|
17.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/102 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/2298 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta' Novembru 2016
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal- Eurosistema (BĊE/2016/31)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”), sabiex dik il-politika tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
|
(2) |
Għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal- Eurosistema tista' tagħmel proċeduri għal sejħiet għal offerti b'rata fissa jew rata varjabbli. Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) għandha tiġi emendata biex tinkorpora ċerti raffinamenti tekniċi u editorjali neċessarji dwar il-passi operattivi tal-proċeduri ta' sejħa għall-offerti. |
|
(3) |
L-Eurosistema tikkunsidra li huwa meħtieġ illi jiġu emendati l-kriterji ta' eliġibbiltà u biex jiġu aġġustati l-miżuri ta' kontroll tar-risku applikabbli għal strumenti ta' dejn mhux garantiti ta' grad ogħla maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment jew l-entitajiet marbuta mill-qrib magħhom fil-qafas tal-kollateral tagħha biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fl-Istati Membri. |
|
(4) |
L- Eurosistema żviluppat qafas waħdieni għal assi eliġibbli bħala kollateral sabiex l-operazzjonijiet ta' kreditu kollha tal-Eurosistema jitwettqu b'mod armonizzat permezz tal-implimentazzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li huwa meħtieġ li jiddaħħal xi tibdil fil-qafas kollaterali tal-Eurosistema biex titħalla l-inklużjoni ta' strutturi ta' kupun bi flussi ta' kontanti potenzjalment negattivi għall-assi negozjabbli. |
|
(5) |
L-Eurosistema teħtieġ li jkollha dejta ta' livell ta' self komprensiva u standardizzata fuq l-assi li jiġġeneraw l-aggregazzjoni ta' fluss ta' kontanti li jiggarantixxu t-titoli ggarantiti permezz tal-assi. Id-dejta ta' livell ta' self għandha tiġi sottomessa mill-partijiet rilevanti lil repożitorju indikat mill-Eurosistema. Ir-rekwiżiti tal-Eurosistema għall-indikazzjoni ta' repożitorji ta' dejta tal-livell ta' self, kif ukoll il-proċess ta' indikazzjoni attwali, għandhom jiġu kkjarifikati iktar fl-interess tat-trasparenza. |
|
(6) |
Bil-għan li tiġi ssalvagwardata l-adegwatezza tal-kollateral tal-Eurosistema, il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-talbiet ta' kreditu, u, b'mod partikolari, il-kriterju fuq restrizzjonijiet għar-realizzazzjoni għandhom jiġu emendati. Il-BĊNi għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jeskludu jew jimmitigaw b'mod sinifikanti r-riskju ta' tpaċija meta jaċċettaw talbiet ta' kreditu bħala kollateral. Talbiet ta' kreditu oriġinati qabel l-1 ta' Jannar 2018 li ma kinux suġġetti għal dawk il-miżuri jistgħu jkunu mobilizzati bħala kollateral sal-31 ta' Diċembru 2019, iżda l-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà għandhom jiġu ssodisfatti. |
|
(7) |
Sabiex l-Eurosistema tiġi mħarsa kontra r-riskju ta' telf finanzjarju f'każ ta' inadempjenza ta' kontroparti, assi eliġibbli mmobilizzati bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema għandhom ikunu suġġetti għall-miżuri ta' kontroll tar-riskju stipulati fit-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Bħala riżultat tar-reviżjoni regolari tal-qafas għall-kontroll tar-riskji tal-Eurosistema, il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li għandhom isiru diversi aġġustamenti. |
|
(8) |
Assi eliġibbli huma meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalità ta' kreditu tal-Eurosistema speċifikati fil-qafas tal- valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema (ECAF), li jippreskrivi l-proċeduri, ir-regoli u t-tekniki sabiex jiġi żgurat li jinżamm ir-rekwiżit tal-Eurosistema għal standards ta' kreditu għoljin għall-assi eliġibbli. Wara reviżjoni tar-regoli ECAF, għandu jsir tibdil speċifiku, b'mod partikolari fir-rigward tal-kriterji ta' aċċettazzjoni ġenerali ta' istituzzjonijiet ta' evalwazzjoni ta' kreditu estern (ECAIs) u rekwiżiti operattivi addizzjonali għal EACIs fir-rigward ta' bonds koperti. |
|
(9) |
Hemm bżonn li jsiru emendi tekniċi żgħar fl-interessi taċ-ċarezza, pereżempju fir-rigward tat-terminoloġija tal-bonds koperti. |
|
(10) |
Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata skont kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
fl-Artikolu 30, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b'dan li ġej: “1. Proċeduri ta' sejħiet għal offerti standard għandhom jitħabbru pubblikament mill-BĊE bil-quddiem. Barra minn hekk, il-BĊNi jistgħu jħabbru proċeduri standard ta' sejħiet għall-offerti pubblikament u direttament lill-kontropartijiet, jekk dan jitqies li huwa neċessarju. 2. Proċeduri ta' sejħiet għal offerti mgħaġġla jistgħu jitħabbru pubblikament mill-BĊE bil-quddiem. Fi proċeduri mgħaġġla ta' sejħiet għall-offerti li jitħabbru pubblikament bil-quddiem, il-BĊN jista' jikkuntattja lill-kontropartijiet magħżula direttament jekk dan jitqies li huwa neċessarju. Fi proċeduri mgħaġġla ta' sejħiet għall-offerti li ma jitħabbrux pubblikament bil-quddiem, il-kontropartijiet magħżula għandhom jiġu kkuntattjati direttament mill-BĊNi.”; |
|
4. |
fl-Artikolu 43, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Il-BĊE għandu jħabbar pubblikament id-deċiżjoni tal-allokazzjoni tas-sejħa għal offerti fir-rigward tar-riżultati tal-offerta. Barra minn hekk, il-BĊNi jistgħu jħabbru d-deċiżjoni tal-allokazzjoni tas-sejħa għal offerti pubblikament u direttament lill-kontropartijiet, jekk jidhrilhom li dan huwa neċessarju.”; |
|
5. |
fl-Artikolu 55a, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej: “3. Fil-każ ta' friegħi, l-informazzjoni rapportata taħt il-paragrafu 1 għandha tirrigwarda l-istituzzjoni li lilha tappartjeni il-fergħa.”; |
|
6. |
fl-Artikolu 61, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Il-BĊE għandu jippubblika lista aġġornata ta' assi negozjabbli eliġibbli fuq is-sit elettroniku tiegħu, skont il-metodoloġiji indikati fis-sit elettroniku tiegħu, u għandu jaġġornah kull jum meta t-TARGET2 huwa operattiv. Assi negozjabbli inklużi fil-lista ta' assi negozjabbli eliġibbli jsiru eliġibbli għall-użu fl-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema meta jiġu ppubblikati fil-lista. Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, fil-każ speċifiku ta' strument ta' dejn għal żmien qasir bil-valur ta' saldu tal-istess jum, l-Eurosistema tista' tagħti l-eliġibbiltà mid-data ta' ħruġ. Assi vvalutati skont l-Artikolu 87(3) m'għandhomx jiġu ppubblikati f'din il-lista ta' assi negozjabbli eliġibbli.”; |
|
7. |
fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Sabiex ikunu eliġibbli, strumenti ta' dejn għandu jkollhom xi waħda minn dawn l-istrutturi ta' kupun li ġejjin sal-fidi finali:
|
|
8. |
l-Artikolu 77a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 77a Restrizzjonijiet fuq investimenti għal titoli ggarantiti b'assi Kull investiment ta' flejjes li huma ta' kreditu għal min jagħmel il-ħruġ jew ta' kull kont ta' bank SPV intermedjarju taħt id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni m'għandux jikkonsisti, għal kollox jew parzjalment, attwalment jew potenzjalment, minn segmenti ta' noti ta' ABSs, marbuta mal-kreditu, swaps jew strumenti derivati oħra, titoli sintetiċi jew talbiet simili.”; |
|
9. |
Fl-Artikolu 73, il-paragrafu 7 huwa mħassar. |
|
10. |
fl-Artikolu 78, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Dejta komprensiva u standardizzata fil-livell ta' self dwar l-aggregazzjoni ta' assi li jiġġeneraw fluss ta' flus li jiggarantixxu ABSs għandhom ikunu disponibbli skont il-proċeduri stipulati fl-Anness VIII, li jinkludi informazzjoni dwar il-punteġġ tal-kwalità tad-dejta meħtieġ u r-rekwiżiti għall-indikazzjoni tal-Eurosistema tar-repożitorji tad-dejta tal-livell ta' self. Fil-valutazzjoni tagħha tal-eliġibbiltà, l-Eurosistema tqis: (a) kull nuqqas fil-konsenja tad-dejta, u (b) il-frekwenza li fiha jinstab li l-oqsma ta' dejta individwali dwar il-livell ta' self ma fihom ebda dejta sinifikanti.”; |
|
11. |
fit-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti Erbgħa, is-Subtaqsima 4 li ġejja hija miżjuda:
Artikolu 81a Kriterji ta' eliġibbiltà għal ċerti strumenti ta' dejn mhux garantiti 1. Biex ikunu eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment, jew minn entitajiet marbuta mill-qrib tagħhom kif iddefinit fl-Artikolu 138(2), għandhom jikkonformaw mal-kriterji ġenerali relatati dwar it-tipi kollha ta' assi negozjabbli stabbiliti fit-Taqsima 1, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 64 sa fejn dak l-istrument ta' dejn mhux iggarantit ikun suġġett għas-subordinazzjoni statutorja. 2. Għall-finijiet ta' din is-subtaqsima, subordinazzjoni statutorja tfisser subordinazzjoni, ibbażata fuq qafas statutorju applikabbli għal-emittent, ta' strument ta' dejn mhux iggarantit li ma huwiex suġġett għal subordinazzjoni bis-saħħa tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-istrument ta' dejn, jiġifieri subordinazzjoni kuntrattwali.”; |
|
12. |
fl-Artikolu 83, il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
13. |
fl-Artikolu 104, għandu jiddaħħal il-paragrafu (3a) li ġej: “3a. Mill-1 ta' Jannar 2018, il-BĊNi għandhom jużaw mekkaniżmu sabiex jisguraw li r-riskju ta' tpaċija ikun ġie eskluż jew immitigat b'mod sinifikanti meta jaċċettaw bħala kollateral talbiet ta' kreditu li joriġinaw wara dik id-data. Talbiet ta' kreditu oriġinati qabel l-1 ta' Jannar 2018 li ma kinux suġġetti għal dak il-mekkaniżmu jistgħu jkunu mobilizzati bħala kollateral sal-31 ta' Diċembru 2019, iżda l-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà għandhom jiġu ssodisfatti.”; |
|
14. |
L-Artikolu 120 huwa emendat kif ġej:
|
|
15. |
fl-Artikolu 122(3), il-punt (b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
16. |
fl-Artikolu 137, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej: “2. Il-kriterji ġenerali ta' eliġibbiltà għall-assi negozjabbli stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti Erbgħa għandhom japplikaw, ħlief li l-assi negozjabbli:
|
|
17. |
fl-Artikolu 138(3), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
18. |
fl-Artikolu 139, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn kontroparti jew entità oħra marbuta mill-qrib ma' dak il-kontroparti, kif iddefiniti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 138, u ggarantiti għal kollox minn entità tas-settur pubbliku taż-ŻEE waħda jew iżjed li għandhom id-dritt li jimponu t-taxxi m'għandhomx ikunu mobilizzati bħala kollateral għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema minn dik il-kontroparti jew:
|
|
19. |
fl-Artikolu 141, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Kontroparti m'għandhiex tissottometti jew tuża bħala kollateral strumenti ta' dejn mhux iggarantiti maħruġa minn istituzzjoni ta' kreditu, jew minn entità oħra li magħha l-istituzzjoni ta' kreditu għandha rabtiet mill-qrib sal-punt li l-valur ta' tali kollateral maħruġ minn dik l-istituzzjoni ta' kreditu jew entità oħra li magħha għandha rabtiet mill-qrib meħudin flimkien jaqbeż l-2.5 % tal-valur totali tal-assi użati bħala kollateral minn dik il-kontroparti wara l-haircut applikabbli. Dan il-limitu ta' 2.5 % m'għandux japplika fl-ebda minn dawn il-każijiet li ġejjin:
|
|
20. |
L-Artikolu 143 huwa mħassar; |
|
21. |
l-Artikolu 144a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 144a Assi eliġibbli bi flussi ta' flus kontanti negattivi 1. Il-BĊNi għandhom jipprovdu li kontroparti għandha tibqa' responsabbli għal ħlas fil-ħin ta' kull ammont ta' fluss ta' flus kontanti negattiv relatat ma' assi eliġibbli mibgħuta jew użati minnha bħala kollateral. 2. Jekk kontroparti tonqos milli tagħmel ħlas fil-ħin bis-saħħa tal-paragrafu 1, l-Eurosistema tista', imma ma hijiex obbligata tagħmel il-ħlas rilevanti. Il- BĊNi għandhom jipprovdu li kontroparti għandha tirrimborsa lill-Eurosistema, immedjatament ma' talba mill-Eurosistema, bi kwalunkwe ammont ta' flussi ta' flus kontanti negattivi mħallsin mill-Eurosistema bħala riżultat tan-nuqqas tal-kontraparti. Jekk kontroparti tonqos milli tagħmel ħlas fil-ħin bis-saħħa tal-paragrafu 1, l-Eurosistma għandu jkollha d-dritt li tiddebita minnufih u mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel ammont daqs l-ammont li l-Eurosistema għandha tħallas f'isem tali kontroparti jew minn:
3. Kull ammont imħallas mill-Eurosistema taħt il-paragrafu 2 li ma jiġix irrimborsat minn kontroparti minnufih wara talba u li ma jistax jiġi ddebitat mill-Eurosistema minn kwalunkwe kont rilevanti kif ipprovdut skont il-paragrafu 2, għandu jiġi kkunsidrat bħala kreditu mill-Eurosistema, li għalih hija applikabbli sanzjoni skont l-Artikolu 154.”; |
|
22. |
fl-Artikolu 154(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
23. |
fl-Artikolu 154(1) qed jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
|
24. |
fl-Artikolu 156(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
25. |
fl-Artikolu 156(4), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
26. |
fl-Artikolu 166, huwa miżjud il-paragrafu 4a li ġej: “4a. Kull BĊN għandu japplika arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji li jiżguraw li, fi kull żmien, il-BĊN domestiku jkun f'pożizzjoni legali li jimponi penali finanzjarja għal nuqqas ta' kontroparti li tirrimborsa jew tħallas, bis-sħiħ jew parzjalment, kwalunkwe ammont tal-kreditu jew tal-prezz tax-xiri mill-ġdid, jew li l-assi mixtrija jiġu kkonsenjati, fil-maturità jew meta jkunu altrimenti dovuti, fil-każ li ma jkun disponibbli l-ebda rimedju għalih bis-saħħa tal-Artikolu 166(2). Il-penalità finanzjarja għandha tiġi kkalkulata skont l-Anness VII, Taqsima I, paragrafu 1(a) ta' din il-Linja Gwida u l-Anness VII, Taqsima I, paragrafi 2 u 4 ta' din il-Linja Gwida, wara li jittieħed inkunsiderazzjoni l-ammont ta' flus kontanti li l-kontroparti ma setgħetx tħallas jew tirrimbors, u n-numru ta' jiem kalendarji li matulhom il-kontroparti ma ħallsitx, ma rrimborsatx jew ma kkonsenjatx.”; |
|
27. |
L-Annessi VII, VIII u XII huma emendati, u Anness IXa u Anness IXb ġodda huma mdaħħla, skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta' Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(2) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
ANNESS
L-Annessi VII, VIII u XII tal-Linja Gwida (UE) 2015/510(BĊE/2014/60) huma emendati, u l-Annessi IXa u IXb ġodda huma mdaħħla kif ġej:
|
1. |
fl-Anness VII, il-paragrafu 1(b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
2. |
fl-Anness II, il-paragrafu 5(a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
3. |
fl-Anness VII, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'li ġej:
|
|
4. |
fl-Anness VII, il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b'li ġej:
|
|
5. |
L-Anness VIII huwa emendat kif gej:
|
|
6. |
L-Anness IXa li ġej huwa mdaħħal: “ANNESS IXs Rekwiżiti ta' kopertura minima għall-istituzzjonijiet ta' valutazzjoni ta' kreditu estern fil-qafas tal-valutazzjoni ta' kreditu tal-Eurosistema Dan l-Anness japplika għall-aċċettazzjoni ta' aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA) bħala istituzzjoni ta' valutazzjoni tal-kreditu estern (ECAI) fil-qafas tal-valutazzjoni ta' kreditu tal-Eurosistema (ECAF), kif speċifikat tal-Artikolu 120(2). 1. REKWIŻITI TA' KOPERTURA
2. KALKOLU TAL-KOPERTURA
3. REVIŻJONI TAL-KONFORMITÀ
|
|
7. |
L-Anness IXb li ġej huwa mdaħħal: “ANNESS IXb Rekwiżiti minimi fil-qafas tal-valutazzjoni ta' kreditu tal-Eurosistema għal ħruġ ġdid u rapporti ta' sorveljanza fuq programmi ta' bonds koperti 1. INTRODUZZJONI Għall-finijiet tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema (ECAF), l-istituzzjonijiet għall-valutazzjoni tal-kreditu estern (ECAIs), fir-rigward tal-Artikolu 120(2a), għandhom jikkonformaw mal-kriterji operattivi speċifiċi fir-rigward tal-bonds koperti, b'effett minn 1 ta' Lulju 2017. B'mod partikolari, ECAIs għandhom:
Dan l-Anness jistabbilixxi dawn ir-rekwiżiti minimi fid-dettall. Il-konformità ECAIs ma' dawn ir-rekwiżiti jiġu rriveduti regolarment. Jekk ma jiġux ssodisfatti l-kriterji għall-programm ta' bonds koperti partikolari, l-Eurosistema tista' tqis il-klassifikazzjoni(jiet) ta' kreditu pubbliku relatat(i) mal-programm ta' bonds koperti li ma jilħaqx(jilħqux) l-istandards ta' kreditu għoljin tal-ECAF. Għalhekk, il-klassifikazzjoni ta' kreditu pubbliku tal-ECAI jista' ma jintużax biex jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' kwalità tal-kreditu għal ass negozjabbli taħt il-programm ta' bonds koperti speċifiku. 2. REKWIŻITI MINIMI
|
|
8. |
L-Anness XII, Taqsima VI huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Il-prezzijiet murija għal data ta' valutazzjoni speċifika jikkorrespondu mal-prezz l-aktar rappreżentattiv fil-jum tan-negozju ta' qabel din id-data ta' valutazzjoni.”;