22003D0113



Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0030 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 113/2003

tas-26 ta' Settembru 2003

li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 46/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni Nru 187 tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-kampjun tal-formoli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 111 u E 111B) [2], għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 3.62 (Id-Deċiżjoni Nru 186) ta' l-Anness VI tal-Ftehim:

"3.63. 32003 D 0251: Id-Deċiżjoni Nru 187 tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-kampjun tal-formoli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 111 u E 111B) (ĠU L 93, ta' l-10.4.2003, p. 40)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 187 fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett fis-27 ta' Settembru 2003, basta li n-notifiki kolha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 16.

[2] ĠU L 93, ta' l-10.4.2003, p. 40.

[3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hija indikata.

--------------------------------------------------