) it-tferrigħ ta' l-inbid fuq il-morga jew il-ħliefa ta' l-għeneb jew il-polpa magħsura ta' aszú fejn din il-prattika hija wżata tradizzjonalment għall-produzzjoni ta' "Tokaji fordítás" u "Tokaji máslás" fir-reġjun ta' Tokajhegyalja ta' l-Ungerija taħt kondizzjonijiet li għad iridu jiġu stabbiliti;"

;

(j) Fl-Anness V:

- fit-Parti A (2)(b), jiżdied l-inċiż li ġejja:

- "— Inbejjed ta' kwalità skond ir-reġjun speċifikat Tokaji li joriġinaw fl-Ungerija u deskritti skond id-disposizzjonijiet Ungeriżai bħala "Tokaji édes szamorodni" jew "Tokaji aszú"."

- fit-Parti A(2)(d) tiżdied il-frażi li ġejja:"u inbejjed ta' kwalità skond ir-reġjun speċifiku li joriġinaw fl-Ungerija u deskritti skond id-disposizzjonijiet Ungeriżi bħala "Tokaji máslás", "Tokaji fordítás", "Tokaji aszúeszencia", "Tokaji eszencia", "Aszúbor" u "Töppedt szőlőből készült bor"."

- fit-Parti D(3), jiżdied dan li ġej:"u fiż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid fl-Ungerija u fis-Slovenja"

(k) Fl-Anness VI:

- fit-Parti D(1)(b) jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

"Madankollu għall-kwalità ta' nbid skond ir-reġjun speċifikat Commandaria li joriġina f'Ċipru, il-fażijiet tal-produzzjoni wara l-ipproċessar ta' l-għeneb f'most ta' l-għeneb u l-ipproċessar tal-most miksub f'inbid jista' jsir taħt kontroll strett f'Ċipru barra r-reġjun speċifiku fejn l-għaneb użati kieny maħsuda taħt il-kondizzjonijiet tal-liġi ta' Ċipru."

- fit-Parti F(5) tiżdied il-frażi li ġejja wara "Madankollu,":

"għall-inbejjed ta' kwalità skond ir-reġjun speċifiku Dolenjska li joriġinaw fis-Slovenja li huma deskritti skond id-disposizzjonijiet Sloveni bħala "Cviček PTP" u;"

;

(l) Fl-Anness VII, punt A.2.(b), it-tielet inċiż jinbidel b'dan li ġej:

"— wieħed mit-termini li ġejjin, skond il-kondizzjonijiet li jridu jiġu deċiżi: "Landwein", "vin de pays", indicazione geografica tipica, "ονομασία κατά παράδοση", "οίνος τοπικός", "vinο de la tierra", "vinho regional", "regional wine", "landwijn", "geograafilise tähistusega lauavein", "tájbor", "inbid tradizzjonali tal-lokal", "zemské víno" jew "deželno vino PGO", jew "deželno vino s priznano geografsko oznako"; fejn qed jintuża dan it-terminu, il-kliem "inbid tal-mejda" m'għandux ikun meħtieġ."

;

(m) Fl-Anness VII:

- fit-tieni inċiż tal-Parti Ċ(2), jiżdied dan li ġej:

"Il-Polonja hija awtorizzata li tkompli tuża l-isem sħiħ "Polskie wino/Polish wine" għal prodotti ffermentati li jaqgħu taħt il-kodiċi NK 2206 magħmula minn meraq ikkonċentrat ta' l-għeneb, jew minn most ta' l-għeneb ikkonċentrat u mill-meraq ta' l-għeneb jew mill-most ta' l-għeneb. Dawn il-prodotti, bit-tikketta "Polskie wino/Polish wine", għandhom ikunu kummerċjalizzati biss fil-Polonja."

;

(n) Fl-Anness VIII, punt D.3, id-inċiżi jinbidlu b'dan li ġej:

"— "brut nature", "naturherb", "bruto natural", "pas dosé", "dosage zéro", "natūralusis briutas", "īsts bruts", "přírodně tvrdé", "popolnoma suho" jew "dosaggio zero": jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun anqas minn 3 grammi kull litru; dawn it-termini jistgħu jintużaw biss għal prodotti li ma jiżdiedilhomx iz-zokkor wara l-fermentazzjoni sekondarja;

— "extra brut", "extra herb", "ekstra briutas", "ekstra brut", "ekstra bruts", "zvláště tvrdé", "extra bruto", "izredno suho ou""ekstra wytrawne": jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta' bejn 0 u 6 grammi kull litru;

— "brut", "herb", "briutas", "bruts", "tvrdé", "bruto", "zelo suho" jew "bardzo wytrawne": jekk il-kontenut taz-zokkor ikun anqas minn 15-il gramma kull litru,

— "extra dry", "extra trocken", "extra seco", "labai sausas", "ekstra kuiv", "ekstra sausais", "különlegesen száraz", "wytrawne", "zelo suho", "zvláště suché" jew "extra suché": jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta' bejn 12 u 20 gramma kull litru,

— "sec", "trocken", "secco" or "asciutto", "dry", "tør", "ξηρός", "seco", "torr", "kuiva", "sausas", "kuiv", "sausais", "száraz", "półwytrawne", "polsuho" , jew "suché": jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta' bejn 17 u 35 gramma kull litru,

— "demi-sec", "halbtrocken", "abboccato", "medium dry", "halvtør", "ημίξηρος", "semi seco", "meio seco", "halvtorr", "puolikuiva", "pusiau sausas", "poolkuiv", "pussausais", "félszáraz", "półsłodkie", "polsladko" , jew "polosuché" jew "polosladké": jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta' bejn 33 u 50 gramma kull litru,

— "doux", "mild", "dolce", "sweet", "sød", "γλυκύς", "dulce", "doce", "söt", "makea", "saldus", "magus", "pussaldais", "édes", "ħelu", "słodkie", "sladko" jew "sladké": jekk il-kontenut taz-zokkor ikun aktar minn 50 gramma kull litru."

;

(o) Fl-Anness VIII, it-Parti E(6)(a), il-frażi tal-bidu tinbidel b'dan li ġej:

"(a) il-kelma "Winzersekt" għandha tkun riservata għall-inbid spumanti ta' kwalità skond ir-reġjun speċifiku prodott fil-Ġermanja, il-kelma "Hauersekt" għandha tkun riservata għall-inbid spumanti ta' kwalità skond ir-reġjun speċifiku prodott fl-Awstrija, il-kelma "pěstitelský sekt" għandha tkun riservata għall-inbid spumanti ta' kwalità skond ir-reġjun speċifiku prodott fir-Repubblika Ċeka u l-kelma "Termelői pezsgő" għandha tkun riservata għall-inbid spumanti ta' kwalità skond ir-reġjun speċifiku prodott fl-Ungerija, li kollha huma:"

.

29. 31999 R 1621: Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1621/1999 tat- 22 ta' Lulju 1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2201/96 rigward l-għajnuna għat-tkabbir tal-għeneb sabiex jiġu prodotti ċerti varjetajiet ta' għeneb imnixxef (ĠU L 192, 24.7.1999, p. 21), kif emendat bi:

- 31999 R 2256: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2256/1999 tal- 25.10.1999 (ĠU L 275, 26.10.1999, p. 13),

- 32001 R 1880: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1880/2001 tas- 26.9.2001 (ĠU L 258, 27.9.2001, p. 14).

L-Artikolu 2(1) jinbidel b'dan li ġej:

"L-area massima garantita tal-Komunità imsemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru. 2201/96 għandha tkun ta' "53187" ettaru."

30. 32000 R 1622: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1622/2000 ta' l- 24 ta' Lulju 2000 li jistipula ċerti regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru. 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid u li jistabbilixxi kodiċi Komunitarju ta' prattiċi u proċessi enoloġiċi (ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1), kif emendat bi:

- 32000 R 2451: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2451/2000 tas- 7.11.2000 (ĠU L 282, 8.11.2000, p. 7),

- 32001 R 0885: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 885/2001 ta' l- 24.4.2001 (ĠU L 128, 10.5.2001, p. 54),

- 32001 R 1609: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1609/2001 tas- 6.8.2001 (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 9),

- 32001 R 1655: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1055/2001 ta' l- 4.8.2001 (ĠU L 220, 15.8.2001, p. 17),

- 32001 R 2066: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2066/2001 tat- 22.10.2001 (ĠU L 278, 23.10.2001, p. 9),

- 32002 R 2244: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2244/2002 tas- 16.12.2002 (ĠU L 341, 17.12.2002, p. 27).

Fl-Anness XIII, jiżdied il-punt (g) li ġej:

"(g) għall-inbejjed Ungeriżi:

25 milliekwivalenti għall kull litru għal-inbejjed ta' kwalità li ġejjin:

- "Tokaji máslás",

- "Tokaji fordítás",

- "Aszúbor",

- "Töppedt szőlőből készült bor",

- "Tokaji édes szamorodni".

35 milliekwivalenti għall kull litru għal-inbejjed ta' kwalità li ġejjin:

- "Tokaji aszú",

- "Tokaji aszúeszencia",

- "Tokaji eszencia"."

31. 32000 R 1673: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1673/2000 tas- 27 ta' Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb mkabbra għall-fibri (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16), kif emendat bi:

- 32002 R 0651: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 651/2002 tas- 16.4.2002 (ĠU L 101, 17.4.2002, p. 3).

(a) L-Artikolu 3(1) jinbidel b'dan li ġej:

"1. Kwantità massima garantita ta' 80823 tunnellata metrika għal kull sena ta' marketing għandha tiġi stabbilita għall-fibri twal tal-kittien u mqassma bejn l-Istati Membri kollha bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti. Dik il-kwantità għandha titqassam kif ġej:

- 13800 tunnellata metrika għall-Belġju,

- 1923 tunnellata metrika għar-Repubblika Ċeka

- 300 tunnellata metrika għall-Germanja,

- 30 tunnellata metrika għall-Estonja,

- 50 tunnellata metrika għal Spanja,

- 55800 tunnellata metrika għal Franza,

- 360 tunnellata metrika għal-Latvja,

- 2263 tunnellata metrika għal-Litwanja,

- 4800 tunnellata metrika għall-Olanda,

- 150 tunnellata metrika għall-Awstrija,

- 924 tunnellata metrika għall-Polonja,

- 50 tunnellata metrika għall-Portugall,

- 73 tunnellata metrika għas-Slovakkja,

- 200 tunnellata metrika għall-Finlandja,

- 50 tunnellata metrika għall-Isvezja,

- 50 tunnellata metrika għar-Renju Unit"

(b) Fl-Artikolu 3(2) il-paragrafu tad-dħul u s-sub-paragrafu (a) jinbidlu b'dan li ġej:

"Kwantità massima garantita ta' 146296 tunnellata metrika kull sena ta' marketing għandha tiġi stabbilita għall-fibri qosra tal-kittien u tal-fibri tal-qanneb li tista' tingħata għajnuna għalihom. Dik il-kwantità għandha titqassam f'forma ta':

(a) kwantitajiet nazzjonali garantiti għall-Istati Membri li ġejjin:

- 10350 tunnellata metrika għall-Belġju,

- 2866 tunnellata metrika għar-Repubblika Ċeka,

- 12800 tunnellata metrika għall-Germanja,

- 42 tunnellata metrika għall-Estonja,

- 20000 tunnellata metrika għal Spanja,

- 61350 tunnellata metrika għal Franza,

- 1313 tunnellata metrika għal-Latvja,

- 3463 tunnellata metrika għal-Litwanja,

- 2061 tunnellata metrika għall-Ungerija,

- 5550 tunnellata metrika għall-Olanda,

- 2500 tunnellata metrika għall-Awstrija,

- 462 tunnellata metrika għall-Polonja,

- 1750 tunnellata metrika għall-Portugall,

- 180 tunnellata metrika għas-Slovakkja,

- 2250 tunnellata metrika għall-Finlandja,

- 2250 tunnellata metrika għall-Isvezja,

- 12100 tunnellata metrika għar-Renju Unit

Madankollu, il-kwantità nazzjonali garantita stabbilita għall-Ungerija tikkonċerna l-fibri tal-qanneb biss."

32. 32001 R 1260: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/2001 tad- 19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1), kif emendat bi:

- 32002 R 0680 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 680/2002 tad- 19.4.2002 (ĠU L 104, 20.4.2002, p. 26)

(a) Fl-Artikolu 10(4), jiżdied dan is-sub-paragarfu li ġej:

"It-tabella bil-ko-effiċjenti relevanti li tinsab fis-sub-paragrafu ta' qabel għandha tkun adattata skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 42(2), wara li jkunu meqjusa il-kwantitajiet bażiċi stipulati fl-Artikolu 11(2)."

(b) Fl-Artikolu 11(1), tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Għar-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja is-sena ta' marketing għandha tkun dik ta' l-2003-2004."

(ċ) Fl-Artikolu 11(2), dan li ġej jidħol fit-tabella "1. Kwantitajiet bażiċi A" qabel l-iskrizzjoni għad-Danimarka:

"Ir-Repubblika Ċeka: | 441209 | — | —" |

u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Italja u l-Olanda:

"Il-Latvja | 66400 | — | — |

Il-Litwanja | 103010 | — | — |

L-Ungerija | 400454 | 127627 | —" |

u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall:

"Il-Polonja | 1580000 | 24911 | —" |

u, bejn l-iskrizzjonijiet għar-reġjun awtonomu ta' l-Azores u l-Finlandja:

"Is-Slovenja | 48157 | — | — |

Is-Slovakkja | 189760 | 37522 | —" |

(d) Fl-Artikolu 11(2), dan li ġej jidħol fit-tabella "2. Kwantitajiet bażiċi B" qabel l-iskrizzjoni għad-Danimarka:

"Ir-Repubblika Ċeka: | 13653 | — | —" |

u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Italja u l-Olanda:

"Il-Latvja | 105 | — | — |

L-Ungerija | 1230 | 10000 | —" |

u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall:

"Il-Polonja | 91926 | 1870 | —" |

u, bejn l-iskrizzjonijiet għar-reġjun awtonomu ta' l-Azores u l-Finlandja:

"Is-Slovenja | 4816 | — | — |

Is-Slovakkja | 17672 | 5025 | —" |

(e) Fl-Artikolu 11(3), tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Għar-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja is-sena ta' marketing għandha tkun dik ta' l-2003-2004."

;

(f) Fl-Artikolu 39(1), jiżdied dan is-sub-paragarfu li ġej:

"B'deroga mill-Artikolu 7(4), il-bżonn massimu stmat ta' forniment għal impriża li tipproduċi z-zokkor fis-Slovenja għandu jkun ta' 19585 tunnellata metrika."

;

(g) Is-sentenza li ġejja tiżdied ma' l-Anness III, Punt IV, paragrafu 2; Punt V, paragrafi 2 u 3; Punt VI, paragrafu 2, Punt VIII, inċiż (d); u Punt XI, paragrafu 2:

"Għar-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja is-sena ta' marketing relevanti għandha tkun dik ta' l-2003-2004."

.

33. 32001 R 2529: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2529/2001 tad- 19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħġa u tal-mogħża (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3).

(a) L-Artikolu 8(2) jinbidel b'dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li mill- 1 ta' Jannar 2002, l-ammont totali tad-drittijiet għall-premium fuq it-territorju tagħhom ma jaqbiżx il-limiti nazzjonali stipulati fl-Anness I u li r-riżervi nazzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 10 ikunu jistgħu jinżammu. Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom jallokaw limiti individwali lill-produtturi u għandhom jistabilixxu r-riservi nazzjonali min-numru globali tad-drittijiet għall-premium riżervat għall kull wieħed minn dawn l-Istati Membri kif stipulat fl-Anness I, mhux aktar tard minn sena waħda wara d-data ta' l-adeżjoni."

,

(b) Wara l-Artikolu 11, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 11a

L-ammonti globali imsemmija fl-Artikolu 11(1) għandhom ikunu applikati skond l-iskeda ta' inkrementi kif hemm fl-Artikolu 1a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1259/1999."

,

(ċ) L-Anness I jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS I

DRITTIJIET INDIVIDWALI GĦALL-PREMIUM TAN-NAGĦAĠ U TAL-MOGHOŻ

Stat Membru | Drittijiet (x 1000) |

Il-Belġju | 70 |

Ir-Repubblika Ċeka | 66,733 |

Id-Danimarka | 104 |

Il-Ġermanja | 2432 |

L-Estonja | 48 |

Il-Greċja | 11023 |

Spanja | 19580 |

Franza | 7842 |

L-Irlanda | 4956 |

L-Italja | 9575 |

Ċipru | 472,401 |

Il-Latvja | 18,437 |

Il-Litwanja | 17,304 |

Il-Lussemburgu | 4 |

L-Ungerija | 1146 |

Malta | 8,485 |

L-Olanda | 930 |

L-Awstrija | 206 |

Il-Polonja | 335,88 |

Il-Portugall [1] | 2690 |

Is-Slovenja | 84,909 |

Is-Slovakkja | 305,756 |

Il-Finlandja | 80 |

L-Isvezja | 180 |

Ir-Renju Unit | 19492 |

Total | 81667,905 |

(d) L-Anness II jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS II

L-AMMONTI GLOBALI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 11

(f'eluf ta' euro) |

Il-Belġju | 64 |

Ir-Repubblika Ċeka | 71 |

Id-Danimarka | 79 |

Il-Ġermanja | 1793 |

L-Estonja | 51 |

Il-Greċja | 8767 |

Spanja | 18827 |

Franza | 7083 |

L-Irlanda | 4875 |

L-Italja | 6920 |

Ċipru | 441 |

Il-Latvja | 19 |

Il-Litwanja | 18 |

Il-Lussemburgu | 4 |

L-Ungerija | 1212 |

Malta | 9 |

L-Olanda | 743 |

L-Awstrija | 185 |

Il-Polonja | 355 |

Il-Portugall | 2275 |

Is-Slovenja | 86 |

Is-Slovakkja | 323 |

Il-Finlandja | 61 |

L-Isvezja | 162 |

Ir-Renju Unit | 20162 |

"

34. 32002 R 0546: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 546/2002 tal- 25 ta' Marzu 2002 li jiffissa l-premiums u l-limiti tal-garanzija għall-weraq tat-tabakk skond il-grupp tal-varjetà u l-Istat Membru għall-ħsad tas-snin 2002, 2003 u 2004 u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 2075/92 ( ĠU L 84, 28.3.2002, p. 4).

(a) Fl-Anness II, dan li ġej jiżdied mat-tieni tabella:

"

Ċipru | 350 | | | | | | | | 350 |

L-Ungerija | 5768 | 6587 | | | | | | | 12355 |

Il-Polonja | 22200 | 12633 | 1867 | 1233 | | | | | 37933 |

Is-Slovakkja | 1598 | 117 | | | | | | | 1715 |

"

(b) Fl-Anness II l-aħħar ringiela tat-tieni tabella tinbidel b'dan li ġej:

"

| 162602 | 97866 | 34338 | 7518 | 15771 | 27114 | 24512 | 16696 | 386417 |

"

35. 32002 R 0753: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 753/2002 tad- 29 ta' April 2002 li jistipula ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1493/1999 f'dak li għandu x'jaqsam mad-deskrizzjoni, l-isem, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur ta' l-inbid (ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1), kif emendat bi:

- 32002 R 2086: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2086/2002 tal- 25.11.2002 (ĠU L 321, 26.11.2002, p. 8).

Fl-Artikolu 47, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. L-inbejjed, il-most ta' l-għeneb u l-inbejjed spumanti prodotti fl-Ungerija sa' l- 1 ta' Mejju 2004 u li d-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru. 1493/1999 jew ma' dan ir-Regolament jistgħu jitqiegħdu għall-bejgħ, jinħarġu fis-suq jew ikunu esportati sa ma jispiċċaw il-ħażniet sakemm ikunu konformi mad-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-inbejjed, il-most ta' l-għeneb u l-inbejjed spumanti li huma fis-seħħ fl-Ungerija qabel dik id-data. L-Ungerija għandha tistabilixxi databank kompjuterizzata li tinkludi d-dikjarazzjonijiet dwar il-ħażniet u għandha tiddikjara l-ħażniet disponibbli fil-waqt ta' l-adeżjoni."

[**] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/10/KEE (ĠU L 6, 11.1.1992, p. 35)."

[3] Minbarra l-Madejra

[4] Minbarra l-Madejra

[5] Minbarra l-Madejra

[6] Minbarra l-Madejra

[1] Bla ħsara għar-regoli speċifiċi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1454/2001 tat- 28 ta' Ġunju 2001 li jdaħħal miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Gzejjer Kanari u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru. 1601/92 (Poseican).

[2] Bla ħsara għar-regoli speċifiċi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1452/2001 tat- 28 ta' Ġunju 2001 li jdaħħal miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għad-dipartimenti overseas Franċiżi, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru. 525/77 u (KEE) Nru. 3763/91 (Poseidom).

[3] Bla ħsara għar-regoli speċifiċi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1453/2001 tat- 28 ta' Ġunju 2001 li jdaħħal miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u Madejra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru. 1600/92 (Poseima). Minbarra l-programm ta' estensifikazzjoni stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1017/94 tas- 26 ta' April 1994 li jikkonċerna l-bdil ta' art li fil-mument tintuża għall-uċuħ maħruta f'art għat-tkabbir estensiv tal-bhejjem fil-Portugall (ĠU L 112, 3.5.1994, p. 2). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2582/2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 5)

[4] Dan il-limitu huwa miżjud temporarjament b'100000 sa 1519811 ras sakemm bhejjem ħajjin ta' anqas minn sitt xhur jistgħu jiġu esportati.".

[*] Applikabbli mid-data ta' l-adeżjoni

[2] Minbarra l-limitu speċifiku stipulat fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru. 1454/2001 u r-riżerva speċifika stipulata fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru. 1017/94.

[3] Minbarra l-limitu speċifiku stipulat fl-Artikolu 9(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 1452/2001.

[4] Minbarra l-limitu speċifiku stipulat fl-Artikolu 13(3) u fl-Artikolu 22(3) tar-Regolament (KE) Nru. 1453/2001.";

[1] Fil-każ tal-Polonja l-ammont massimu eliġibbli ma għandux jaqbeż EUR 1250."

[] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3508/1992 tas- 27 ta' Novembru 1992 li jistabbilixxi sistema integrata ta' amministrazzjoni u ta' kontroll għal xi skemi ta' għajnuna Komunitarji (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 1) kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 495/2001 (ĠU L 72, 14.3.2001, p. 6),

[1] Minbarra l-programm ta' estensifikazzjoni stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1017/94 tas- 26 ta' April 1994 li jikkonċerna l-bdil ta' art li fil-mument tintuża għall-uċuħ maħruta f'art għat-tkabbir estensiv tal-bhejjem fil-Portugall (ĠU L 112,3.5.1994, p.2). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2582/2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 5)."

--------------------------------------------------