European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2662

15.10.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2662

tal-14 ta’ Ottubru 2024

li tistabbilixxi formola standard ta’ applikazzjoni għal Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 tat-18 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(9) u l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2019/997 tistabbilixxi regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċedura għal ċittadini mhux rappreżentati f’pajjiżi terzi biex jiksbu Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE (“ETD tal-UE”) u tistabbilixxi format uniformi għad-dokument, li jikkonsisti f’formola uniformi tal-ETD tal-UE u stiker uniformi tal-ETD tal-UE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2452 (2) tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi addizzjonali dwar id-disinn, il-format u l-kuluri tal-formola u l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE, ir-rekwiżiti għall-materjal u t-tekniki tal-istampar tal-formola uniformi tal-ETD tal-UE, u l-karatteristiċi u r-rekwiżiti ta’ sigurtà inklużi standards imtejba kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni.

(3)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ ETD tal-UE, jenħtieġ li tiġi stabbilita formola standard ta’ applikazzjoni tal-ETD tal-UE.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 4(8) tad-Direttiva (UE) 2019/997, ir-riċevent ta’ ETD tal-UE għandu jintalab jirritorna l-ETD tal-UE, meta jasal fid-destinazzjoni finali. L-informazzjoni dwar l-obbligu tar-ritorn tal-ETD tal-UE, skont l-Artikolu 4(9) ta’ dik id-Direttiva, għandha tiġi inkluża fil-formola standard ta’ applikazzjoni tal-ETD tal-UE.

(5)

Sabiex ir-riċeventi tal-ETDs tal-UE jingħataw l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jirritornaw id-dokument lill-awtorità xierqa f’konformità mal-informazzjoni pprovduta fil-formola standard ta’ applikazzjoni tal-ETD tal-UE, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi addizzjonali relatati mal-ħruġ tal-ETD tal-UE. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jipprevedu li l-Istat Membru tan-nazzjonalità jenħtieġ li jinforma lill-Istat Membru li jassisti dwar fejn għandu jiġi rritornat l-ETD tal-UE, informazzjoni li mbagħad jenħtieġ li tiġi pprovduta lir-riċevent tal-ETD tal-UE.

(6)

Huwa neċessarju wkoll li jiġu riveduti u aġġornati ċerti standards tekniċi preskritti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452. Fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452, jenħtieġ li jiġi ċċarat li kwalunkwe formola u stiker uniformi vojta ta’ ETD tal-UE misruqa jew mitlufa matul il-proċess tal-konsenja jenħtieġ li tiġi rrapportata fil-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa mill-Istat Membru li jakkwistahom biex jiġu evitati lakuni fir-rapportar.

(7)

Ir-regoli dwar il-mili u t-twaħħil ta’ stikers uniformi tal-ETD tal-UE jenħtieġ li jiżdiedu bħala l-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452 biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jsegwu standards komuni meta jimlew l-ETDs tal-UE, inkluża l-parti tagħhom li tinqara minn magna.

(8)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2019/997, kull Stat Membru għandu l-obbligu li jaħtar korp li jkun responsabbli għall-produzzjoni ta’ formoli u stikers uniformi tal-ETDs tal-UE. L-istess korp jista’ jinħatar minn diversi Stati Membri jew minnhom kollha. Bħalissa, l-Istati Membri ħatru tliet korpi differenti. Sabiex jiġi evitat li l-ETDs tal-UE prodotti minn korpi differenti jiġu assenjati l-istess numru tad-dokument, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-firxiet tan-numerazzjoni jkunu differenzjati b’referenza għall-korpi differenti maħtura mill-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li firxa ta’ numerazzjoni tiġi riżervata għal użu possibbli fil-ġejjieni. Jenħtieġ li dawk ir-regoli jiżdiedu bħala l-Parti IV tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452 tiġi emendata kif xieraq.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-formola standard ta’ applikazzjoni għal Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE għandha tkun kif stabbilit fl-Anness I.

2.   Matul il-konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/997 qabel il-ħruġ ta’ Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE, l-Istat Membru li jassisti għandu jitlob lill-Istat Membru tan-nazzjonalità jipprovdi informazzjoni dwar fejn l-applikant għandu jirritorna d-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE li għandu jinħareġ mal-wasla fid-destinazzjoni finali, bħal:

(a)

l-awtorità tal-Istat Membru tan-nazzjonalità responsabbli għall-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar;

(b)

ambaxxata jew konsulat tal-Istat Membru tan-nazzjonalità;

(c)

uffiċjali tal-fruntiera tal-Istat Membru tan-nazzjonalità.

3.   L-Istat Membru tan-nazzjonalità għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Istat Membru li jassisti. L-Istat Membru li jassisti għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-applikant meta joħroġ l-ETD tal-UE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Ir-regoli dwar il-mili u t-twaħħil ta’ stikers uniformi tal-ETD tal-UE għandhom ikunu kif stabbilit fil-Parti III tal-Anness.

Ir-regoli dwar il-korpi differenti b’responsabbiltà li jipproduċu formoli u stikers uniformi tal-ETD tal-UE għandhom ikunu kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness.”;

(2)

il-punt 3.8 tal-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452 huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(3)

it-test fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni jiżdied bħala l-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452;

(4)

it-test fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni jiżdied bħala l-Parti IV tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2452.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 163, 20.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/997/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2452 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi addizzjonali għad-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 (ĠU L 320, 14.12.2022, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2452/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1683/oj).


ANNESS I

Image 1

Applikazzjoni għal Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

Application for EU Emergency Travel Document

Demande de titre de voyage provisoire de l’UE

Formola ta’ applikazzjoni standard / Standard application form / Formulaire type de demande

Din l-applikazzjoni hija bla ħlas / This application form is free / Ce formulaire est gratuit


1.

Kunjom / Surname (Family name) / Nom(s) [nom(s) de famille]

2.

Isem/ismijiet (L-ewwel isem/ismijiet) / Given name(s) (First name(s)) / Prénom(s)

3.

Data tat-twelid (JJ XX SSSS) / Date of birth (DD MM YYYY) / Date de naissance (JJ MM AAAA)

4.

Post tat-twelid (belt) / Place of birth (city) / Lieu de naissance

5.

Pajjiż tat-twelid / Country of birth / Pays de naissance

6.

Sess / Sex / Sexe

☐

Raġel / Male / Masculin

☐

Mara / Female / Féminin

☐

Mhux speċifikat / Unspecified / Non spécifié

7.

Nazzjonalità / Nationality / Nationalité

8.

Nazzjonalitajiet oħrajn, jekk għandek / Other nationalities, if any / Autre(s) nationalité(s), le cas échéant

9.

Meta disponibbli, in-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali jew tas-sigurtà soċjali / Where available, national registration or social security number / Numéro de registre national ou de sécurité sociale, le cas échéant

10.

L-applikant huwa / The applicant is / Le demandeur est

☐

ċittadin tal-UE (persuna bin-nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-UE) / an EU citizen (person holding the nationality of an EU Member State) / un(e) citoyen(ne) de l’UE (personne ayant la nationalité d’un État membre de l’UE)

☐

membru tal-familja mhux mill-UE ta’ ċittadin tal-UE b’residenza legali fi Stat Membru tal-UE (speċifika l-parentela maċ-ċittadini tal-UE) / an EU citizen’s non-EU family member who is a legal resident in an EU Member State (specify family relationship with the EU citizen) / un membre de la famille d’un citoyen de l’UE qui n’a pas la nationalité d’un État membre et qui réside légalement dans un État membre de l’UE (veuillez préciser le lien de parenté avec le citoyen de l’UE)

☐

oħrajn (speċifika) / other (specify) / autre (veuillez préciser)

11.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-applikant / Applicant’s contact information / Coordonnées du demandeur

Indirizz tad-dar / Home address / Adresse du domicile

Email / Email / Courriel

Numru tat-telefon / Telephone number / Tél.

12.

Pajjiż tad-destinazzjoni għad-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE / Destination country for the EU Emergency Travel Document / Pays de destination pour le titre de voyage provisoire de l’UE

13.

Tip ta’ pajjiż tad-destinazzjoni / Type of destination country / Type de pays de destination

☐

Stat Membru tal-UE tan-nazzjonalità tal-applikant / applicant’s EU Member State of nationality / État membre de l’UE dont le demandeur a la nationalité

☐

Stat Membru tal-UE fejn jirrisjedi l-applikant (jekk mhux l-istess bħall-Istat Membru tan-nazzjonalità) / applicant’s EU Member State of residence (if not identical with Member State of nationality) / État membre de l’UE dans lequel réside le demandeur (si différent de celui dont il a la nationalité)

☐

ieħor (speċifika r-raġuni ta’ din id-destinazzjoni) / other (specify the reason for this destination) / autre (veuillez préciser la raison de cette destination)

14.

Pajjiżi ta’ tranżitu bejn il-pajjiż tat-tluq u l-pajjiż tad-destinazzjoni indikat taħt il-punt 13, skont ir-rotta ppjanata / Countries of transit between the departure country and the destination country indicated under point 13, reflecting the planned route / Pays de transit entre le pays de départ et le pays de destination indiqué au point 13, conformément à l’itinéraire prévu

15.

Durata mistennija tal-vjaġġ, skont ir-rotta ppjanata (f’jiem) / Expected duration of the journey, reflecting the planned route (in days) / Durée prévue du voyage, conformément à l’itinéraire prévu (en jours)

Jekk disponibbli, l-informazzjoni li ġejja / If available, the following information / Les informations suivantes, si elles sont disponibles

16.

Tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar sostitwit / Type of travel document replaced / Type de titre de voyage remplacé

17.

Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar sostitwit / Number of the travel document replaced / Numéro du titre de voyage remplacé

18.

Data tal-ħruġ (JJ XX SSSS) / Date of issue (DD MM YYYY) / Date de délivrance (JJ MM AAAA)

19.

Data ta’ skadenza (JJ XX SSSS) / Date of expiry (DD MM YYYY) / Date d’expiration (JJ MM AAAA)

20.

Maħruġ minn (pajjiż) / Issued by (country) / Délivré par (pays)

21.

Meta l-applikant ikollu inqas minn 18-il sena, l-informazzjoni li ġejja dwar il-ġenitur/it-tutur legali: Il-kunjom, l-isem, in-nazzjonalità, l-indirizz (jekk differenti minn dak tal-applikant), in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika (tista’ tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali) / Where the applicant is under the age of 18, the following information on the parent/legal guardian: Surname, first name, nationality, address (if different from applicant’s), telephone number and email address (additional information may be required) / Si le demandeur a moins de 18 ans, les informations suivantes sur le parent/tuteur légal (nom, prénom, nationalité, adresse (si différente de celle du demandeur), numéro de téléphone et courriel (des informations complémentaires peuvent être requises).

Informazzjoni għall-applikant (jew il-ġenitur/it-tutur legali) / Information for the applicant (or parent/legal guardian) / Informations destinées au demandeur (ou au parent/tuteur légal)

Bil-firma tiegħi ta’ din l-applikazzjoni, niddikjara li jiena naf li rrid inrodd lura d-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE lill-awtoritajiet ladarba nkun wasalt fid-destinazzjoni finali tiegħi skont l-informazzjoni li nirċievi mal-ħruġ tad-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE. Id-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE jenħtieġ li jintradd lura lill-awtoritajiet maħtura mill-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħi. Dawn jistgħu jinkludu:

—

l-awtorità tal-Istat Membru tal-UE tan-nazzjonalità tiegħi responsabbli għall-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar bħall-passaporti;

—

ambaxxata/konsolat tal-Istat Membru tal-UE tan-nazzjonalità tiegħi;

—

uffiċjali tal-fruntiera tal-Istat Membru tal-UE tan-nazzjonalità.

Il-ġbir tad-data personali inkluża f’din il-formola ta’ applikazzjoni u kwalunkwe mezz ta’ identifikazzjoni disponibbli bħal karta tal-identità jew liċenzja tas-sewqan, u t-teħid tar-ritratt tiegħi, huma meħtieġa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għal Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE. Kwalunkwe data personali li tirrigwardani li tidher fuq il-formola ta’ applikazzjoni u kwalunkwe mezz ta’ identifikazzjoni bħal karta tal-identità jew liċenzja tas-sewqan, kif ukoll ir-ritratt tiegħi, tista’ tingħata lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tal-UE tan-nazzjonalità tiegħi u tiġi pproċessata minn dawn l-awtoritajiet, kif ukoll l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jassisti, għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE.

L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità jżommu tali data personali għal kemm ikun hemm bżonn biss, inkluż il-ġbir ta’ kwalunkwe tariffa applikabbli. Fl-ebda każ dik id-data personali ma tinżamm għal aktar minn 180 jum mill-Istat Membru li jassisti jew aktar minn sentejn mill-Istat Membru tan-nazzjonalità.

F’konformità mar-Regolament Ġenerali tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679, l-awtoritajiet konsulari tal-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità jaġixxu bħala kontrolluri fir-rigward tad-data personali inkluż f’din il-formola. Naf li nista’ nindirizza t-talbiet għall-eżerċitar tad-drittijiet tiegħi skont dak ir-Regolament lil dawk il-kontrolluri.

Niddikjara li sa fejn naf jien, l-informazzjoni kollha li tajt hija korretta u kompluta. Naf li kwalunkwe dikjarazzjoni mhux minnha tista’ twassal sabiex l-applikazzjoni tiegħi tiġi miċħuda jew sabiex jiġi annullat id-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE. Minħabba f’hekk jaf ukoll jittieħdu passi legali kontrija skont il-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittratta l-applikazzjoni.

By signing this application, I declare that I am aware that I need to return the EU Emergency Travel Document to the authorities once I have reached my final destination in line with the information that I receive upon issuance of the EU Emergency Travel Document. The EU Emergency Travel Document should be returned to the authorities designated by my Member State of nationality. These may include:

—

the authority of my EU Member State of nationality responsible for issuing travel documents such as passports;

—

an embassy/consulate of my EU Member State of nationality;

—

border officials of the EU Member State of nationality.

The collection of personal data included in this application form and any available means of identification such as an identity card or driving licence, and the taking of my photograph, are necessary for the processing of the application for an EU Emergency Travel Document. Any personal data concerning me that appears on the application form and any available means of identification such as an identity card or driving licence, as well as my photograph, may be provided to the relevant authorities of my EU Member State of nationality and processed by those authorities, as well as the authorities of the assisting EU Member State, for the purposes of issuing an EU Emergency Travel Document.

The assisting Member State and the Member State of nationality will retain such personal data only for as long as necessary, including for the collection of any applicable fees. In no case will that personal data be retained longer than 180 days by the assisting Member State or longer than two years by the Member State of nationality.

In accordance with the EU’s General Data Protection Regulation (UE) 2016/679, the consular authorities of the assisting Member State and the Member State of nationality act as controllers regarding the personal data including on this form. I am aware that I can address requests for the exercise of my rights under that Regulation to those controllers.

I declare that to the best of my knowledge all information provided by me is correct and complete. I am aware that any false statements may lead to my application being rejected or to the annulment of an EU Emergency Travel Document already issued. It may also render me liable to prosecution under the law of the Member State handling the application.

En signant la présente demande, je déclare savoir que j’ai l’obligation de restituer le titre de voyage provisoire de l’UE aux autorités dès mon arrivée à ma destination finale, conformément aux informations que j’ai reçues au moment de sa délivrance . Le titre de voyage provisoire de l’UE doit être restitué aux autorités désignées par l’État membre dont j’ai la nationalité. Il peut s’agir:

—

de l’autorité de l’État membre de l’UE dont j’ai la nationalité qui est chargée de la délivrance de titres de voyage tels que les passeports;

—

d’une ambassade ou d’un consulat de l’État membre de l’UE dont j’ai la nationalité;

—

des gardes-frontières de l’État membre de l’UE dont j’ai la nationalité.

Il est nécessaire, aux fins du traitement de la demande de titre de voyage provisoire de l’UE, de collecter les données à caractère personnel figurant dans le présent formulaire de demande et sur tous les moyens d’identification disponibles, par exemple la carte d’identité ou le permis de conduire, ainsi que de me photographier. Toutes les données à caractère personnel me concernant figurant dans le formulaire de demande et sur tous les moyens d’identification disponibles, par exemple la carte d’identité ou le permis de conduire, ainsi que ma photo, peuvent être transmises aux autorités compétentes de l’État membre de l’UE dont j’ai la nationalité et être traitées par ces autorités, ainsi que par les autorités de l’État membre de l’UE prêtant assistance aux fins de la délivrance du titre de voyage provisoire de l’UE.

L’État membre prêtant assistance et l’État membre dont j’ai la nationalité ne conserveront ces données à caractère personnel que le temps nécessaire, y compris aux fins de la perception de tous les frais applicables. Ces données ne seront en aucun cas conservées plus de 180 jours par l’État membre prêtant assistance et plus de deux ans par l’État membre dont j’ai la nationalité.

Conformément au règlement général de l’UE sur la protection des données [règlement (UE) 2016/679], les autorités consulaires de l’État membre prêtant assistance et l’État membre dont j’ai la nationalité agissent en qualité de responsables du traitement des données à caractère personnel, y compris celles figurant dans le présent formulaire. Les demandes relatives à l’exercice de mes droits peuvent leur être adressées conformément audit règlement.

Je déclare qu’à ma connaissance, toutes les indications que j’ai fournies sont correctes et complètes. Je suis informé(e) que toute fausse déclaration entraînera le rejet de ma demande ou l’annulation du titre de voyage provisoire de l’UE s’il a déjà été délivré, et peut entraîner des poursuites pénales à mon égard en application du droit de l’État membre qui traite la demande.

Post u data / Place and date / Lieu et date

Firma tal-applikant (jew tal-ġenitur/tat-tutur legali) / Signature of the applicant (or parent/legal guardian) / signature du demandeur (ou du parent/tuteur légal)

Għall-użu uffiċjali biss / For official use only / Partie réservée à l’administration

Data tal-applikazzjoni / Date of application / Date de la demande

Numru tal-applikazzjoni / Application number / Numéro de la demande

Applikazzjoni mressqa fi / Application lodged at / Demande introduite

☐

ambaxxata / embassy / ambassade

☐

konsolat / consulate / consulat

☐

awtorità oħra (speċifika) / other authority (specify) / autre autorité (veuillez préciser)

ta’ Stat Membru tal-UE / of EU Member State / d’État membre de l’UE

fi (pajjiż/belt) / in (country/city) / à/en/au/aux (nom du pays/de la ville)

Informazzjoni ta’ kuntatt / Contact information / Coordonnées de contact

Fajl trattat minn / File handled by / Responsable du dossier

Kunjom u isem/ismijiet / Surname and given name(s) / Nom et prénom(s)

Email / Email / Courriel

Numru tat-telefon / Telephone number / Tél.


ANNESS II

“3.8.   ASPETTI TAL-KONSENJA

Il-konsenja tal-ETDs tal-UE trid tkun regolata mill-Istat Membru li joħroġ il-kuntratt flimkien mal-produttur. Peress li ETDs tal-UE li jkunu lesti iżda għadhom mhux personalizzati jitqiesu bħala oġġetti ta’ sigurtà ta’ riskju għoli, it-trasport irid jkun tal-ogħla livell possibbli.

Trid issir valutazzjoni ġenerika tar-riskju, li tkun dokumentata għal kull tip ta’ trasport u kwalunkwe miżura ta’ sigurtà addizzjonali li tiġi vvalutata bħala neċessarja trid tiġi implimentata (pereż. vettura blindata, vettura ta’ akkumpanjament). Dawn il-valutazzjonijiet iridu jiġu rieżaminati kull meta jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi rilevanti.

L-attivitajiet kollha ta’ tagħbija u ħatt – inkluża l-konsenja lill-parti riċeventi – jridu jiġu mmonitorjati taħt kontroll doppju, jiġifieri, bl-involviment ta’ żewġ persuni jew aktar.

In-numri tas-serje tal-ETDs tal-UE li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati jridu jiġu pprovduti lill-Istat Membru li joħroġ il-kuntratt permezz ta’ mezzi elettroniċi qabel it-tluq.

L-istatus u l-pożizzjoni tal-vetturi li jġorru prodotti tal-istampar ta’ sigurtà jenħtieġ li jiġu ċċekkjati f’intervalli regolari matul it-trasport. Irid ikun hemm mill-anqas żewġ sistemi indipendenti li jiżguraw komunikazzjoni effettiva ma’ sħab esterni f’każ ta’ xi tfixkil matul it-trasport.

Kull irregolarità (pereż. in-nuqqas ta’ xi parti involuta li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti minimi tat-trasport, attakk fuq it-trasport jew it-telf għal xi raġuni matul it-trasport) trid tiġi rrappurtata minnufih lill-kumpanija produttriċi.

Ma jista’ jkun hemm ebda aċċess minn ġewwa l-kabina tas-sewwieq għall-prodotti soġġetti għal miżuri ta’ sigurtà, u l-kompartiment li fih il-prodotti jiġu ttrasportati jrid ikun magħmul mill-metall u magħluq kompletament (ebda vettura bil-ġnub jingħalqu b’għata tad-drapp) b’aċċess għat-tagħbija u għall-ħatt minn bieb li jissakkar. Iċ-ċwievet tas-serraturi ma jridux jinġarru fil-vettura.

Kwalunkwe kuntratt għall-konsenja ta’ formoli u stikers vojta ta’ ETD tal-UE jrid jipprevedi li kwalunkwe serq jew telf ta’ formoli u stikers uniformi vojta ta’ ETD tal-UE matul il-proċess tal-konsenja jiġi rrappurtat minnufih lill-Istat Membru li joħroġ il-kuntratt, inklużi n-numri tas-serje kkonċernati. L-Istati Membri li joħorġu l-kuntratt iridu jirrappurtaw tali serq jew telf fil-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu ta’ rapportar skont l-Artikolu 38(2)(k) tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).”.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1862/oj).


ANNESS III

“ Parti III

Il-mili u t-twaħħil ta’ stikers uniformi tad-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

1.   Il-mili tal-istikers uniformi tad-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-entrati li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-istiker uniformi tad-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE (ETD tal-UE):

1.1.

It-Taqsima “FOR ONE JOURNEY TO/POUR UN VOYAGE VERS”:

Din it-Taqsima tindika l-pajjiż tad-destinazzjoni li għalih jinħareġ l-ETD tal-UE.

Din it-Taqsima għandha timtela billi jintuża l-isem qasir bl-Ingliż kif stabbilit fit-Taqsima 7.1.1. u l-Anness A5 tal-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru emittenti jista’ jindika wkoll il-pajjiż tad-destinazzjoni b’lingwa/i uffiċjali oħra. Meta jintużaw lingwi differenti, għandhom jiġu sseparati bi żbarra (/) (pereżempju: Italy/Italie).

1.2.

It-Taqsima “VIA/VIA”:

Din it-Taqsima tista’ tindika kwalunkwe pajjiż ta’ tranżitu bejn il-pajjiż tat-tluq u dak tad-destinazzjoni, skont ir-rotta ppjanata.

Din it-Taqsima għandha timtela bl-użu tal-kodiċijiet bi tliet ittri kif stipulat fid-Dokument tal-ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni.

Meta jiġu indikati pajjiżi ta’ tranżitu multipli, għandhom jiġu sseparati bl-użu ta’ sing qasir (pereżempju: ESP-AUT). Għandhom jiġu indikati mhux aktar minn ħames pajjiżi ta’ tranżitu.

1.3.

It-Taqsima “NUMBER OF THE EU ETD FORM/Numéro DU FORMULAIRE TVP UE”:

Din it-Taqsima għandha timtela billi jimtela n-numru tal-formola uniformi tal-ETD tal-UE li magħha se titwaħħal l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE.

1.4.

It-Taqsima “ISSUING STATE/ÉTAT DE DÉLIVRANCE”:

Din it-Taqsima tindika l-Istat Membru li joħroġ l-ETD tal-UE.

Din it-Taqsima għandha timtela bl-użu tal-kodiċi bi tliet ittri kif stipulat fid-Dokument tal-ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni.

1.5.

It-Taqsima “ISSUED IN/DÉLIVRÉ À”:

Din it-Taqsima tindika l-post tal-awtorità emittenti.

Il-post għandu jiġu indikat bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Istat Membru emittenti jista’, skont il-prattika nazzjonali, jinkludi l-isem jew l-abbrevjazzjoni tal-awtorità emittenti.

1.6.

It-Taqsima “DATE OF ISSUE/Date de délivrance”:

Din it-Taqsima tindika d-data tal-ħruġ tal-ETD tal-UE.

Id-dati għandhom jinkitbu kif ġej:

—

żewġ ċifri għan-numru tal-jum, l-ewwel ċifra tkun żero jekk il-jum inkwistjoni jkun b’ċifra waħda;

—

spazju vojt;

—

żewġ ċifri għax-xahar, l-ewwel ċifra tkun żero jekk ix-xahar inkwistjoni jkun b’ċifra waħda;

—

spazju vojt;

—

erba’ ċifri għas-sena.

Pereżempju: 20 01 2018 = l-20 ta’ Jannar 2018.

1.7.

It-Taqsima “DATE OF EXPIRY/date d’expiration”:

Din it-Taqsima tindika d-data tal-iskadenza tal-ETD tal-UE.

Id-dati għandhom jinkitbu kif definit fil-punt 1.6 ta’ din il-Parti tal-Anness.

Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/997, ETD tal-UE għandu jkun validu għall-perjodu meħtieġ għat-tlestija tal-vjaġġ li għalih ikun inħareġ. Fil-kalkolu ta’ dak il-perjodu, irid jingħata biżżejjed żmien għal waqfiet neċessarji matul il-lejl u biex isiru l-konnessjonijiet tal-ivvjaġġar. Il-perjodu ta’ validità jrid jinkludi “perjodu ta’ konċessjoni” addizzjonali ta’ jumejn. Kif previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/997, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-validità ta’ ETD tal-UE ma għandhiex taqbeż 15-il jum kalendarju.

1.8.

It-Taqsima “SURNAME, GIVEN NAME/NOM, PRÉNOM”:

Din it-Taqsima tindika l-kunjom u l-isem/ismijiet tar-riċevent, f’dik l-ordni, u separati b’virgola waħda (,).

Din it-Taqsima għandha timtela bl-użu tal-konvenzjonijiet għall-kitba tal-ismijiet kif stipulat fid-Dokument tal-ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni.

Tista’ tintuża t-tieni linja biex takkomoda ismijiet twal. Kwalunkwe linja bħal din għandha tiġi inċiża b’tali mod li tiġi evitata interferenza mal-element ta’ identifikazzjoni diffrattiv ottikament varjabbli, mal-ispazju riżervat għaż-żieda possibbli ta’ barcode 2D komuni, jew mal-parti li tinqara mill-magni.

Jekk l-għadd ta’ karattri tal-kunjom u tal-isem jaqbeż l-għadd tal-ispazji disponibbli, il-karattri żejda għandhom jiġu sostitwiti b’punt (.).

1.9.

It-Taqsima “NATIONALITY/NATIONALITÉ”:

Din it-Taqsima tindika n-nazzjonalità tar-riċevent.

Din it-Taqsima għandha timtela bl-użu tal-kodiċijiet bi tliet ittri kif stipulat fid-Dokument tal-ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni.

1.10.

It-Taqsima “DATE OF BIRTH/DATE DE NAISSANCE”:

Din it-Taqsima tindika d-data tat-twelid tar-riċevent.

Id-dati għandhom jinkitbu kif definit fil-punt 1.6 ta’ din il-Parti tal-Anness.

1.11.

It-Taqsima “SEX/SEXE”:

Din it-Taqsima tindika s-sess tar-riċevent.

Din it-Taqsima għandha timtela skont id-Dokument tal-ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw minn magna, il-parti 6.

1.12.

It-Taqsima “REMARKS/Observations”:

Din it-Taqsima għandha tintuża mill-awtorità emittenti sabiex tindika kull informazzjoni neċessarja oħra, pereżempju t-tip u n-numru tad-dokument sostitwit.

Jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli, id-dokument sostitwit għandu jiġi indikat bl-użu tal-kodiċi tad-dokument b’żewġ ittri kif stipulat fid-Dokument tal-ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni segwit min-numru tad-dokument (pereż. PP123456789).

Jekk l-għadd ta’ karattri tal-kunjom u tal-isem ikun qabeż l-għadd tal-ispazji disponibbli fit-Taqsima “SURNAME, GIVEN NAME/NOM, PRÉNOM”, il-karattri żejda għandhom jiġu indikati wara punt (.).

Jekk l-ETD tal-UE jinħareġ lil minuri, din it-Taqsima tista’ tintuża wkoll biex tindika l-isem u r-relazzjoni tal-adult li jakkumpanja lill-minuri, pereżempju fil-format li ġej:

“Accompanied by [kunjom, isem] ([indika r-relazzjoni, pereż. ‘mother’, ‘father’, eċċ.])”, jiġifieri “Accompanied by Eriksson, Anna Maria (mother)”.

L-informazzjoni għandha tiddaħħal bl-Ingliż jew inkella bil-Franċiż.

1.13.

Daqs tat-tipa

L-entrati tal-parti ta’ spezzjoni viżwali jenħtieġ li jimtlew bl-użu ta’ daqs tat-tipa ta’ mill-inqas 1,8 mm (meta titkejjel l-ittra “E”). Ma għandhomx jiġu stampati b’daqs tat-tipa ta’ inqas minn 1,6 mm.

1.14.

Taqsima għall-immaġni tal-wiċċ:

Ir-ritratt tad-detentur tal-ETD tal-UE, bil-kulur, għandu jiġi integrat fl-ispazju riżervat għal dak l-għan fuq l-istiker tal-ETD tal-UE skont id-Dokument tal-ICAO 9303 dwar dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni, il-parti 6, u r-rapport tekniku dwar il-kwalità tar-ritratti tal-wiċċ mill-viċin.

Għall-kwalità tar-ritratt tal-wiċċ mill-viċin japplika r-rapport tekniku dwar il-kwalità tar-ritratti tal-wiċċ mill-viċin (Immaġnijiet tal-Uċuħ ta’ Referenza tal-MRTD), il-verżjoni 1.0 ta’ April 2018 (1).

1.15.

Il-parti li tinqara mill-magni (MRZ, Machine-readable zone):

L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti li tinqara mill-magni f’konformità mad-Dokument tal-ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni, il-parti 6, u għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fid-Dokument tal-ICAO 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jinqraw mill-magni, il-parti 3.

Barra minn hekk il-pożizzjonijiet li ġejjin għandhom jimtlew kif ġej:

Pożizzjonijiet

tal-karattri

tal-MRZ

(linja 1)

Element tad-data

Speċifikazzjonijiet

1-2

Kodiċi tad-dokument

Il-karattri “PU” għandhom jintużaw biex id-dokument ikun indikat bħala dokument provviżorju tal-ivvjaġġar fuq folja waħda bl-MRZ (2).

MRZ

character

positions

(line 2)

Data element

Specifications

1-9

Numru tad-dokument

Għandhom jintużaw il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri tal-Istat Membru emittenti kif stabbilit fid-Dokument tal-ICAO 9303 u n-numru b’seba’ ċifri stampati minn qabel fuq l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE.

29-35

Elementi tad-data fakultattivi

Għandu jintuża n-numru tal-formola uniformi tal-ETD tal-UE.

2.   It-twaħħil tal-istiker uniformi tal-ETD tal-UE

2.1.

L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha titwaħħal b’mod sigur fuq it-tieni paġna tal-formola uniformi tal-ETD tal-UE b’tali mod li ma tkunx tista’ tinqala’ faċilment.

2.2.

L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha tkun allinjata u mwaħħla mat-tarf tal-paġna. Il-parti tal-istiker uniformi tal-ETD tal-UE li tinqara mill-magni għandha tkun allinjata mat-tarf ta’ barra tal-paġna.

2.3.

It-timbru tal-awtoritajiet emittenti għandu jitqiegħed fuq l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE b’tali mod li joħroġ fuq il-paġna.”

(1)   https://www.icao.int/Security/FAL/TRIP/Documents/TR%20-%20Portrait%20Quality%20v1.0.pdf.

(2)  Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1986 tas-6 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 fir-rigward tal-parti li tinqara bil-magna tad-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE (ĠU L, 2024/1986, 16.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2024/1986/oj).


ANNESS IV

“ Parti IV

Regoli dwar korpi differenti li għandhom ir-responsabbiltà li jipproduċu formoli u stikers uniformi tal-ETD tal-UE

1.   Korpi maħtura mill-Istati Membri

F’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2019/997, l-Istati Membri kkomunikaw il-korpi li ġejjin bħala li jipproduċu l-formoli u l-istikers uniformi tal-ETD tal-UE tagħhom:

(1)

Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato S.p.A.

Maħtur minn: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja.

(2)

Imprensa Nacional – Casa da Moeda, S. A.

Maħtur minn: Il-Portugall.

(3)

IN Group

Maħtur minn: Franza (1).

2.   Firxiet tan-numerazzjoni assenjati lill-korpi maħtura differenti għall-produzzjoni tal-formoli tal-ETD tal-UE

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp li jkunu ħatru bħala responsabbli għall-produzzjoni tal-formoli u l-istikers uniformi tal-ETD tal-UE tagħhom, meta jistampa minn qabel in-numru b’seba’ ċifri fuq il-formoli tal-ETD tal-UE, ma joħroġx barra mill-firxiet tan-numerazzjoni li ġejjin:

(1)

Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato S.p.A.: 0 000 000 – 6 999 999;

(2)

Imprensa Nacional – Casa da Moeda, S. A.: 7 000 000 – 7 499 999;

(3)

IN Group: 7 500 000 – 8 999 999.

Il-firxa ta’ numerazzjoni 9 000 000 – 9 999 999 għandha tiġi riżervata għall-użu fil-ġejjieni.”


(1)  Franza infurmat lill-Kummissjoni li, jekk ikun hemm bżonn, tibdel il-korp maħtur tagħha għal Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato S.p.A.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2662/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)