|
28.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 287/1 |
Avviż ta’ pożizzjoni vakanti CONS/AD/180/22
(2022/C 287 A/01)
TAGĦRIF ĠENERALI
|
Dipartiment |
COMPET.3 |
|
Post tax-xogħol |
Brussell, Bini Justus Lipsius |
|
Titlu tal-pożizzjoni |
Direttur |
|
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 14 |
|
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
SECRET UE/EU SECRET |
|
SKADENZA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET |
id- 5 ta’ Settembru 2022 — 12.00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell) |
Min aħna
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-UE u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom. Taħt l-awtorità tas-Segretarju Ġenerali, dan jipprovdi pariri u sostenn lill-membri tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Presidenzi tagħhom fl-oqsma kollha ta’ attività, inkluż pariri ta’ politika u legali, il-koordinazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra, l-elaborazzjoni ta’ kompromessi, is-superviżjoni kif ukoll it-trattament tal-aspetti prattiċi kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija u t-tmexxija tajba tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill.
Id-Direttorat Ġenerali “Kompetittività u Kummerċ” (DĠ COMPET), huwa magħmul minn tliet direttorati: COMPET.1, li jittratta s-Suq Intern, il-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Proprjetà Intellettwali; COMPET.2, li jittratta l-Kompetizzjoni, l-Industrija, ir-Riċerka u l-Ispazju; COMPET.3, li jittratta l-Kummerċ. Kollha kemm huma jirrapportaw lid-Direttur Ġenerali.
Id-Direttorat Ġenerali “Kompetittività u Kummerċ” (DĠ COMPET) jikkoordina l-organizzazzjoni tal-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill Kompetittività u Affarijiet Barranin-Kummerċ (KAB-Kummerċ), u kull wieħed minnhom jiltaqa’, rispettivament, mill-inqas erba’ darbiet u darbtejn fis-sena.
Id-Direttorat COMPET.3 (Kummerċ) jittratta l-politika kummerċjali u ta’ investiment. Id-Direttorat jagħti pariri lill-presidenza tal-Kunsill u lill-President tal-Kunsill Ewropew u jgħin fit-tħejjija u jassisti lill-Kunsill KAB-Kummerċ u l-COREPER u l-gruppi ta’ ħidma rilevanti, bħall-Kumitat tal-Politika Kummerċjali, li jittrattaw fajls kemm leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi. Min-naħa mhux leġiżlattiva, il-Kunsill għandu wkoll rwol ċentrali fejn jidħlu n-negozjati u l-ġestjoni tal-ftehimiet kummerċjali peress li jagħti mandati lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati u jagħti direttivi ta’ negozjati lill-Kummissjoni. Id-Direttorat jgħin ukoll fit-tħejjija tal-pożizzjonijiet tal-UE li għandhom jittieħdu fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
Nipproponu
Il-kariga ta’ Direttur f’COMPET.3 hija pożizzjoni li toffri sfida f’ambjent politikament interessanti, b’varjetà ta’ partijiet ikkonċernati u persunal bi kwalifiki għolja.
Taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali int ser tkun qed tmexxi u tikkoordina d-Direttorat tiegħek u r-riżorsi tiegħu b’mod professjonali, torganizza l-attivitajiet tiegħu u tappoġġa u timmotiva lill-persunal fil-ħidma tiegħu. Ser tiżgura l-kwalità tas-servizzi u l-prodotti pprovduti mid-Direttorat, kif ukoll il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni effettivi kemm ġewwa d-Direttorat kif ukoll fid-Direttorat Ġenerali kollu, u ma’ servizzi oħra tas-SĠK.
Ser tagħti pariri politiċi u proċedurali f’livell għoli lill-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Coreper u l-Presidenzi tagħhom, u lis-Segretarju Ġenerali, dwar l-aspetti kollha tad-dossiers fil-kompetenza tad-Direttorat. Ser tieħu sehem f’laqgħat u, fejn xieraq, f’laqgħat ta’ informazzjoni u/jew negozjati bil-ħsieb li jintlaħqu kompromessi u jinstabu soluzzjonijiet. F’dan il-kuntest, inti ser tassisti lill-Presidenzi fin-negozjati u tiżgura komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi ma’ istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-UE fl-oqsma ta’ kompetenza tad-Direttorat.
Inti ser tiddefinixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu u tikkontribwixxi biex dawn jintlaħqu billi tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tad-Direttorat u tiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tiegħu.
Ser tkun responsabbli wkoll biex tibda u tissorvelja attivitajiet ta’ analiżi tal-politiki bil-għan li tagħti pariri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-oqsma ta’ kompetenza tad-Direttorat.
Ser tkun tista’ tippjana u torganizza l-ħidma b’mod flessibbli, skont il-ħinijiet tax-xogħol u l-iskeda tal-laqgħat fil-qasam ta’ attività tad-Direttorat. Int u l-persunal tiegħek ser tkunu tistgħu tibbenefikaw mill-arranġamenti ta’ xogħol tas-SĠK, inkluż it-telexogħol.
Huma meħtieġa missjonijiet okkażjonali barra mill-pajjiż (madwar ħames darbiet fis-sena), normalment fl-UE.
Qed infittxu
Qed infittxu maniġer b’esperjenza fit-tfassil tal-politika tal-UE u l-proċess leġiżlattiv tal-UE, u b’għarfien estensiv tal-kwistjonijiet istituzzjonali tal-UE. L-għarfien fl-oqsma koperti mid-direttorat huwa ta’ vantaġġ.
Il-maniġers kollha tas-SĠK huma mistennija jagħtu pariri lill-ġerarkija tagħhom u lill-partijiet ikkonċernati, imexxu l-persunal u r-riżorsi finanzjarji tagħhom u jirrappreżentaw lis-SĠK. Dawn l-aspettattivi huma mniżżla fil-profil orizzontali tal-maniġers tas-SĠK (1).
Barra minn hekk, il-persuna impjegata jeħtieġ ikollha:
|
— |
il-kapaċità li taħseb u tippjana b’mod strateġiku, li tantiċipa u tidentifika problemi potenzjali u li tipproponi soluzzjonijiet u kompromessi fattibbli; |
|
— |
ħiliet ta’ tmexxija u l-kapaċità li tippromwovi spirtu ta’ tim qawwi u li tiggwida, timmotiva u tawtonomizza lill-persunal f’ambjent ta’ diversità u multikulturali, b’enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tal-persunal; |
|
— |
sens ta’ diplomazija, tagħraf meta għandha tkun flessibbli u meta tkun soda waqt li toqgħod attenta għad-dettall mingħajr ma titlef l-istampa ġenerali; |
|
— |
il-kapaċità li tippromwovi u żżomm relazzjonijiet tax-xogħol tajba ma’ firxa ta’ interlokuturi interni u esterni; |
|
— |
il-kapaċità li tilħaq qbil jew għanijiet komuni billi tagħti pariri speċifiċi lill-partijiet ikkonċernati u billi tiffaċilita d-diskussjoni b’mod effettiv u kostruttiv; |
|
— |
il-kapaċità li torganizza x-xogħol ġenerali tad-Direttorat sabiex jintlaħqu l-iskadenzi kruċjali u li tiżgura t-tqassim ġust tax-xogħol fost il-membri tat-tim u l-ippjanar tas-suċċessjoni; |
|
— |
il-kapaċità li timmaniġġa t-tibdil u tappoġġa lill-persunal waqt it-tibdil; |
|
— |
ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti, inkluż ħiliet ta’ komunikazzjoni interpersonali. |
Peress li s-SĠK iħaddan politika ta’ mobbiltà għall-maniġers tiegħu, li huma mistennija jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f’oqsma ta’ attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
POLITIKA TA’ REKLUTAĠĠ
L-applikanti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fil-mument tal-applikazzjoni:
|
a) |
Kondizzjonijiet ġenerali
|
|
b) |
Kondizzjonijiet speċifiċi
|
NB:
|
(1) |
Din il-pożizzjoni tirrikjedi approvazzjoni tas-sigurtà li tippermetti aċċess għal dokumenti klassifikati (livell SECRET UE/EU SECRET). Il-kandidati li japplikaw għall-pożizzjoni jridu jkunu lesti jgħaddu minn investigazzjoni ta’ sigurtà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3). Il-ħatra għal din il-pożizzjoni ssir effettiva biss bil-kondizzjoni li l-kandidat magħżul jew magħżula tkun kisbet ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà. Kandidat mingħajr approvazzjoni tas-sigurtà jiġi offrut kuntratt temporanju sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sigurtà. |
|
(2) |
Il-persuna magħżula minn fost il-kandidati għandha tkun lesta ssegwi l-programm ta’ taħriġ tas-SĠK fit-tmexxija. |
PROĊEDURA TA’ SELEZZJONI
Fl-għażla tal-kandidati, l-Awtorità tal-Ħatra tiġi megħjuna minn bord konsultattiv ta’ selezzjoni. Il-bord konsultattiv ta’ selezzjoni jkollu l-appoġġ ta’ ċentru ta’ evalwazzjoni, immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni għall-istess tip ta’ pożizzjoni ma jibqgħux validi wara sentejn mid-data li fiha saru l-eżerċizzji rilevanti jew mat-tmiem tal-kuntratt qafas bejn is-SĠK u ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni inkwistjoni — skont liema data tiġi l-ewwel.
Il-bord konsultattiv ta’ selezzjoni l-ewwel jevalwa u jqabbel il-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-applikanti kollha, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni komparattiva, il-bord konsultattiv ta’ selezzjoni jagħmel lista ristretta tal-kandidati li, fl-opinjoni tiegħu, huma l-aktar adatti sabiex jiġu mistiedna għall-ewwel intervista. Peress li din l-ewwel selezzjoni hija bbażata fuq evalwazzjoni komparattiva tal-applikazzjonijiet, l-ilħuq tar-rekwiżiti għal din il-pożizzjoni vakanti ma jiggarantix stedina għall-ewwel intervista. Minn fost il-kandidati intervistati, il-bord konsultattiv ta’ selezzjoni jagħżel minn qabel il-kandidati biex jattendu ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, kif ukoll għat-tieni intervista mal-bord konsultattiv ta’ selezzjoni.
L-ippjanar proviżorju tal-proċedura ta' selezzjoni huwa kif ġej:
|
— |
huwa mistenni li l-kandidati magħżula għall-intervisti jiġu infurmati sa nofs Settembru 2022; |
|
— |
l-ewwel intervisti huma previsti li jsiru fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru 2022; |
|
— |
it-testijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni mistennija li jsiru fit-tieni ġimgħa ta' Ottubru 2022; |
|
— |
it-tieni ċiklu ta' intervisti huwa previst għat-tieni nofs ta' Ottubru 2022. |
NB: L-iskeda ta’ hawn fuq hija purament indikattiva u tista’ tinbidel.
BAŻI ĠURIDIKA
Din il-pożizzjoni hija ppubblikata fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea u barra mill-istituzzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 29, il-paragrafi 1 u 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4).
KIF TAPPLIKA
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija d-5 ta’ Settembru 2022 f’12.00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell).
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu biss bil-posta elettronika u jridu jintbagħtu lil: applications.management@consilium.europa.eu (5) mhux aktar tard mid-data u l-ħin tal-għeluq. Mhumiex ser jitqiesu l-applikazzjonijiet li jaslu tard.
Għandu jintuża l-indirizz elettroniku indikat hawn fuq għal kwalunkwe korrispondenza marbuta mal-proċedura tas-selezzjoni (fit-titlu tas-suġġett tal-email għandu jkun hemm ir-referenza li ġejja: CONS/AD/180/22).
Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti elenkati hawn fuq, taħt “Politika ta’ Reklutaġġ”, biex b’hekk jevitaw l-esklużjoni awtomatika mill-proċedura tas-selezzjoni.
Biex ikun validu, il-fajl tal-applikazzjoni jrid jinkludi d-dokumenti li ġejjin f’format pdf (NB: dokumenti maqfula, protetti bil-password jew b’firma elettronika mhumiex ser jiġu aċċettati):
|
(a) |
il-formola ta’ applikazzjoni, mimlija u datata kif suppost (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) — Formola ta’ applikazzjoni.pdf”); biex tniżżel il-formola ta’ applikazzjoni elettronika (EN jew FR), agħfas fuq il-ħolqa xierqa hawn taħt jew ikkopjaha u ppejstjaha fil-brawżer tiegħek (6): https://www.consilium.europa.eu/media/53249/gsc-application_form_senior_management_en.docx https://www.consilium.europa.eu/media/53248/gsc-application_form_senior_management_fr.docx |
|
(b) |
curriculum vitae dettaljat, bl-Ingliż jew bil-Franċiż (mingħajr ritratti), preferibbilment fil-format Europass (https://europa.eu/europass/), li jkopri l-karriera kollha tal-persuna li tapplika u jelenka, fost oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u d-dmirijiet attwali tal-persuna li tapplika (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) — CV.pdf”); |
|
(c) |
ittra ta’ motivazzjoni, bl-Ingliż jew bil-Franċiż (il-fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) — Motivation letter.pdf”); |
|
(d) |
kopji tad-diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u kopji tad-dokumenti u ċ-ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali miġbura flimkien f’dokument pdf wieħed. Mhux biżżejjed li tibgħat biss il-curriculum vitae msemmi taħt (b). Id-dokumenti ta’ prova jridu jkunu nħarġu minn parti terza (il-fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) — Supporting documents.pdf”). |
Jekk ma jiġux inklużi dawn id-dokumenti l-applikazzjoni tkun invalida.
Id-dokumenti kollha ta’ prova msemmija taħt (d) għandhom jiġu nnumerati (Anness 1, 2, eċċ.) u miġbura flimkien kif imsemmi hawn fuq.
Applikazzjonijiet li jaslu bil-posta jew permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ ħżin ta’ data bbażati fuq cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni tal-fajls mhumiex ser jiġu kkunsidrati.
Il-persuna magħżula minn fost il-kandidati tintalab tipprovdi d-dokumenti oriġinali msemmija hawn fuq.
Il-kandidati jirċievu email sabiex tinfurmahom li l-applikazzjoni tagħhom tkun waslet. Madankollu, jistgħu jinqalgħu diffikultajiet tekniċi li jaffettwaw il-bgħit tal-emails. Għalhekk, il-kandidati li ma jirċevux email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni huma mitluba jikkuntattjaw lil applications.management@consilium.europa.eu. Peress li l-bord konsultattiv ta’ selezzjoni jibda l-ħidma tiegħu ftit wara d-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, kull korrispondenza dwar il-wasla tal-applikazzjoni jenħtieġ issir fil-ġimgħa ta’ wara dik id-data.
DIVERSITÀ U INKLUŻJONI
Is-SĠK huwa impenjat favur id-diversità u l-inklużjoni. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara d-dikjarazzjoni rilevanti: https://www.consilium.europa.eu/mt/general-secretariat/jobs/diversity-and-inclusion/
RIEŻAMI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Għal aktar informazzjoni dwar il-proċeduri marbuta mat-talbiet għal ilmenti, appelli u riferimenti lill-Ombudsman Ewropew tista’ tikkonsulta: https://www.consilium.europa.eu/media/56647/complaint-mt.pdf
PROTEZZJONI TAD-DATA
Ir-regoli li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali b’rabta ma’ din il-proċedura ta’ selezzjoni jinsabu fid-Dikjarazzjoni ta’ privatezza:
https://www.consilium.europa.eu/media/56671/jobs-data-protection-083r00-mt.pdf
(1) https://www.consilium.europa.eu/media/53266/gsc-manager-profile-mt.pdf
(2) L-Artikolu 5(3)(c) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolamenti tal-Persunal) jesiġi li l-applikanti jkollhom mill-inqas:
|
(i) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma meta t-tul ta’ żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ erba’ snin jew aktar, jew |
|
(ii) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-inqas sena meta t-tul ta’ żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ mill-inqas tliet snin. |
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), test konsolidat disponibbli fuq
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20220101
(5) Dan l-indirizz elettroniku huwa kkollegat ma’ indirizz elettroniku funzjonali u jista’ jittratta biss messaġġi b’livell ta’ kunfidenzjalità “Normali”; emails mibgħuta b’livell ieħor ta’ kunfidenzjalità (eż. “Personali”, “Privat”, “Kunfidenzjali”) ma jistgħux jiġu pproċessati. Għaldaqstant agħżel il-livell ta’ kunfidenzjalità “Normali”. L-email tiegħek ma tridx tkun akbar minn 25MB. Jekk id-daqs tal-email tiegħek bl-hemżiet magħha jaqbeż dan id-daqs massimu, jekk jogħġbok qassam l-hemżiet tiegħek fuq għadd ta’ emails.
(6) Jekk teħtieġ aktar informazzjoni u/jew tiltaqa’ ma’ problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil: applications.management@consilium.europa.eu