31976R3227



Official Journal L 363 , 31/12/1976 P. 0001 - 0057
Greek special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0148
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0172
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 2 P. 0172
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0110
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0110


Regolament tal-kummissjoni (EURATOM) Nru 3227/76

tad-19 ta’ Ottubru 1976

li jikkonċerna l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar salvagwardji ta’ l-Euratom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikoli 77, 78, 79 u 81 tiegħu,

Wara li kunsidrat l-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi ir-Regolament Nru 7 tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika stabbilixxa l-proċeduri ta’ implementazzjoni għad-dikjarazzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 78 tat-Trattat [1],

Billi r-Regolament Nru 8 [2] tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika definixxa n-natura u l-limitu tal-ħtiġijiet msemmija fl-Artikolu 79 tat-Trattat;

Billi, minħabba ż-żieda fil-kwantitajiet ta’ materji nukleari prodotti, użati u trasportati fil-Komunità u l-iżvilupp kummerċjali f’dawn il-materji, huwa essenzjali, biex tkun żgurata l-effettività tas-salvagwardji, li in-natura u l-limitu tal-ħtiġijiet li msemmija fl-Artikolu 79 tat-Trattat u stabbiliti fir-Regolament Nru 8 msemmi hawn fuq, ikunu definiti u aġġornati fid-dawl ta’ esperjenza b’mod partikolari fir-rigward ta’ trasport ta’, jew kummerċ f’dawn il-materji;

Billi, barra dan, ir-Renju tal-Belġju, r-Renju tad-Danimarka, r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, r-Repubblika Taljana, l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, r-Renju ta’ l-Olanda u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) ikkonkludew fil-5 ta’ April 1973 Ftehim (minn hawn il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim") ma’ l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika biex jimplementaw l-Artikolu III (1) u (4) tat-Trattat dwar in-nuqqas ta’ tixrid armi nukleari;

Billi l-Ftehim fih impenn partikolari li daħlet għalih il-Komunità li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ salvagwardji fuq egħjun u materji speċjali fissili fuq it-territorji ta’ l-Istati Membri tal-Komunit fissili li m’għandhomx armi nukleari tagħhom u li huma partijiet tat-Trattat dwar in-nuqqas ta’ tixrid ta’ armi nukleari u, flimkien mal-Komunità, tal-Ftehim iffirmat fil-5 ta’ April 1973 ma’ l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika (minn hawn "il quddiem imsejħin ‘l-Istati Membri partijiet tal-Ftehim");

Billi l-implimentazzjoni ta’ dan l-impenn jeħtieġ l-istabbiliment ta’ proċeduri partikolari għall-applikazzjoni ta’ salvagwardji fuq it-territorji ta’ l-Istati Membri li huma partijiet ta’ dan il-Ftehim sabiex iwessgħu id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti Nru 7 u Nru 8 msemmija iktar qabel;

Billi, barra dan, il-proċeduri previsti minn dan il-Ftehim huma skond dawk maħsuba matul medda wiesa’ ħafna ta’ negozjati internazzjonali mmezzija, minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 4 ta’ l Artikolu III tat-Trattat dwar in-nuqqas ta’ tixrid ta’ armi nukleari, ma’ l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika, li r-riżultat tagħhom kien approvat mill-Bord tal-Gvernaturi ta’ dik l-organizzazzjoni, u li dawn il-proċeduri huma bażati fuq l-iktar żviluppi moderni fil-qasam tas-salvagwardji;

Billi, għalhekk, huwa f’waqtu li jkunu definiti proċeduri ġodda għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu VII tat-Trattat;

Billi l-Komunità, r-Renju Unit u l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika kienu firmaw fis-6 ta’ Settembru 1976 Ftehim li jinkludi impenn partikolari li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ salvagwardji għal sorsi u materji speċjali fissili fuq it-territorju tar-Renju Unit;

Billi huwa xieraq li jsiru arranġamenti għal disposizzjonijiet partikolari dwar is-sistema ta’ kontabilità u ta’ prezentazzjoni ta’ dokumenti li jikkonċernaw minerali;

Billi, fit-territorji ta’ l-Istati Membri mhux partijiet tal-Ftehim, xi stallazzjonijiet jew partijiet minnhom kif ukoll ċerti materji huma suġġetti li jkunu involuti fiċ-ċiklu ta’ produzzjoni għal ħtiġijiet ta’ difiża, huwa għalhekk xieraq li jkunu speċifikati proċeduri parikolari ta’ salvagwardji biex jikkunsidraw dawn iċ-ċirkustanzi;

Billi, f’ġieħ iċ-ċarezza, u b’mod partikolari biex ir-Regolamenti ta’ salvagwardja jkunu osservati minn dawk ikkonċernati, huwa xieraq li dawn ir-Regolamenti jkunu kodifikati f’test wieħed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

KARATTERISTIĊI TEKNIĊI BAŻIĊI U DISPOSIZZJONIJIET PARTIKOLARI TA’ SALVAGWARDJA

DIKJARAZZJONI TA’ KARATTERISTIĊI TEKNIĊI

Artikolu 1

Kull persuna jew impriża li twaqqaf jew topera stallazzjoni għall-produzzjoni, separazzjoni jew użu ieħor ta’ materji primi jew materji speċjali fissili jew għall-ipproċessar ta’ karburanti nukleari irradjati għandu jiddikjara lill-Kummissjoni l-karatteristiċi tekniċi bażiċi ta’ l-istallazzjoni, fuq il-bażi tal-kwestjonarju relevanti mogħti fl-Anness I ma’ dan.

Kull persuna jew impriża responsabbli għall-ħażna ta’ materji primi jew materji speċjali fissili għandha tkun soġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ l-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

Fejn il-karatteristiċi tekniċi bażiċi ta’ stallazzjoni kienu diġa ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni, d-dikjarazzjonijiet speċifikati fl-imsemmi l-Artikolu 1 jistgħu jsiru b’referenza għal dawn il-komunikazzjonijiet ta’ qabel, sakemm xi informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-kwestjonarju msemmi fl-Artikolu 1 tkun mogħtija fi żmien 30 jum mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

Il-karatteristiċi tekniċi bażiċi ta’ stallazzjonijiet ġodda għandhom ikunu dikjarati kif stabbilit fl-Artikolu 1 minn ta’ l-inqas 45 jum qabel l-ewwel kunsinna ta’ materja nukleari tkun dovuta li tasal.

Artikolu 3

Id-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jispeċifikaw dawk il-bidliet importanti fil-karatteristiċi tekniċi bażiċi li għalihom tkun meħtieġa notifika bil-quddiem.

Kwalunkwe bidliet oħra fil-karatteristiċi tekniċi bażiċi għandhom ikunu komunikati lill-Kummissjoni, flimkien ma’ l-ewwel rapport dwar bidliet fl-inventarju magħmul wara li l-modifikazzjoni tkun saret.

Artikolu 4

Wara li tirċievi talba raġunata, l-Kummissjoni tista’ tippermetti iktar ħin għat-tlestija tad-dikjarazzjonijiet meħtieġa fl-Artikoli preċedenti.

Artikolu 5

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 m’għandhomx japplikaw għal persuni jew impriżi li jkollhom biss materji nukleari eżenti mil-ħtiġijiet tad-dikjarazzjonijiet kif provdut fl-Artikolu 22.

PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET

Artikolu 6

Il-persuni jew impriżi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ukoll jikkomunikaw lill-Kummissjoni, għall-ippjanar ta’ l-attivitajiet ta’ salvagwardja tagħha, l-informazzjoni li ġejja:

(a) kull sena, abbozz ta’ programm ta’ attivitajiet magħmul skond id-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7, bl-ewwel komunikazzjoni ssir fuq il-bażi tal-linji gwida mogħtija fl-Anness X, fl-istess ħin bħal dak tal-karatteristiċi tekniċi bażiċi msemmija fl-Artikolu 1;

(b) għall-inqas 40 jum qabel jittieħed inventarju fiżiku, il-programm għal dan ix-xogħol;

(ċ) għall-inqas 40 jum qabel jibda l-għeluq ta’ reattur batch-loaded biex jerġa’ jitgħabba, il-programm dwar dan l-għeluq sakemm ipprovdut xort’oħra fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7.

Kull bidla li teffettwa programmi għat-teħid ta’ inventarji fiżiċi jew għall-għeluq ta’ reatturi biex jerġgħu jitgħabbew għandha tkun komunikata lill-Kummissjoni bla dewmien.

DISPOSIZZJONIJIET PARTIKOLARI TA’ SALVAGWARDJA

Artikolu 7

Billi taġixxi fuq id-dikjarazzjonijiet tal-karatteristiċi tekniċi bażiċi u fuq l-informazzjoni komunikata skond l-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tispeċifika fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" l-proċeduri li bihom il-persuni jew impriżi konċernati għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet fir-rigward tas-salvagwardji imposti fuqhom. Fost l-oħrajn dawn il-proċeduri għandhom jinkludu:

(a) id-deskrizzjoni taż-żoni ta’ bilanċ ta’ materji u s-selezzjoni ta’ dawk il-punti strateġiċi li huma punti ta’ kejl ewlenin għad-determinazzjoni taċ-ċaċliq u ħażniet ta’ materji nukleari;

(b) il-proċeduri biex jinżammu rekord(s) ta’ materji nukleari għal kull żona ta’ bilanċ ta’ materji u biex isiru rapporti;

(ċ) il-frekwenza ta’ u l-proċeduri biex isiru inventarji fiżiċi għal finijiet ta’ kontabilità bħala parti mill-miżuri ta’ salvagwardja;

(d) miżuri ta’ trażżin u sorveljanza, skond il-modalitajiet miftiehma ma’ l-operaturi ta’ l-impjant;

(e) li jittieħdu kampjuni mill-operaturi ta’ l-impjant biss għal finijiet ta’ salvagwardja.

Id-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" għandhom ukoll jistabbilixxu l-kontenut ta’ komunikazzjoni sussegwenti meħtieġa taħt l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll il-kondizzjonijiet li jirrekjedu notifika bil-quddiem ta’ ġarr u twassil ta’ materja nukleari.

Il-Kummissjoni għandha tħallas lura lill-persuna jew impriża konċernata l-ispejjeż ta’ dawk is-servizzi speċjali li hemm ipprovdut għalihom fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja", jew li huma provduti minħabba talba speċjali lill-Kummissjoni jew lill-ispetturi u fuq il-bażi ta’ stima miftiehma. Il-limitu u l-modalità tal-ħlas lura għandhom ikunu fissati bejn il-partijiet konċernati u għandhom ikunu riveduti perjodikament kif meħtieġ.

Artikolu 8

Id-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7 għandhom isiru permezz ta’ deċiżjoni individwali tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-persuna jew impriża konċernata u l-Istat Membru xieraq.

Il-persuna jew impriża effettwata minn kwalunkwe deċiżjoni individwali tal-Kummissjoni għandha tkun notifikata biha, u kopja ta’ din in-notifika għandha tintbagħat lill-Istat Membru konċernat.

PARTI II

SISTEMA TA’ KONTABILITÀ

Artikolu 9

Il-persuni u l-impriżi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom iżommu sistema ta’ kontabilità għal u kontroll ta’ materji nukleari. Din is-sistema għandha tinkludi rekords ta’ kontabilità u ta’ operazzjoni u, b’mod partikolari, informazzjoni dwar il-kwantitajiet, natura, għamla u komposizzjoni ta’ dawn il-materji skond il-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 21, il-lokazzjoni attwali tagħhom, l-obbligazzjoni ta’ salvagwardja partikolari, u l-mod kif il-persuni jew impriżi konċernati kienu qalu li huma intenzjonati li jużaw dawn il-materji, skond id-deċiżjonijiet tagħhom stess, kif ukoll il-konsenjatur u d-destinatarju ta’ dawn il-materji meta jkunu trasferiti.

Is-sistema ta’ kejl li fuqha r-rekords huma bażati għandha tikkomforma ma’ l-iktar standards internazzjonali reċenti jew għandha tkun ekwivalenti fil-kwalità ma’ dawk l-i standards. Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rekords għandu jkun possibbli li jkunu stabbiliti u ġustifikati l-komunikazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni fl-għamla u fl-intervalli stabbiliti fl-Artikoli 12 sa’ 21. Rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin.

REKORDS TA’ KONTABILITÀ

Artikolu 10

Ir-rekords ta’ kontabilità għandhom juru għal kull żona ta’ bilanċ materjali:

(a) kull bidla fl-inventarju, biex tippermetti li f’kull ħin ikun stabbilit l-inventarju fil-kotba;

(b) ir-riżultati kollha ta’ kejl u għadd li huma wżati biex ikun stabbilit l-inventarju fiżiku;

(ċ) il-korrezzjonijiet kollha li saru fir-rigward ta’ bidliet fl-inventarju, l-inventarji fil-kotba u l-inventarji fiżiċi.

Għal kull bidla fl-inventarju u fl-inventarji fiżiċi r-rekords ta’ kontabilità għandhom juru, għal kull grupp ta’ materja nukleari, identifikazzjoni ta’ materja, data tal-grupp u data tas-sors. Dawn ir-rekords għandhom iżommu kont separat għal uranju, torju u plutonju f’kull grupp ta’ materja nukleari. Barra minn hekk għal kull bidla fl-inventarju, id-data tal-bidla fl-inventarju u, fejn xieraq, iż-żona ta’ bilanċ materjali minn fejn jintbagħat u ż-żona ta’ bilanċ materjali fejn ikun riċevut jew ir-riċevitur, għandhom ikunu indikati.

REKORDS TA’ OPERAZZJONI

Artikolu 11

Ir-rekords ta’ operazzjoni għandhom jinkludu, jekk xieraq, għal kull żona ta’ bilanċ ta’ materja:

(a) dik id-data ta’ operazzjoni li hi wżata biex ikunu stabbiliti bidliet fil-kwantitajiet u komposizzjoni tal-materja nukleari;

(b) id-data miksuba mill-kalibrar ta’ tankijiet u strumenti u minn kampjuni u analiżi, l-proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità ta’ kejl u l-estimi meħuda ta’ żbalji saltwarji u sistematiċi;

(ċ) deskrizzjoni tas-segwenza ta’ azzjonijiet meħuda fi preparazzjoni għal, u waqt li jittieħed, inventarju fiżiku biex ikun żgurat li huwa korrett u komplut;

(d) deskrizzjoni ta’ l-azzjonijiet meħuda biex tkun aċċertata l-kawża u l-kobor ta’ kwalunkwe telf aċċidentali jew mhux imkejjel li seta’ seħħ.

RAPPORTI TA’ KONTABILITÀ U RAPPORTI SPEĊJALI

Artikolu 12

Il-persuni u impriżi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapporti ta’ kontabilità u, meta xieraq, rapporti speċjali.

Ir-rapporti ta’ kontabilità għandhom juru l-informazzjoni disponibbli fid-data tar-rapport u jridu jkunu korreġuti f’data iktar tard jekk meħtieġ.

Fuq talba raġunata mill-Kummissjoni, aktar dettalji u spjegazzjonijiet dwar dawn ir-rapporti għandhom ikunu fornuti normalment fi żmien tliet ġimgħat minn dik it-talba.

Inventarju inizjali

Artikolu 13

Il-persuni u impriżi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni inventarju tal-kotba inizjali tal-materji nukleari kollha li għal kwalunkwe raġuni għandhom fil-pussess tagħhom fi żmien 15-il jum mill-aħħar tax-xahar li fih dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Dan l-inventarju għandu jiddeskrivi s-sitwazzjoni fl-aħħar jum tax-xahar. Il-formola murija fl-Anness IV ma’ dan ir-Regolament għandha tintuża għal dan il-għan.

Rapport dwar bidla fl-inventarju

Artikolu 14

Għal kull żona ta’ bilanċ ta’ materja, l-persuni u impriżi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni rapporti ta’ bidliet fl-inventarju għall-materji nukleari kollha skond il-kampjun muri fl-Anness II. Ir-rapporti għandhom jidentifikaw il-materji u jagħtu data dwar il-grupp tagħhom, id-data tal-bidla fl-inventarju u, meta xieraq, il-bilanċ ta’ materja fl-arja minn fejn tintbagħat u ż-żona ta’ bilanċ ta’ materja fejn tkun riċevuta jew ir-riċevitur.

Ir-rapporti dwar trasferimenti għandhom ukoll jindikaw għal wasliet l-użu intenzjonat, skond l-Artikolu 9, u għal kunsinni l-użu li sar mill-materji nukleari fl-istallazzjoni li qiegħda tirrapporta. Ħlief fejn hu definit xort’oħra fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7, l-ebda dikjarazzjoni ta’ użu ma hija mandatorja għal trasferimenti bejn żoni ta’ bilanċ ta’ materja differenti ta’ l-istess installazzjoni.

Dawn ir-rapporti li juru bidliet fl-inventarju, inventarji fil-kotba u korrezzjonijiet għandhom jintbagħtu mill-iktar fis possibbli u, f’kull każ, fi żmien 15-il jum wara l-aħħar tax-xahar li fih isiru jew ikunu magħrufa l-bidliet fl-inventarju, kemm perjodikament f’lista konsolidata kif ukoll individwalment. Għax-xhur li fihom ma jsiru l-ebda bidliet, il-persuni jew impriżi konċernati jistgħu sempliċiment jibagħtu l-formola maħsuba għar-rapport ta’ bidla fl-inventarju li jkun fiha l-indikazzjoni li s-sitwazzjoni ma nbidlitx. Bidliet żgħar fl-inventarju, bħal trasferimenti ta’ kampjuni għal għanijiet ta’ analiżi, jistgħu jinġabru fi grupp, kif stabbilit fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7 għall-installazzjoni kkonċernata, sabiex ikunu jiġu rapportati bħala bidla waħda fl-inventarju.

Artikolu 15

Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 14 għandhom ikunu akkumpanjati minn noti konċiżi:

(a) li jispjegaw il-bidliet fl-inventarju fuq il-bażi tad-data ta’ operazzjoni li tinsab fir-rekords ta’ l-operazzjoni pprovduta fl-Artikolu 11(a) ta’ dan ir-Regolament;

(b) li jiddeskrivu kif speċifikat fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7, il-programm ta’ operazzjoni pjanat għall-istallazzjoni kkonċernata u, b’mod partikolari, it-teħid ta’ inventarju fiżiku.

Jekk l-informazzjoni meħtieġa tinsab f’dokumenti li diġa jeżistu, kopji ta’ tali dokumenti jistgħu jieħdu post in-noti konċiżi.

Rapport ta’ bilanċ ta’ materja u elenkar ta’ inventarju fiżiku

Artikolu 16

Għal kull żona ta’ bilanċ ta’ materja, il-persuni u impriżi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, skond il-kampjun stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, rapporti ta’ bilanċ ta’ materja li juru:

(a) l-inventarju fiżiku tal-bidu;

(b) il-bidliet fl-inventarju (l-ewwel żidiet, mbagħad it-tnaqqis);

(ċ) it-tmiem ta’ l-inventarju fil-kotba;

(d) it-tmiem ta’ l-inventarju fiżiku;

(e) materja mitlufa.

Inventarju fiżiku, skond il-kampjun stabbilit fl-Anness IV, li jelenka kull grupp separatament billi jagħti, inter alia, identifikazzjoni tal-materji u jagħti data tal-grupp għal kull grupp tiegħu u l-użu, skond l-Artikolu 9, li l-persuni jew impriżi konċernati huma intenzjonati li jagħmlu mill-materji, għandu jinhemeż ma kull rapport dwar bilanċ ta’ materja.

Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkun ittieħed inventarju fiżiku, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7.

Rapporti speċjali

Artikolu 17

Il-persuni u impriżi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport speċjali kull meta jinqalgħu ċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikoli 18 u 27.

It-tip ta’ informazzjoni li għandha tkun ittrattata f’tali rapporti għandha tkun speċifikata fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7.

Ir-rapporti speċjali u dettalji jew spjegazzjonijiet addizzjonali li jistgħu jiġu mitluba mill-Kummissjoni dwar dawn ir-rapporti għandha tkun mogħtija bla dewmien.

Artikolu 18

Rapport speċjali għandu jitħejja mingħajr dewmien:

(a) jekk, b’riżultat ta’ xi aċċident jew ċirkustanzi mhux tas-soltu, ikun maħsub li kien hemm jew seta’ kien hemm telf ta’ materja nukleari iktar mil-limiti speċifikati għal dawn l-għanijiet fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7; jew

(b) jekk il-kontroll inbidel bla mistenni minn dak speċifikat fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7, sa punt fejn fejn materja nukleari setgħet tinġarr bla awtorità.

L-obbligazzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom jaqgħu fuq il-persuni u impriżi konċernati hekk kif isiru jafu b’tali telf jew bidla għal għarrieda fil-kondizzjonijiet ta’ kontroll, jew b’xi ħaġa li twassalhom biex jaħsbu li ġrat okkorrenza bħal din. Dawn il-kawżi għandhom ikunu dikjarati hekk kif isiru magħrufa.

Regoli dettaljati ta’ applikazzjoni

Artikolu 19

Fir-rigward ta’ reatturi, l-obbligazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 sa 16 għandhom japplikaw taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin.

Sakemm jirrigwardaw trasformazzjonijiet nukleari, data kalkulata trid tiġi rapportata fir-rapport ta’ bidla fl-inventarju sa mhux iktar tard minn meta karburant irradjat ikun ittrasferit miż-żona ta’ bilanċ ta’ materja tar-reattur. Barra dan, fejn xieraq, proċeduri oħra biex ikunu rekordjati u rapportati trasformazzjonijiet nukleari għandhom ikunu speċifikati fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 20

Materji nukleari soġġetti għal obbligazzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja miftiehma mill-Komunità fi Ftehim konkluż ma’ Stat mhux Membru jew organizzazzjoni internazzjonali għandhom, sakemm mhux stipulat xort’oħra b’tali Ftehim, ikunu identifikati separatament għal kull obbligazzjoni fin-notifiki li ġejjin:

(a) inventarju fil-kotba inizjali (Artikolu 13);

(b) rapporti ta’ bidla fl-inventarju, imma li jeskludu inventarji tal-kotba (Artikolu 14);

(ċ) listi fl-inventarju fiżiku (Artikolu 16); u

(d) importazzjonijiet u esportazzjonijiet intenzjonati (Artikoli 24 and 25).

Sakemm mhux ipprojbit speċifikament fil-Ftehim imsemmi fuq, tali separazzjoni m’għandhiex tipprekludi it-taħlit fiżiku ta’ materji.

Dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-Ftehim jew għal xi Ftehim ieħor konkluż mill-Komunità u Stat Membru ma’ l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika.

Artikolu 21

(a) Fi kwalunkwe notifika msemmija f’dan ir-Regolament, kwantitajiet ta’ materji primi għandhom ikunu espressi f’kilogrammi u kwantitajiet ta’ materji speċjali fissili fi grammi.

(b) Ir-rekords ta’ kontabilità tal-materja korrispondenti għandhom jinżammu fl-unitajiet msemmija fl-(a) ta’ dan l-Artikolu jew f’unitajiet iżgħar. Għandhom jinżammu b’tali manjiera li jitwemmnu u, b’mod partikolari, li jikkomformaw ma’ prattiċi kurrenti fl-Istati Membri.

(ċ) Fin-notifiki provduti fuq, kwantitajiet jistgħu jitnaqqsu għall-eqreb unità meta l-ewwel deċimali ikun 0 sa 4 u jiżdiedu meta l-ewwel deċimali ikun 5 sa 9.

(d) Sakemm ipprovdut xort’oħra għad-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7:

(i) in-Notifiki għandhom jindikaw il-piż totali ta’ l-elementi miġbura: uranju, torju jew plutonju u wkoll, għal uranju arrikkit, il-piż totali ta’ l-isotopi fissili. Il-kompożizzjoni isotopika tal-plutonju, jekk irrekordjata (fl-istallazzjoni għal ħtiġijiet operazzjonali, għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni meta titlobha;

(ii) annotazzjonijiet separati fir-rapporti ta’ bdil fl-inventarju u fl-elenki ta’ inventarju fiżiku u fir-rapporti separati ta’ bilanċ ta’ materja iridu jintużaw għall-kategoriji ta’ materja nukleari li ġejjin:

- uranju ridott,

- uranju naturali,

- uranju arrikkit sa’ l-20 %,

- uranju arrikkit fuq l-20 %,

- plutonju,

- torju.

DEROGI U EŻENZJONIJIET

Artikolu 22

(a) Biex tittieħed konsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ċirkustanza partikolari li fihom materji salvagwardjati jintużaw jew ikunu prodotti, l-Kummissjoni tista’, fid-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7, tagħti lill-produtturi u utenti ta’ materji nukleari deroga mir-regoli li jirregolaw l-għamla u l-frekwenza tan-notifiki pprovduti f’dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’ hekk tiddeċiedi speċjalment fil-każ ta’ stallazzjonijiet li jkollhom biss kwantitajiet żgħar li jinżammu fl-istess stat għal perjodi twal.

(b) Fuq talba tal-persuni jew impriżi konċernati skond il-formola stabbilita fl-Anness VIII, il-Kummissjoni tista’ teżenta l-materji li ġejjin minn dikjarazzjoni, sakemm ma jkunux ipproċessati jew maħżuna flimkien ma’ materji nukleari mingħajr eżenzjoni:

- materji speċjali fissili li huma wżati fi kwantitajiet ta’ gramma jew inqas bħala komponenti sensatorji fi strumenti,

- plutonju b’konċentrazzjoni isotopika ta’ plutonju-238 iktar minn 80 %,

- materji nukleari li jintużaw esklussivament f’attivitajiet mhux nukleari.

Jekk il-kondizzjonijiet għal eżenzjoni ma jibqgħux jintlaħqu, l-eżenzjoni għandha tkun irrevokata. Il-persuna jew impriża konċernata għandha tgħarraf lill-Kummissjoni skond il-forma stabbilita fl-Anness IX li l-kondizzonijiet għal eżenzjoni ma jeżistux aktar.

Artikolu 23

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal dawk li jkollhom prodotti lesti li jintużaw għal għanijiet mhux nukleari li jinkoporaw materji nukleari li virtwalment ma jistgħux jinġabru lura.

PARTI III

TRASFERIMENTI: IMPORTAZZJONIJIET/ESPORTAZZJONIJIET

Artikolu 24

(a) Il-persuni u impriżi msemmija fl-Artikolu 1 li jesportaw materji primi jew materji speċjali fissili lil Stat mhux Membru għandhom jagħtu notifika bil-quddiem lill-Kummissjoni ta’ kull tali esportazzjoni. Bl-istess mod, notifika bil-quddiem għandha tingħata lill-Kummissjoni:

- fil-każ ta’ tali esportazzjoni minn Stat Membru parti tal-Ftehim għal Stat Membru mhux parti tal-Ftehim, u

- fil-każ ta’ esportazzjoni mir-Renju Unit għal Stat Membru parti tal-Ftehim.

Madankollu, notifika bil-quddiem hija meħtieġa biss:

(i) fejn il-kunsinna taqbeż kilogramm effettiv wieħed;

(ii) fejn id-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7 hekk jispeċifikaw, fil-każ ta’ stallazzjonijiet li huma abitwati jitrasferixxu kwantitajiet totali kbar ta’ materji lill-istess Stat, anke jekk l-ebda kunsinna ma taqbeż kilogramm effettiv wieħed.

(b) Tali notifika għandha tingħata wara l-konklużjoni ta’ l-arranġamenti kontrattwali li jwasslu għat-trasferiment u f’kull każ fi żmien li tasal għand il-Kumissjoni fi żmien tmint ijiem tax-xogħol qabel ma l-materja tkun ippreparata għall-ġarr.

(ċ) Tali notifika għandha tingħata skond il-formola stabbilita fl-Anness V ma’ dan ir-Regolament u għandha tgħid , inter alia,

- l-indentifikazzjoni u, jekk possibli, l-kwantità u l-komposizzjoni tal-materja mistennija li tkun trasferita, u ż-żona ta’ bilanċ ta’ materja li minnha se tkun ġejja,

- l-Istat li lilu l-materja nukleari se tintbgħat,

- id-dati meta u l-postijiet fejn il-materja nukleari se tiġi preparata għall-ġarr,

- id-dati approssimattivi tat-tluq u l-wasla tal-materja nukleari,

- l-użu li l-persuni jew impriżi konċernati għamlu mill-materja nukleari.

(d) Jekk hu hekk meħtieġ għal raġunijiet ta’ protezzjoni fiżika, arranġamenti speċjali dwar il-forma u t-trasmissjoni ta’ tali notifika jistgħu jkunu miftiehma mal-Kummissjoni.

Artikolu 25

(a) Il-persuni u impriżi msemmija fl-Artikolu 1 li jimportaw materji primi jew speċjali fissili mingħand Stat mhux membru għandhom jagħtu notifika bil-quddiem lill-Kummissjoni ta’ kull tali importazzjoni. Bl-istess mod, notifika bil-quddiem għandha tingħata lill-Kummissjoni:

- fil-każ ta’ kull importazzjoni fi Stat Membru parti tal-Ftehim minn Stat Membru mhux parti tal-Ftehim, u

- fil-każ ta’ importazzjoni fir-Renju Unit minn Stat Membru parti tal-Ftehim.

Madankollu, notifika bil-quddiem hija meħtieġa biss:

(i) fejn il-kunsinna taqbeż l-kilogramm effettiv wieħed;

(ii) fejn id-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7 hekk jispeċifikaw, fil-każ ta’ stallazzjonijiet li huma abitwati jitrasferixxu kwantitajiet totali kbar huma mill-istess Stat, anke jekk l-ebda kunsinna ma taqbeż kilogramm effettiv wieħed.

(b) Tali notifika għandha tingħata kemm jista’ jkun kmieni qabel il-wasla mistennija tal-materja nukleari u, f’kull każ, fid-data ta’ meta tkun irċevuta u fi żmien li tasal għand il-Kummissjoni ħamest ijiem tax-xogħol qabel ma l-materja tkun spakkjata.

(ċ) Tali notifika għandha tingħata skond il-formola stabbilita fl-Anness VI u għandha tgħid, inter alia:

- l-identifikazzjoni u, jekk possibbli, l-kwantità u l-komposizzjoni tal-materja mistennija,

- id-data tal-wasla mistennija, il-lokalità fejn u d-data ta’ meta l-materja nukleari hi mistennija li tkun spakkjata.

(d) Jekk hu hekk meħtieġ għal raġunijiet ta’ protezzjoni fiżika, arranġamenti speċjali dwar il-forma u t-trasmissjoni ta’ tali notifika jistgħu jkunu miftiehma mal-Kummissjoni.

Artikolu 26

Meta persuni jew impriżi mhux soġġetti għall-Artikolu 1 jiddeċiedu li jesportaw jew jimportaw materji nukleari msemmija fl-Artikoli 24 u 25, dawn il-persuni jew impriżi huma rikjesti li jagħmlu n-notifiki prevvisti fl-Artikoli 24 u 25.

Artikolu 27

Rapport speċjali kif provdut fl-Artikolu 17 għandu jkun ippreparat mill-persuni jew impriżi koperti mill-Artikoli 24 u 25 jekk, wara ċirkustanzi eċċezzjonali jew aċċident, huma jkunu rċevew informazzjoni li materji nukleari ntilfu jew jidhru li ntilfu, b’mod partikolari meta kien hemm dewmien mhux tas-soltu matul it-trasferiment. Fl-istess ċirkustanzi persuni jew impriżi koperti mill-Artikolu 26 huma wkoll rikjesti li jinformaw il-Kummissjoni.

Artikolu 28

Kwalunkwe bidla fid-data tal-preparazzjoni għall-ġarr, tal-ġarr jew ta’ l-ispakkjar ta’ materji nukleari fir-rigward tad-dati mogħtija fin-notifiki provduti fl-Artikoli 24 u 25, imma mhux bidla li twassal għal rapporti speċjali, għandha tkun ikkomunikata bla telf ta’ żmien, b’indikazzjoni tad-dati riveduti, jekk magħrufa.

PARTI IV

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

PRODUTTURI TA’ MINERALI

Artikolu 29

Kwalunkwe persuna jew impriża li testratta minerali mit-territorju ta’ Stat Membru għandha żżomm rekords ta’ kontabilità tagħhom. Dawn ir-rekords għandhom juru, b’mod partikolari, t-tunnellaġġ u l-kontenut medju ta’ uranju u torju tal-minerali estratt u tal-ħażniet fil-minjiera, u prova ta’ ġarr, li tgħid id-data, destinatarju, u kwantità. Tali rekords għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin.

Artikolu 30

Mhux iktar tard mill-aħħar ta’ Jannar ta’ kull sena, produtturi ta’ minerali għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, skond il-formola stabbilita fl-Anness VII, ta’ l-ammont ta’ materja mibgħuta minn kull minjiera matul is-sena ta’ qabel.

Artikolu 31

Kull persuna jew impriża li tesporta minerali lejn Stat mhux Membru għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan, skond il-formola stabbilita fl-Anness VII, fid-data attwali tat-tluq.

TRASPORTATURI

Artikolu 32

Kull persuna jew impriża mqabbda biex taħdem, fi ħdan it-territorji ta’ l-Istati Membri, fil-ġarr jew ħażna temporanja ta’ materji primi jew speċjali fissili matul il-ġarr tista’ taċċettahom jew tikkonsinjahom biss kontra rċevuta firmata u datata b’mod korrett. Din għandha tgħid l-ismijiet tal-partijiet li jikkonsinnaw u jirċievu l-materji u l-kwantitajiet trasportati, flimkien man-natura, forma u komposizzjoni tal-materji.

Jekk hu meħtieġ għal raġunijiet ta’ protezzjoni fiżika, l-ispeċifikazzjoni tal-materji trasferiti tista’ tinbidel ma’ identifikazzjoni xierqa tal kunsinna. Tali identifikazzjoni għandha tkun traċċabbli għar-rekords miżmuma mill-persuni u impriżi msemmija fl-Artikolu 1 u li juru l-ispeċifikazzjoni msemmija.

Tali dokumenti għandhom jinżammu mill-partijiet kontraenti għal mill-inqas sena.

Artikolu 33

Dokumenti u karti diġà miżmuma u kompilati minn persuni jew impriżi skond ir-regolamenti li japplikaw għalihom fit-territorji ta’ l-Istati Membri li fihom joperaw jistgħu jieħdu post id-dokumenti u rċevuti provduti fl-Artikolu 32, sakemm tali dokumenti u karti jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa.

INTERMEDJARJI

Artikolu 34

Kull intermedjarju jkun min ikun, b’mod partikolari aġenti awtorizzati, sensara, aġenti b’kummissjoni jew kummerċjali, li jieħdu sehem fil-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt għall-forniment ta’ materji nukleari għandhom iżommu d-dokumenti kollha dwar it-transazzjonijiet magħmula minnu jew f’ismu għal mill-inqas sena wara l-għeluq tal-kuntratt. Tali dokumenti għandhom isemmu l-ismijiet tal-partijiet kontraenti, d-data tal-kuntratt, il-kwantità, natura, forma u komposizzjoni flimkien ma’ l-oriġini u destinazzjoni tal-materji.

PARTI V

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI FIT-TERRITORJI TA’ STATI MEMBRI LI HUMA STATI B’ARMI NUKLEARI

Artikolu 35

1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx japplikaw:

(a) għal installazzjonijiet jew partijiet ta’ stallazzjonijiet li kienu assenjati biex jissodisfaw ħtiġijiet ta’ difiża u li qegħdin fit-territorju ta’ Stat Membru mhux parti tal-Ftehim; jew

(b) għal materji nukleari li kienu asssenjati biex jissodisfaw ħtiġijiet ta’ difiża minn dak l-Istat Membru.

2. Għal materji nukleari, installazzjonijiet jew parti minn stallazzjonijiet li aktarx jkunu suġġetti li jiġu assenjati biex jissodisfaw ħtiġijiet ta’ difiża u li qegħdin fit-territorju ta’ Stat Membru mhux parti tal-Ftehim, il-limitu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-proċeduri li taħtu għandha tkun definita mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni u bi ftehim ma’ l-Istat Membru konċernat, billi jikkunsidraw id-disposizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 84 tat-Trattat.

3. Hu mifhum f’kull każ li:

(a) id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1 sa 4, 7 u 8 għandhom japplikaw għal stallazzjonijiet jew parti minn stallazzjonijiet li f’ċertu żminijiet huma operati esklussivament b’materji nukleari suġġetti li jiġu assenjati biex jissodisfaw ħtiġijiet ta’ difiża imma fi żminijiet oħra huma operati esklussivament b’materji nukleari ċivili;

(b) id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1 sa 4, 7 u 8 għandhom japplikaw, b’eċċezzjonijiet għal raġunijiet ta’ sigurta nazzjonali, għal stallazzjonijiet jew parti minn stallazzjonijiet li għalihom aċċess jista’ jkun ristrett minħabba tali raġunijiet imma li jipproduċu, jittrattaw, jisseparaw, jipproċessaw mill-ġdid jew jużaw b’xi mod ieħor fl-istess ħin kemm materji nukleari ċivili kif ukoll materji nukleari assenjati jew suġġetti li jiġu assenjati biex jissodisfaw ħtiġijiet ta’ difiża;

(ċ) id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6, u 9 sa 37 għandhom japplikaw fir-rigward tal-materji nukleari ċivili kollha li qegħdin fi stallazzjonijiet jew parti minn stallazzjonijiet kif imsemmija fis-subparagrafi (a) u (b) fuq.

PARTI VI

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 36

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "Il-Ftehim" tfisser il-Ftehim konkluż fil-5 ta’ April 1973 bejn ir-Renju tal-Belġju, r-Renju tad-Danimarka, r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, r-Repubblika Taljana, l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, r-Renju ta’ l-Olanda u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) ma’ l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika, fl-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 4 ta’ l-Artikolu III tat-Trattat dwar in-nuqqas ta’tixrid ta’ armi nukleari.

(b) "Stat Membru parti tal-Ftehim" ifisser ir-Renju tal-Belġju, r-Renju tad-Danimarka, r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, r-Repubblika Taljana, l-Grand Dukat tal-Lussemburgu jew ir-Renju ta’ l-Olanda.

(ċ) "Stat Membru mhux parti tal-Ftehim" ifisser Franza jew ir-Renju Unit.

(d) "Stat mhux Membru" ifisser kull Stat li mhux membru tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

(e) "Materji speċjali fissili" ifisser plutonju-239; uranju-233; uranju arrikkit f’uranju-235 jew uranju-233, u kwalunkwe sustanza li fiha wieħed jew iktar mill-isotopi msemmija iktar il fuq u tali materji fissili oħra kif jistgħu jkunu speċifikati mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni; l-espressjoni "materji speċjali fissili" ’ ma tinkludix, madankollu materji primi jew minerali jew skart ta’ minerali.

(f) "Uranju arrikkit f’uranju-235 jew uranju-233" ifisser uranju li fih uranju-235 jew uranju-233 jew it-tnejn f’ammont tali li l-proporzjon ta’ l-abbundanza tas-somma ta’ dawn l-isotopi għal isotopu 238 tkun ikbar mill-proporzjon ta’ isotopu 235 għal isotopu 238 li jinsab fin-natura. "Arrikkiment" ifisser il-proporzjon tal-piż magħqud ta’ uranju-233 u uranju-235 għal piż totali ta’ l-uranju taħt kunsiderazzjoni.

(g) "Materji primi" jfisser uranju li jkun fih it-taħlita ta’ isotopi li jinsabu fin-natura; uranju li l-kontenut tiegħu f’uranju-235 huwa inqas min-normal; torju; dak li ntqal iktar qabel f’għamla ta’ metall, liga; taħlita jew konċentrat kimiku; kwalunkwe sustanza oħra li fiha wieħed jew iktar minn dak li ntqal qabel f’tali konċentrazzjoni kif għandha tkun speċifikata mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata wara proposta mill-Kummissjoni, u kwalunkwe materja oħra li l-Kunsill jista’ jiddetermina, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata wara proposta mill-Kummissjoni. Il-kliem "materji primi" m’għandhomx jinftiehemu li jinkludu minerali jew skart ta’ minerali.

(h) "Minerali" tfisser kull minerali li fih, f’tali konċentrazzjoni medja kif għandha tkun speċifikata mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata wara proposta mill-Kummissjoni, sustanzi li minnhom il-materji primi definiti fuq jistgħu jinkisbu bi proċessar kimiku u fiżiku adattat.

(i) "Materji nukleari" ifisser kull materja minerali, prima u speċjali fissili kif definita fil-paragrafi (e), (f), (ġ) u (h) fuq.

(j) "Natura" ta’ materja ifisser uranju naturali, uranju ridott, uranju arrikkit f’uranju-235 jew uranju-233, torju jew plutonju, skond il-każ.

(k) "Grupp" ifisser porzjon ta’ materja nukleari trattata bħala unità għal għanijiet ta’ kontabilità f’punt essenzjali ta’ kejl u li għalih il-komposizzjoni u kwantità huma definiti permezz ta’ sett wieħed ta’ speċifikazzjonijiet jew kejl. Il-materja nukleari tista’ tkun f’għamla ta’ massa jew tkun tinsab f’numru ta’ oġġetti identifikabbli.

(l) "Data tal grupp" tfisser il-piż totali ta’ kull element ta’ materja nukleari u, fil-każ ta’ plutonju u uranju, l-komposizzjoni isotopika meta xierqa. Għal għanijiet tar-rapporti l-piżijiet ta’ oġġetti individwali fil-grupp għandhom jiżdiedu flimkien qabel issir żieda/tnaqqis lejn l-eqreb unità.

(m) "Inventarju fil-kotba" ta’ żona ta’ bilanċ ta’ materja ifisser is-somma alġebrajka ta’ l-iktar inventarju fiżiku reċenti ta’ dik iż-żona ta’ bilanċ ta’ materja u tal-bidliet fl-inventarju kollha li saru minn meta ttieħed l-inventarju fiżiku.

(n) "Korrezzjoni" tfisser daħla f’rekord ta’ kontabilità jew rapport biex jikkorreġi żball identifikat jew biex jirrifletti kejl imtejjeb ta’ kwantità mdaħħla qabel fir-rekord jew rapport. Kull korrezzjoni għandha tidentifika d-dħul li tirrelata magħha.

(o) "Kilogramm effettiv" ifisser unit speċjali użat għas-salvagwardja tal-materja nukleari. Il-kwantita f’kilogramm effettiv tinkiseb billi jittieħed:

(i) għal plutonju, l-piż tiegħu f’kilogrammi;

(ii) għal uranju b’arrikkiment ta’ 0.01 (1 %) u ogħla, l-piż tiegħu f’kilogrammi multiplikat bil-kwadrat ta’ l-arrikkiment tiegħu;

(iii) għal uranju b’arrikkiment taħt iż-0.01 (1 %) u iktar minn 0005 (0.5 %), il-piż tiegħu f’kilogrammi multiplikat b’0.0001; u

(iv) għal uranju ridott b’arrikkiment ta’ 0005 (0.5 %) jew inqas, u għal torju, l-piż tiegħu f’kilogrammi multiplikat b’0.00005.

(p) "Bidla fl-inventarju" jfisser żieda jew tnaqqis, f’termini ta’ gruppi, ta’ materja nukleari f’żona ta’ bilanċ ta’ materja.

(q) "Punt essenzjali ta’ kejl" ifisser lokalità fejn materja nukleari tidher f’tali forma li tista’ titkejjel biex ikun determinat il-fluss tal-materja jew inventarju. Punti essenzjali ta’ kejl għalhekk jinkludu, imma m'humiex limitati għal, dħul u ħruġ (inkluż skart imkejjel) u ħażniet fiż-żoni ta’ bilanċ ta’ materjal.

(r) "Żona ta’ bilanċ ta’ materjal" tfisser żona tali li:

(i) l-kwantita ta’ materjal nukleari f’kull trasferiment għal ġewwa jew għal barra minn kull żona ta’ bilanċ ta’ materjal tkun tista’ tiġi determinata; u

(ii) l-inventarju fiżiku ta’ materjal nukleari f’kull żona ta’ bilanċ ta’ materjal jista’ jiġi determinat kulmeta jkun meħtieġ skond proċeduri speċifikati,

biex il-bilanċ tal-materja jista’ jkun determinat.

(s) "Materjal mitluf" ifisser id-differenza bejn inventarju fiżiku u inventarju fil-kotba.

(t) "Inventarju fiżiku" ifisser is-somma ta’ l-estimi kollha mkejla jew miksuba ta’ kwantitajiet ta’ gruppi ta’ materjal nukleari fil-pussess f’ħin determinat ġewwa żona ta’ bilanċ ta’ materjal, miksuba skond proċeduri speċifikati.

(u) "Differenza konsenjatur/destinatarju" tfisser id-differenza bejn il-kwantita ta’ materjal nukleari fi grupp kif iddikjarata miż-żona ta’ bilanċ ta’ materjal tal-kunsinna u kif imkejla fiż-żona ta’ bilanċ ta’ materjal destinatarja.

(v) "Data tas-sors" tfisser dawk id-data, irrekordjati matul kejl jew kalibrar jew użati biex ikunu erivati relazzjonijiet empiriċi, li jidentifikaw materja nukleari u jipprovdu data tal-grupp. Data tas-sors tista’ tinkludi, per eżempju, piż ta’ kompost, fatturi ta’ konversjoni li jiddeterminaw il-piż ta’ element, gravità speċifika, konċentrazzjoni ta’ elementi, proporzjonijiet isotopiċi, relazzjoni bejn volum u qari tal-manumetru u relazzjoni bejn plutonju prodott u enerġija ġenerata.

(w) "Punt strateġiku" ifisser lokal magħżul matul eżami ta’ informazzjoni ta’ disinn fejn, taħt kondizzjonijiet normali u meta magħquda ma’ l-informazzjoni mill-"punti strateġiċi" kollha meħuda flimkien, l-informazzjoni neċessarja u suffiċjenti għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja taħt il-Ftehim tinkiseb u tkun verifikata; "punt strateġiku" tista’ tinkludi kull lokaliltà fejn isir kejl essenzjali relatat ma’ kontabilità ta’ materja u fejn miżuri ta’ lqugħ u sorveljanza jkunu esegwiti.

STALLAZZJONIJIET IKKONTROLLATI MINN BARRA L-KOMUNITA

Artikolu 37

Fejn stallazzjoni hija kontrollata minn persuna jew impriża mwaqqfa barra l-Komunità, kwalunkwe obbligazzjonijiet imposti minn dan ir-Regolament għandhom jaqgħu fuq it-tmexxija lokali ta’ l-istallazzjoni.

ANNESSI

Artikolu 38

L-Annessi ma’ dan ir-Regolament jagħmlu parti integrali minnu. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel aġġustamenti tekniċi żgħar fihom.

ID-DĦUL FIS-SEĦĦ

Artikolu 39

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 15-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, ir-Regolamenti Nru 7 u Nru 8 tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Enerġija Atomika huma hawnhekk imħassra.

Artikolu 40

L-Artikoli 9 sa 16, 19 u 21 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw sa mill-adozzjoni tad-"disposizzjonijiet partikolari ta’ salvagwardja" msemmija fl-Artikolu 7.

Sa l-adozzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, l-Artikoli 2, 5, 7, 8 u 10 tar-Regolament Nru 8 msemmi hawn fuq għandhom ikomplu japplikaw.

Dan ir-Regolament jorbort fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fid-19 ta’ Ottubru 1976.

Għall-Kummissjoni

François-Xavier Ortoli

Il-President

[1] ĠU C 15, tat-12.3.1959, p. 298/59, u l-komunikazzjoni dwar in-numerazzjoni tar-Regolamenti tal-KEEA (ĠU C 34, tad-29.5.1959, p. 649/59).

[2] ĠU C 34, tad-29.5.1959, p. 651/59.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

KWESTJONARJU GĦAD-DIKJARAZZJONI TAL-KARATTERISTICI TEKNICI BAŻICI TA’ L-ISTALLAZZJONIJIET

A. REATTURI

Data …

L-IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-ISTALLAZZJONI

1. Isem

2. Il-post. L-indirizz eżatt bin-numri tat-telefon u tat-telex.

3. Is-sid (il-korp jew l-individwu responsabbli legalment)

4. L-operatur (il-korp jew l-individwu responsabbli legalment).

5. L-istatus preżenti (li titħaddem jew id-data mistennija ta’ meta tibda titħaddem).

6. L-iskop u t-tip ta’ l-istallazzjoni

7. Il-mod ta’ l-operazzjoni ta’ l-istallazzjoni jinfluwenza l-ammont ta’ materjal li kien proċessat. Il-bidla adottata tas-sistema, id-dati approssimattivi tal-perjodi ta’ tħaddim fis-sena, eċċ.)

8. L-arranġament tal-post ta’ l-istallazzjoni. Mappa li turi l-perimetri u l-bini ta’ l-istallazzjoni f’forma ta’ arranġament tal-post; il-bini, it-toroq, ix-xmajjar,il-ferroviji, eċċ.

9. L-arranġament ta’ l-istallazzjoni:

(a) kontenut strutturali, ħitan u rotot ta’ aċċess;

(b) iż-żona tal-ħażna ta’ materjal dieħel;

(ċ) iż-żona tar-reattur;

(d) iż-żona tat-test u ta’ l-esperiment, il-laboratorji;

(e) iż-żona tal-ħażna ta’ materjal ħiereġ;

(f) ir-rimi tal-materjal nukleari.

NB:

1. Konformi ma’ l-Artikolu 79 tat-Trattat, dawk li huma soġġetti għall-ħtiġijiet tas-salwagward għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru konċernat dwar kull komunikazzjoni li huma jagħmlu mal-Kummissjoni konformi ma’ l-Artikolu 78.

2 It-tweġiba "mhux applikabbli" tista’ tingħata għall-mistoqsijiet li m'humiex applikabbli. Il-Kummissjoni għadha intitolata li titlob kull informazzjoni adizzjonali li hija tikkonsidraha neċessarja b’konnessjoni mal-kwestjonarju relevanti.

Dan il-kwestjonarju li jitlesta u jiġi firmat b’mod korrett, għandu jintbagħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-direttorat tas-salvagwardji Euratom, il-bini ta’ "Jean Monnet", Kirchberg, Lussemburgu (il-Gran Dukat ta’ Lussemburgu).

10. Data addizzjonali ta’ l-istallazzjoni prinċipali:

(a) produzzjoni terminali stmata għal kull reattur għal tħaddim kontinwu;

(b) sors u materjal speċjali li jista’ jinferaq;

(ċ) sinjurija tal-qalba inizjali;

(d) moderatur;

(e) likwidu għat-tkessiħ.

ARRANĠAMENT ĠENERALI TA’ L-ISTALLAZZJONI. JINKLUDI KARATTERISTICI LI JIRRELATAW MA’ MATERJAL TAL-KONTABILITÀ, KONTENUT U SORVELJANZA

Deskrizzjoni tal-materjal nukleari [1]

11. Element tal-karburanti u/jew tpinġija mfassla f’dettall biżżejjed biex jindika struttura ġenerali bid-dimensjonijiet globali għat-twaqqif. (Element huwa l-iżgħar unità ta’ karburanti; twaqqif huwa t-tagħqid ta’ l-elementi ma’ handling unit bħal għanqud jew faxx. Id-disposizzjonijiet għall-elementi ta’ skambju għandhom jintwerew jekk ikunu applikabbli u għandha tingħata indikazzjoni jekk dan huwa tħaddim ta’ rutina.)

12. Materjal ta’ karburanti (jinkludi materjal f’kontroll jew tagħqid ta’ shim jekk ikun applikabbli):

(a) komposizzjoni kimika jew kostitwenti ewlenija ta’ liga;

(b) medja ta’ sinjurija għat-tagħqid;

(ċ) piż nominali ta’ materjal ta’ karburanti għat-tagħqid bid-disinji ta’ tolleranzi

13. Materjal ta’ l-ibbanjar.

14. Metodu ta’ kif tidentifika elementi ta’ karburanti individwali u/jew jekk ikun applikabbli tagħqid.

15. materjal nukleari ieħor li jintuża fl-istallazzjoni (fil-qosor għid il-materjal, l-iskop u l-metodu ta’ kif tuża l-materjal, e.ż. booster rods).

Influss tal-materjal nukleari

16. Il-karta ta’ l-influss li turi l-punti ta’ fejn il-materjal nukleari huwa identifikat u mkejjel, iż-żoni ta’ materjal bilanċjat u postijiet inventarji użati għall-materjali ta’ kontabilità u għażla stimata ta’ inventarji ta’ materjal nukleari f’dawn iż-żoni taħt kondizzjonijiet normali ta’ tħaddim.

17. Data taċ-ċiklu ta’ karburanti nominali mistennija tikludi (kif applikabbli):

(a) tagħbija tal-ġewwieni tar-reattur;

(b) il-ħruq mistenni;

(ċ) ammont annwali ta’ mili ta’ karburanti

(d) l-intervall tal-mili tal-karburanti

(e) tbassir approssimattiv ta’ ammont ta’ materjal li kien proċessat u ta’ l-inverntarju u l-irċevuti u t-trasport bil-baħar.

It-trattament tal-materjal nukleari

18. L-arranġament u l-arranġamenti ġenerali ta’ tpinġija tal-ħażna ta’ karburanti friski, u d-deskrizzjoni ta’ l-ippakkjar.

19. L-arranġament u l-arranġamenti ġenerali ta’ tpinġija tal-preparazzjoni ta’ karburanti friski u/jew il-kmamar ta’ l-assaġġ u ż-żona tat-tagħbija tar-reattur.

20. Arranġamenti ġenerali tat-tpinġija tat-trasferiment tat-tagħmir tal-karburanti għall-karburanti friski u rradjati li jinkludu l-mili tal-magni u tat-tagħmir bil-karburanti.

21. Arranġamenti ġenerali tat-tpinġija tar-reċipjent bir-reattur, il-post tal-qalba u l-ftuħ tal-reċipjent, metodu tat-trattament tal-karburanti fir-reċipjent.

22. Disinn tal-qalba li juri d-disposizzjoni ġenerali, grada, forma, il-grad ta’ l-għoli/tal-baxx u d-dimensjoni tal-qalba, ir-riflettur, il-post, l-għamla u d-dimensjonijiet ta’ l-elememt tal-kontroll, il-posizzjonijiet esperimentali u/jew irradjazzjoni.

23. In-numru u d-daqs tal-kanali għall-elementi tal-karburanti jew twaqqif u għall-elementi ta’ kontroll fil-qalba.

24. Il-ħażna tal-karburanti maħruqa:

(a) arrangamenti ġenerali ta’tpinġija tas-sit tal-ħażna;

(b) il-metodu tal-ħażna;

(ċ) id-disinn tal-ħażna ta’ dak li jintasa’;

(d) tagħmir għat-trattament ta’ karburanti radjati;

(e) ħin minimu ta’ tkessiħ qabel ma jsir trasport ta’ karburanti rradjati bil-baħar;

(f) tpinġija u deskrizzjoni tal-bettiji tat-trasport bil-baħar għall-karburanti radjati (kif inhu mitlub biex tkun esplorata l-possibiltà tas-siġillar).

25. Il-post ta’ testijiet ta’ materjali nukleari (jekk ikun applikabbli):

(a) deskrizzjoni fil-qosor tan-natura ta’ l-attivitajiet li jsiru;

(b) deskrizzjoni tat-tagħmir ewlieni (e.ż. ċellula taħraq, element ta’ karburanti decladding u tagħmir li jinħall

(ċ) deskrizzjoni tal-kontenituri tat-trasport ta’ materjal nukleari bil-baħar u l-ippakkjar ta’ l-iskart u scrap (kif inhu mitlub biex tkun esplorata l-possibiltà tas-siġillar);

(d) il-ħażna ta’ materjal nukleari mhux irradjat u rradjat;

(e) l-arranġament u l-arranġamenti ġenerali ta’ tpinġija tal-ħażna għal dan t’hawn fuq, jekk mhux imsemmijin x’imkien ieħor.

Id-data tal-likwidu għat-tkessiħ.

26. It-tpinġijiet tal-proċess tal-likwidu għat-tkessiħ kif inhu mitlub għall-kalkulazzjonijiet tal-bilanċ tas-sħana (jindikaw il-pressa, it-temperatura u r-rati tal-proċess tal-massa f’punti ewlenin).

IL-KONTABILITÀ U L-KONTROLL TAL-MATERJAL NUKLEARI

Is-sistema tal-kontabilità

27. Sistema ta’ kontroll u kontabilità ta’ materjal nukleari (iddeskrivi l-oġġett u/jew is-sistema tal-massa ta’ kontabilità, inkludi l-metodi relevanti ta’ kejl ta’ assaġġ użati ma’ l-eżattezza assessjata, forni kampjun ta’ formoli vojta użati fil-proċeduri ta’ kontroll u kontabilità). Għandu jiġi dikjarat it-tul tal-preservazzjoni ta’ din it-tip ta’ dokumentazzjoni.

Inventarju fiżiku

28. Deskrizzjoni tal-proċeduri, tal-frekwenza skeduta, metodi għat-teħid ta’ l-inventarju fiżiku ta’ l-operatur (kemm għall-oġġett u/jew anke għall-kontabilità tal-massa li tinkludi metodi ewlenin ta’ assaġġ), eżattezza mistennija, aċċess għall-materjali nukleari fil-qalba u għall-materjali nukleari radjati barra mill-qalba, livelli ta’ radjazzjoni mistennija.

XI INFORMAZZJONI RELEVANTI OĦRA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAS-SALVAGWARD

29. L-organizzazzjoni tal-kontabilità u l-kontroll tal-materjal.

30. Informazzjoni dwar ir-regoli tas-saħħa u tas-sigurtà li jridu jiġu osservati u li l-ispetturi jrid jimxi magħhom waqt l-istallazzjoni.

B. STALLAZZJONI KRITIKA (U XEJN ENERĠIJA)

Data …

IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-ISTALLAZZJONI

1. Isem

2. Il-post, l-indirizz eżatt bin-numri tat-telefon u tat-telex.

3. Is-sid (il-korp jew l-individwu responsabbli legalment)

4. L-operatur (il-korp jew l-individwu responsabbli legalment).

5. L-istatus preżenti (li titħaddem jew id-data mistennija ta’ meta tibda titħaddem).

6. L-iskop u t-tip ta’ l-istallazzjoni

7. Il-mod ta’ l-operazzjoni ta’ l-istallazzjoni jinfluwenza l-ammont ta’ materjal li kien proċessat. (Il-bidla adottata tas-sistema, id-dati approssimattivi tal-perjodi ta’ tħaddim fis-sena, eċċ.)

8. L-arranġament tal-post ta’ l-istallazzjoni. Mappa li turi l-perimetri u l-bini ta’ l-istallazzjoni f’forma ta’ arranġament tal-post; il-bini, it-toroq, ix-xmajjar,il-ferroviji, eċċ.

9. L-arranġament ta’ l-istallazzjoni:

(a) kontenut strutturali, ħitan u rotot ta’ aċċess;

(b) iż-żona/i tal-ħażna ta’ materjal dieħel;

(ċ) iż-żona ta’ fejn jingħaqdu l-elementi tal-karburanti, laboratorji eċċ.;

(d) tagħqid kritiku xieraq [2]

10. Data addizzjonali ewlenija għall-istallazzjoni [3]:

(a) is-saħħa massima mistennija waqt it-tħaddim u/jew neutron flux;

(b) tip/i ewlieni/ewlenin ta’ materjali nukleari u sinjurija;

(ċ) moderatur;

(d) riflettur, kutra;

(e) likwidu għat-tkessiħ

ARRANĠAMENT ĠENERALI TA’ L-ISTALLAZZJONI. JINKLUDI KARATTERISTICI LI JIRRELATAW MA’ MATERJAL TAL-KONTABILITÀ, KONTENUT U SORVELJANZA

Deskrizzjoni ta’ materjal nukleari

11. Deskrizzjoni permezz ta’ tpinġijiet jew b’mod ieħor li juri kull materja nukleari fl-istallazzjoni:

(a) kull tip ta’ unità u tinkludi wkoll handling units normali

(b) komposizzjoni kimika jew kostitwenti ta’ liga ewlenin;

(ċ) il-forma u d-dimensjoni;

(d) sinjurija;

(e) piż nominali ta’ materjal nukleari bid-disinji ta’ tolleranzi;

(f) materjal ta’ l-ibbanjar; u

(g) metodu/i ta’ unitajiet ta’ identifikazzjoni.

Il-post u t-tqandil tal-materjal nukleari

12. Deskrizzjoni permezz ta’ arranġament u arranġamenti ġenerali ta’ tpinġijiet jew b’mod ieħor:

(a) il-ħażna tal-materjal nukleari u ż-żoni ta’ tħaddim u t-tħaddim kritiku propju (lokazzjonijiet inventarji);

(b) għażla stmata ta’ inventarji ta’ materjali nukleari f’dawn il-postijiet;

(ċ) l-arranġament fiżiku ta’ għodda użata għat-twaħħil, L-ittestjar u t-tkejjil tal-materjal nukleari; u

(d) ir-rotot tal-materjal nukleari.

13. Disinn tat-twaħħil kritiku tal-qalba li juri l-istruttura ta’ l-appoġġ tal-qalba, l-arranġamenti ta’ l-ilqugħ u tat-tneħħija tas-sħana b'deskrizzjoni (iridi jkunu provduti għal kull twaqqif kritiku jekk fl-istallazzjoni jkun hemm aktar minn waħda).

KONTABILITA’ U KONTROLL TAL-MATERJAL NUKLEARI

Sistema ta’ kontabilità

14. Deskrizzjoni tal-kontroll tal-materjal nukleari u tas-sistema ta’ kontabilità (iddeskrivi l-oġġett u/jew is-sistema tal-massa ta’ kontabilità, inkludi l-metodi relevanti ta’ kejl ta’ assaġġ użati ma’ l-eżattezza assessjata, forni kampjun ta’ formoli vojta użati fil-proċeduri ta’ kontroll u kontabilità). Għandu jiġi dikjarat it-tul tal-preservazzjoni ta’ din it-tip ta’ dokumentazzjoni.

Inventarju fiżiku

15. Deskrizzjoni tal-proċeduri, tal-frekwenza skeduta, metodi għat-teħid ta’ l-inventarju fiżiku ta’ l-operatur (kemm għall-oġġett u/jew anke għall-kontabilità tal-massa li tinkludi metodi ewlenin ta’ assaġġ), eżattezza mistennija, aċċess għall-materjali nukleari fil-qalba u għall-materjali nukleari radjati barra mill-qalba, livelli ta’ radjazzjoni mistennija.

XI INFORMAZZJONI RELEVANTI OĦRA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAS-SALVAGWARD

16. L-organizzazzjoni tal-kontabilità u l-kontroll tal-materjal.

17. Informazzjoni dwar ir-regoli tas-saħħa u tas-sigurtà li jridu jiġu osservati u li l-ispetturi jridu jimxu magħhom waqt l-istallazzjoni.

C. PJANTI TAL-KONVENŻJONI, FABBRIKAZZJONI U RIPROCESSAR

Data …

IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-ISTALLAZZJONI

1. Isem

2. Il-post, l-indirizz eżatt flimkien man-numri tat-telefon u tat-telex

3. L-okkupant (korp jew individwali responsabbli legalment)

4. L-operatur (korp jew individwali responsabbli legalment)

5. L-istatus preżenti (diġa fis-seħħ jew id-data mistennija tad-dħul fis-seħħ)

6. L-iskop u t-tip tal-installazzjoni

7. Il-mod ta’ l-operazzjoni ta’ l-installazzjoni li tinfluwenza l-ammont ta’ materjal li kien proċessat (Sistema ta’ shift addottata, dati approssimattivi taż-żmien ta’ operazzjoni fis-sena, etċ)

8. L-arranġament tas-sit ta’ l-istallazzjoni Mappa li turi l-perimetri u l-fond ta’ l-installazzjoni fil-forma ta’ arranġament tas-sit; bini, toroq, xmajjar, linji tal-ferroviji etċ.

9. L-arranġament ta’ l-istallazzjoni:

(a) kontenut strutturali, ħitan u rotot ta’ aċċess;

(b) rotot segwiti mill-materjal nukleari;

(ċ) ħażna dieħla ta’ materjal nukleari;

(d) kull post prinċipali ta’ l-ipproċessar u laboratorji tal-proċessar

(e) postijiet ta’ testijiet jew esperimenti;

(f) ħażna ħierġa ta’ materjal nukleari;

(g) faċilitajiet għall-rimi ta’ l-iskart;

(h) laboratorju analitiku.

ARRANĠAMENT ĠENERALI TA’ L-ISTALLAZZJONI, LI JINKLUDI KARATTERISTICI LI JIRRELATAW MA’ MATERJAL TAL-KONTABILITÅ, KONTENUT U SORVELJANZA

Il-mixi, post u t-trattament tal-materjal nukleari

10. Dijagramma li turi punti fejn il-materjal nukleari huwa identifikat jew imkejjel, żoni ta’ bilanċ tal-materjal u lok ta’ inventarju wżat għall-kontabilità tal-materjal u sensiela stmati ta’ inventorji ta’ materjal nukleari f’dawn iż-żoni taħt kondizzjonijiet normali ta’ operazzjoni. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi (jekk applikabbli):

(a) id-daqs tal-grupp jew ir-rata tal-mixi;

(b) il-metodu ta’ l-ħażna jew ta’ pakkjar

(c) il-kapaċità tal-ħażna;

(d) tbassiriet ġenerali ta’ l-ammont ta’ materjal li kien proċessat u tal-inventarju u ta’ l-irċevuti u tat-trasport bil-baħar

11. Biż-żieda ma’ l-oġġett nru.10 hawn fuq, żoni tal-ħażna ta’ l-ikel għar-reproduzzjoni tal-pjanti għandhom ikunu deskritti minn disinn ta’ l-arranġament ġenerali li juri:

(a) lok għall-elementi tal-karburanti u tagħmir tat-tqandil;

(b) Tipi ta’ elementi tal-karburanti li jinkludu materjal ta’ kontenut nukleari u sinjurija.

12. Biż-żieda ma’ l-oġġett nru.10 hawn fuq, id-deskrizzjoni ta’ l-istat tar-riċiklaġġ għandu jinkludi jekk huwa disponibbli:

(a) tul tal-ħażna temporanju;

(b) skedi għar-reċiklaġġ estern (jekk applikabbli).

13. Biż-żieda ma’ l-oġġett nru.10 hawn fuq, id-deskrizzjoni ta’ l-istat tat-twarrib tal-proċess għandu jinkludi l-metodu tat-twarrib (rimi jew ħażna).

14. Taħt kondizzjonijiet ta’ ekwilibriju għall-kull dijagramma msemmija fl-oġġetti nru. 10 sa 16 u filwaqt illi tassumi il-modi ta’ operazzjoni f’oġġett nru.7, tkun stabbilita:

(a) l-ammont nominali ta’ materjal proċessat kull sena;

(b) l-inventarju ta’ waqt il-proċess ibbazat fuq il-kapaċità tat-tfassil.

15. Iddiskrivi l-proċeduri normali addottati għat-tindif komplut jew parzjali tal-pjant. Inkludi deskrizzjoni ta’ kampjuni speċjali u punti ta’ kejl assoċjati mal-proċedura tat-tindif u t-teħid ta’ l-inventarju fiżikali, li jsir wara, jekk mhux deskritt fl-oġġett nru. 10 hawn fuq.

Deskrizzjoni ta’ materjal nukleari

16. Iddeskrivi, permezz ta’ dijagrammi jew affarijiet oħra, il-mixi stmat u l-inventarju ta’ kull materjal nukleari għaż-żoni ta’ ħażna u proċessar. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi:

(a) forma fiżika u kimika;

(b) Il-limiti tal-kontenut jew il-limitu aktar għoli mistenni għall-kull kategorija ta’ materjal solidu jew likwidu u li ntrema;

(ċ) Il-limitu tas-sinjurija.

KONTABILITÀ U L-KONTROLL TAL-MATERJAL NUKLEARI

Sistema ta’ kontabilità

17. Deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontabilità wżata biex tirrekordja u tirrapporta data tal-kontabilità u biex tistabbilixxi bilanċi materjali, forni kampjuni ta’ forom li jintużaw fil-proċeduri kollha. Għandu jiġi dikjarat it-tul tal-preservazzjoni ta’ din it-tip ta’ dokumentazzjoni.

18. Indika meta u kemm il-darba bilanċi materjali jsiru, inklużi dawk li jsiru waqt il-kampanji. Iddeskrivi l-metodu u l-proċedura għall-aġġustament tal-kontijiet wara li jkun sar l-inventarju fiżiku.

19. Iddeskrivi l-proċedura għat-trattament tad-differenzi ta’ min jittrasporta u ta’ min jirċievi u l-metodu ta’ l-aġġustament tal-kontijiet.

20. Iddeskrivi l-proċedura biex jsiru l-korrezzjonijiet lill-kontijiet minħabba żbalji tal-proċedura jew ta’ l-iskrivan u l-effett fuq id-differenzi ta’ min jittrasporta u ta’ min jirċievi, jekk applikabli.

Inventarju fiżiku

21. Referenza hija magħmula lill-oġġett nru.15. Identifika l-oġġetti tat-tagħmir, li huma kunsidrati bħala kontenituri għall-materjal nukleari taħt kondizzjonijiet fiżiċi ta’ l-inventarju, minn fuq id-dijagrammi ta’ l-oġġetti 10 u 16. Iddikjara l-ħin tat-teħħid ta’ l-inventarju fiżiku waqt il-kampanja.

Metodi għall-kejl, kampjuni u analiżi

22. Il-metodu biex ikun stabbilit kull kejl fil-punt indikat għandu jkun deskritt; ekwazzjonijiet jew tabelli wzati u kalkulazzjonijiet magħmulin biex jiġu determinati l-kwantitajiet infushom ta’ toqol u volumi għandhom ikunu identifikati. Reġistrazzjoni awtomatika jew manwali tad-data għandha ssir. Il-metodu ta’ u proċeduri prattiċi għall-għażla tal-kampjuni għall-kull punt indikat għandhom ikunu deskritti.

23. Metodi analtiċi wżati għar-raġunijiet ta’ kontabilità għandhom ikunu deskritti. Referenza għall-manwal jew rapport huwa xieraq.

Kontroll ta’ precizjoni tal-kejl

24. Iddeskrivi l-programm ta’ kontroll tal-kwalità tal-kejl relevanti għall-kontabilità tal-materjal inklużi programmi (flimkien mal-valuri ta’ eżattezza) għall-estimu kontinwu ta’ preċiżjonijiet u preġudizzji analitiċi, kejl, volum u teħid ta’ kampjuni, u għall-kalibrazzjoni tat-tagħmir assoċjat; il-metodu tal-kalibrazzjoni tat-tagħmir biex jittieħed il-kejl imsemmi f’oġġett nru.23; it-tip u l-kwalità ta’ l-i standards użati għall-metodi analitiċi msemmija f’oġġett nru.23; it-tip tat-tgħammir analtiku wżat, metodu ta’ kalibrazzjoni u frekwenza.

Evalwazzjoni statistikali

25. Iddeskrivi l-metodi ta’ evalwazzjoni analitika ta’ data akkumulata fi programmi tal-kontroll tal-kejl għall-evalwazzjoni ta’ preċiżjoni u akkuratezza tal-kejl u l-estimi ta’ inċertezza ta’ kejl (i.e. determinazzjoni tal-iżbalji li jsiru kif ġie ġie u dawk sistematiċi tal-kejl u l-limiti assoċjati ta’ l-iżbalji; proċeduri statistikali wżati biex jikkumbinaw estimi ta’ żbalji individwali tal-kejl biex jottjenu l-limiti ġenerali ta’ l-iżbalji għad-differenzi ta’ min jittrasporta u ta’ min jirċievi, l-ktieb ta’ l-inventarju u MUF).

XI INFORMAZZJONI RELEVANTI OĦRA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAS-SALVAGWARD

26. L-organizzazzjoni tal-kontabilità u l-kontroll tal-materjal.

27. Informazzjoni dwar ir-regoli tas-saħħa u tas-sigurtà li jridu jiġu osservati u li l-ispetturi jridu jimxu magħhom waqt l-istallazzjoni.

D. INSTALLAZZJONI TAL-ĦAŻNA [4]

Data …

IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-ISTALLAZZJONI

1. Isem

2. Il-post, l-indirizz eżatt flimkien man-numri tat-telefon u tat-telex

3. L-okkupant (korp jew individwali responsabbli legalment)

4. L-operatur (korp jew individwali responsabbli legalment)

5. L-istatus preżenti (diġa fis-seħħ jew id-data mistennija tad-dħul fis-seħħ)

6. L-iskop u t-tip ta ‘l-istallazzjoni

7. L-arranġament ta’ l-istallazzjoni: kontenut strutturali, ħitan u rotot ta’ aċċess, fejn hu xieraq

ARRANĠAMENT ĠENERALI TA’ L-ISTALLAZZJONI, LI JINKLUDI KARATTERISTICI LI JIRRELATAW MA’ MATERJAL TAL-KONTABILITÀ, KONTENUT U SORVELJANZA

Deskrizzjoni ta’ materjal nukleari

8. Deskrizzjoni permezz tat-tpinġija jew modd ieħor ta’ kull materjal nukleari fl-installazzjoni li turi:

(a) kull tip ta’ unità inkluzi it-trattament normali ta’ l-unitajiet;

(b) Komposizzjoni kemikali jew kostitwenti prinċipali ta’ l-illiġ;

(c) forom u dimensjonijiet;

(d) Sinjurija;

(e) piż nominali tal-materjal nukleari bit-tolleranza għad-disinn;

(f) Materjal għall-ibbanjar

(g) il-metodi ta’ l-iddentifikar ta’ l-unitajiet.

Lokalitajiet u t-trattament ta’ materjal nukleari

9. Deskrizzjoni permezz ta’ l-arranġament u l-arranġamenti ġenerali ta’ tpinġija jew b’mod ieħor:

(a) iż-żoni tal-ħażna ta’ materjal nukleari li jkun dieħel (postijiet ta’ l-inventarju);

(b) sensiela stmati ta’ inventorji ta’ materjal nukleari f’dawn il-postijiet;

(c) ħażna ta’ materjal nukleari u/jew kontejners għat-trasport bil-baħar;

(d) ir-rotot u t-tagħmir użati għat-trasport tal-materjal nukleari, jekk applikabbli.

KONTABILITÀ U KONTROLL TAL-MATERJAL NUKLEARI

Sistema tal-kontabilità

10. Deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontroll u kontabilità ta’ materjal nukleari (iddeskrivi l-oġġett u/jew is-sistema tal-massa ta’ kontabilità, inkluzi l-metodi relevanti ta’ kejl ta’ assaġġ użati ma’ l-eżattezza assessjata), forni kampjun ta’ formoli vojta użati fil-proċeduri ta’ kontroll u kontabilità.

Inventarju fiżiku

11. Deskrizzjoni ta’ proċeduri, frekwenza skedata, metodi tat-teħid ta’ l-inventarju fiżiku mill-operatur (kemm għall-oġġett u/jew is-sistema tal-massa ta’ kontabilità inkluzi l-metodi relevanti ta’ kejl ta’ assaġġ) u eżattezza mistennija.

INFORMAZZJONI RELEVANTI OĦRA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAS-SALVAGWARD

12. L-organizzazzjoni tal-kontabilità u l-kontroll tal-materjal.

13. Informazzjoni dwar ir-regoli tas-saħħa u tas-sigurtà li jridu jiġu osservati u li l-ispetturi jridu jimxu magħhom waqt l-istallazzjoni.

E. PJANTI TA’ SEPARAZZJONI TAL-ISOTOPI

Data …

IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-ISTALLAZZJONI

1. Isem

2. Il-post, l-indirizz eżatt flimkien man-numri tat-telefon u tat-telex

3. L-okkupant (korp jew individwali responsabbli legalment)

4. L-operatur (korp jew individwali responsabbli legalment)

5. L-istatus preżenti (diġa fis-seħħ jew id-data mistennija tad-dħul fis-seħħ)

6. L-Iskeda tal-bini (jekk l-installazzjoni m'hiex fis-seħħ):

(a) id-data ta’ meta jibda jinbena l-bini;

(b) Id-data ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-installazzjoni;

(c) Id-data tal-kummissjonijiet.

7. Ir-raġuni u t-tip ta’ installazzjoni (kapaċità ta’ separazzjoni nominali, faċilitajiet tas-sinjurija etc.).

8. Il-mod ta’ l-operazzjoni ta’ l-installazzjoni li tinfluwenza l-ammont ta’ materjal li kien proċessat (Sistema ta’ shift addottata, dati approssimattivi taż-żmien ta’ operazzjoni fis-sena, etċ)

9. L-arranġament tas-sit ta’ l-istallazzjoni. Mappa li turi l-perimetri u l-fond ta’ l-installazzjoni fil-forma ta’ arranġament tas-sit; bini, toroq, xmajjar, linji tal-ferroviji etċ.

10. L-arranġament ta’ l-istallazzjoni:

(a) kontenut strutturali, ħitan u rotot ta’ aċċess;

(b) Kontenut ta’ ċerti partijiet ta’ l-installazzjoni;

(ċ) rotot segwiti mill-materjal nukleari;

(d) ħażna dieħla ta’ materjal nukleari

(e) kull post prinċipali tal-proċessar u laboratorji tal-proċessar, inklużi ż-żona fejn jintiżnu u ż-żona tal-kampjuni, ż-żoni tad-dekontaminazzjoni, purifikazzjoni u ikel, etc;

(f) żoni ta’ testijiet jew esperimenti;

(g) ħażna ħierġa ta’ materjal nukleari;

(h) faċilitajiet għall-rimi ta’ l-iskart;

(i) laboratorju analitiku.

ARRANĠAMENT ĠENERALI TA’ L-ISTALLAZZJONI, LI JINKLUDI KARATTERISTICI LI JIRRELATAW MA’ MATERJAL TAL-KONTABILITÀ, KONTENUT U SORVELJANZA

Cirkolazzjoni, post u t-trattament tal-materjal nukleari

11. Deskrizzjoni permezz ta’ dijagrammi jew affarijiet oħra taż-żoni tal-ħażna u tal-proċessar. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi (jekk applikabbli):

(a) punti għat-teħħid tal-kampjuni u tal-kejl;

(b) id-daqs tal-grupp jew ir-rata tal-mixi;

(c) il-metodu ta’ l-ħażna jew ta’ ppakkjar;

(d) il-kapaċità tal-ħażna.

12. Biż-żieda ma’ l-oġġett nru.11 hawn fuq, id-deskrizzjoni ta’ l-installazzjoni għandha tinkludi:

(a) kapaċità ta’ separazzjoni;

(b) teknika u metodi tas-sinjurija;

(c) punti possibbli għall-ikel, prodotti u limitazzjonijiet;

(d) faċilitajiet għar-riċiklaġġ;

(e) it-tip u d-daqs taċ-ċilindri UF6 użati u l-metodi tal-mili u żvujtajar.

13. il-konsum tal-qawwa għandha tingħata, fejn hu neċessarju.

14. Kull dijagramma għandha tindika, taħt kondizzjonijiet ta’ ekwilibriju:

(a) l-ammont nominali ta’ materjal proċessat kull sena;

(b) inventarju fiżiku ta’ materjali waqt il-proċess;

(c) Rata ta’ telf ta’ materjal minħabba tnixxija, dekomposizzjoni, deposizzjoni, etc.;

(d) arranġamenti għall-manteniment regolari tal-pjanta (waqfien perjodiku jew tibdil kontinwu tal-komponenti etc)

15. Iddeskrivi l-kampjuni speċjali u l-punti a’ kejl assoċjati mad-dekontaminazzjoni tat-tgħammir li ma jintużax waqt il-proċess għall-manteniment jew tibdil.

16. Iddeskrivi l-punt ta’ proċess tar-rimi ta’ l-iskart, inklużi l-metodu ta’ rimi, l-perjodu tal-ħażna, it-tip ta’ rimi, etc.

Deskrizzjoni ta’ materjal nukleari

17. Iddeskrivi, permezz ta’ dijagrammi jew affarijiet oħra, l-mixi stmat u l-inventarju ta’ kull materjal nukleari għaż-żoni ta’ ħażna u proċessar. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi:

(a) forma fiżika u kimika;

(b) il-limitu tas-sinjurija għall-ikel, prodotti u limitazzjonijiet;

(c) Il-limiti tal-kontenut jew il-limitu iktar għoli mistenni għall-kull kategorija ta’ materjal solidu jew likwidu u li ntrema;

KONTABILITÀ U KONTROLL TAL-MATERJAL NUKLEARI

Is-sistema tal-kontabilità

18. Deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontabilità wżata biex tirrekordja u tirrapporta data tal-kontabilità u biex tistabbilixxi bilanċi materjali, li forni kampjuni ta’ forom li jintużaw fil-proċeduri kollha.

19. Indika meta u kemm il-darba bilanċi materjali jsiru, inklużi dawk li jsiru waqt il-kampanji. Iddeskrivi l-metodu u l-proċedura għall-aġġustament tal-kontijiet wara li jkun sar l-inventarju fiżiku.

20. Iddeskrivi l-proċedura għat-trattament tad-differenzi ta’ min jittrasporta u ta’ min jirċievi u l-metodu ta’ l-aġġustament tal-kontijiet.

21. Iddeskrivi l-proċedura biex jsiru l-korrezzjonijiet lill-kontijiet minħabba żbalji tal-proċedura jew ta’ l-iskrivan u l-effett fuq id-differenzi ta’ min jittrasporta u ta’ min jirċievi, jekk applikabli.

Inventarju fiżiku

22. Identifika l-oġġetti tat-tagħmir fuq id-dijagrammi ta’ l-oġġetti nru. 11 u 17, li huma kunsidrati bħala kontenituri għall-materjal nukleari taħt kondizzjonijiet fiżiċi ta’ l-inventarju. Iddikjara l-ħin tat-teħħid ta’ l-inventarju fiżiku.

Metodi għall-kejl, kampjuni u analiżi

23. Irreferi għad-dijagrammi ta’ l-oġġetti nru. 11 u 17 għal-lok tal-kampjuni u l-punti tal-kejl.

24. Il-metodu ta’ kif ikun stabbilit l-kejl fil-punt indikat għandu jiġi deskritt; ekwazzjonijiet jew tabelli wżati u kalkulazzjoniijiet magħmulin biex jiddeterminaw il-kwantitajiet attwali tal-piżijiet jew tal-volumi għandhom ikunu iddentifikati. Reġistrazzjoni awtomatika jew manwali tad-data għandha ssir. Il-metodu ta’ u proċeduri prattiċi għall-għażla tal-kampjuni għall-kull punt indikat għandu jkun deskritt. Indika n-numru tal-kampjuni meħudha u l-kriterja tar-rifjut.

25. Metodi analtiċi wżati għar-raġunijiet ta’ kontabilità għandhom ikunu deskritti. Referenza tista’ ssir għall-manwal jew rapport.

Kontroll ta’ precizjoni tal-kejl

26. Iddeskrivi programmi għall-evalwazzjoni kontinwa tal-piż, volum u preċiżjoni u t-teħid tal-kampjuni u għall-kalibrazzjoni tat-tagħmir assoċjat.

27. Iddeskrivi t-tip u l-kwalità ta’ l-i standards wżati għall-metodi analitiċi msemmija f’paragrafu 25, it-tip tat-tagħmir analitiku wżat, il-metodu ta’ kalibrazzjoni u l-frekwenza.

Evalwazzjoni statistikali

28. Iddeskrivi programmi ta’ evalwazzjoni ta’ l-istatistika tad-data akkumulata fi programmi tal-kontroll għall-piż, volum, kampjuni u kejl (i.e. determinazzjoni tal-iżbalji li jsiru kif ġie ġie u dawk sistematiċi tal-kejl u l-limiti assoċjati ta’ l-iżbalji); metodi statistikali wżati biex jikkumbinaw estimi ta’ żbalji individwali tal-kejl biex jottjenu il-limiti ġenerali ta’ l-iżbalji għad-differenzi ta’ min jittrasporta u ta’ min jirċievi, l-ktieb ta’ l-inventarju u MUF.

XI INFORMAZZJONI RELEVANTI OĦRA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAS-SALVAGWARDI

29. L-organizzazzjoni tal-kontabilità u l-kontroll tal-materjal.

30. Informazzjoni dwar ir-regoli tas-saħħa u tas-sigurtà li jridu jiġu osservati u li l-ispetturi jridu jimxu magħhom waqt l-istallazzjoni.

F. INSTALLAZZJONIIJIET LI FIHOM JINTUŻAW MATERJAL NUKLEARI F’KWANTITAJIET LI JAQBŻU KILOGRAMMA WAĦDA EFFETIVA

Data …

Għall-kwalunkwe installazzjoni tat-tip mhux msemmi f’Sezzjonijiet A sa E li jużaw aktar minn kilogramma waħda effetiva kull sena, l-kwestjonarju jinkludi dan li ġej:

- identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni;

- arranġament ġenerali ta’ l-installazzjoni, inklużi karatteristiċi li jirrelataw mal-kontabbilità materjali, kontenut u sorveljanza;

- is-sistema tal-kontabbilità tal-materjal nukleari u tal-kontroll, inklużi l-metodi tat-teknika għat-teħħid tal-inventarju fiżiku;

- informazzjoni oħra relevanti għall-applikazzjoni tas-salvagwardi.

L-informazzjoni mitluba taħt dawn it-titoli hija, kif applikabbli, l-istess kif deskritt fil-kwestjonarji għat-tipi ta’ l-installazzjonijiet li ġejjin taħt is-sezzjonijiet C, D u E.

G. INSTALLAZZJONIJIET OĦRA [5]

Data …

IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-INSTALLAZZJONI U TAL-MATERJAL NUKLEARI

1. Isem

2. Il-post, l-indirizz eżatt flimkien man-numri tat-telefon u tat-telex

3. L-okkupant (korp jew individwali responsabbli legalment)

4. L-operatur (korp jew individwali responsabbli legalment)

5. It-tip ta’ materjal nukleari

6. Id-deskrizzjoni tal-kontenituri wżati għall-ħażna u għat-trattament (hekk kif mitlub sabiex jiġu esplorati l-possibilità tas-siġillar).

7. Id-deskrizzjoni ta’ l-użu tal-materjal nukleari.

IL-KONTABILITÀ U KONTROLL TAL-MATERJAL NUKLEARI

8. Deskrizzjoni ġenerali tal-proċeduri li diġa jeżistu u dawk proposti għall-kontabbilità u kontroll tal-materjal nukleari, inklużi l-proċeduri għat-teħħid fiżiku ta’ l-inventarju.

9. L-organizzazzjoni tal-kontabilità u l-kontroll tal-materjal.

[1] Oġġetti 11 sa 14 iridu jitwieġbu għal kull tip ta’ twaqqif fl-istallazzjoni. Għandha tintuża t-terminoloġija konsistenti ma’ oġġett 11.

[2] Iridu jkunu provduti għal kull twaqqif kritiku jekk fl-istallazzjoni jkun hemm aktar minn waħda.

[3] Iridu jkunu provduti għal kull twaqqif kritiku jekk fl-istallazzjoni jkun hemm aktar minn waħda.

[4] Installazzjonijiet separati li normalment m'humiex assoċjati mas-sinjurija, konverżjoni, fabbrikazzjoni, reatturi u reproċessar kemikali u installazzjonijiet ta’ l-irkupru.

[5] It-terminu "oħrajn" tiddenota l-installazzjonijiet kollha mhux koperti mis-Sezzjonijiet A sa F, u fejn il-materjal nukleari f’kwantitajiet li ma jaqbzux kilogramma waħda effetiva huwa wżat bi drawwa.

--------------------------------------------------

ANNEX II

+++++ TIFF +++++

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Installazzjoni:

Isem u indirizz ta’ installazzjoni fir-rapport u, fl-eventwalità ta’ trasferiment, l-isem u l-indirizz ta’ l-installazzjoni li tikorrispondi (ir-riċevitur fil-każ tat-tagħbija u min jittrasporta fil-każ tar-riċeviment tal-merkanzija).

(2) MBA:

Il-kodiċi taż-żona ta’ bilanċ tal-materjal msemmi fir-rapport. Din il-kodiċi hija notifikata għall-installazzjoni konċernata fil-proviżjonijiet partikolari tas-salvagward.

(3) Data:

Il-ġurnata, x-xahar u s-sena li saret il-bidla fl-inventarju.

(4) KMP:

Il-punt ewlieni tal-kejl. Dawn il-kodiċi huma notifikati għall-installazzjoni konċernata fil-proviżjonijiet partikolari tas-salvagward. Il-kodiċi relevanti mal-bidla rapportata fl-inventarju għandha tintuża.

(5) Kejl:

Il-bażi fuq liem il-kwantità tal-materjal nukleari rapportat kien stabbilit għandu jkun indikat. Wieħed minn dawn il-kodiċi għandu jkun wżat kif xieraq

Kejl | Stima | Spjegazzjoni |

M | E | Fiż-żona tar-rapportaġġ tal-bilanċ materjali |

N | F | F’żona oħra tal-bilanċ materjali |

T | G | Fiż-żona tar-rapportaġġ tal-bilanċ materjali meta l-piżijiet ikunu diġa ngħataw f’rapport tal-bidla ta’ l-inventarju preċedenti jew f’lista ta’ l-inventarju fiżiku |

L | H | F’żona oħra tal-bilanċ materjali meta l-piżijiet ikunu diġa ngħataw f’rapport tal-bidla ta’ l-inventarju preċedenti jewf’lista ta’ l-inventarju fiżiku għaż-żona preżenti tal-bilanċ materjali |

(6) It-tip ta’ bidla ta’ inventarju:

It-tip ta’ bidla ta’ l-inventarju għandu jkun rapportat. Waħda minn dawn il-kodiċi għandha tkun użata

Keyword | Kodiċi | Spjegazzjoni |

Irċevuta | RD | L-irċevuta ta’ materjal nukleari minn żona tal-bilanċ materjali fil-Komunità |

Importazzjoni | RF | L-importazzjoni tal-materjal nukleari minn barra l-Komunità |

Irċevuta ta’ attività mhux salvagwardata | RN | Irċevuta ta’ materjal nukleari minn attività mhux salvagwardata (Artikolu 35) |

Tagħbija | SD | Trasferiment ta’ materjal nukleari lill-żona tal-bilanċ materjali fil-Komunità |

Esportazzjoni | SF | L-esportazzjoni tal-materjal nukleari barra l-Komunità |

Tagħbija lill-attività mhux salvagwardata | SN | Trasferiment ta’ materjal nukleari lill-attività mhux salvagwardata (Artikolu 35) |

Rimi ta’ qies | LD | Kwantità ta’ materjal nukleari, ta’ qies jew stmat fuq il-bażi ta’ qisien, li kien mormi mill-ipproċessar b’mod li m’għadux tajjeb għall-aktar użu nukleari. Il-kwantità ta’ materjal nukleari involut għandu jitnaqqas mill-inventarju taż-żona ta’ bilanċ materjali |

Trasferiment ta’ skart ritenut | TW | Kwantità ta’ l-iskart, ta’ qies jew stmat fuq il-bażi ta’ qisien, li ġie trasferit f’lok speċifiku fiż-żona ta’ bilanċ materjal, minn fejn jista jinġab lura. Il-kwantità ta’ materjal nukleari involut għandu jitnaqqas mill-inventarju taż-żona ta’bilanċ materjali (Skart ritenut ifisser li jinkludi wkoll materjal nukleari li huwa kunsidrat bħala dak li ma jistax jerġa jinġieb lura ekonomikament permezz tat-teknoloġija kurrenti) |

Retrasferiment minn skart ritenut | FW | Retrasferiment ta’ kwantità ta’ materjal nukleari mill-kategorija ta’ l-iskart ritenut lill-inventarju taż-żona ta’ bilanċ materjali. Din tapplika kull meta l-materjal nukleari fil-kategorija ta’ l-iskart ritenut huwa mneħħi mill-lok speċifiku ġewwa ż-żona tal-bilanċ materjali jew għall-ipproċessar fiż-żona ta’ bilanċ materjali jew għat-tagħbija miż-żona tal-bilanċ materjali |

Twarrib mill-iskart ritenut | WD | Trasferiment ta’ kwantità ta’ materjal nukleari mill-kategorija ta’ skart ritenut lill-twarrib ta’ qies. Din il-bidla fl-inventarju jieħu post iż-żewġt bidliet fl-inventarju "Retrasferiment mill-iskart ritenut (FW)" u "Rimi ta’ qies(LD)" Il-kwantità ta’ materjal nukleari involut ma jaffetwax l-inventarju taż-żona ta’ bilanċ materjali |

Telf aċċidentali | LA | Telf li ma jitreġġax lura u li huwa inadvertenti ta’ kwantità magħrufa ta’ materjal nukleari bħala riżultat ta’ aċċident operazzjonali |

Eżenzjoni | EU | Eżenzjoni ta’ kwantità ta’ materjal nukleari mid-deklarazzjoni (Artikolu 22). Il-kwantità a’ materjal nukleari involut għandu jitnaqqas mill-inventarju taż-żona ta’bilanċ materjali |

De-eżenzjoni | DU | De-eżenzjoni ta’ kwantità ta’ materjal nukleari li qabel kienu eżentati mid-deklarazzjoni (Artikolu 22). Il-kwantità ta’ materjal nukleari involut għandu jiġi miżjud mal-inventarju taż-żona ta’bilanċ materjali |

Bidla tal-kategorija | CC | Trasferiment tal-kontabbilità ta’ kwantità ta’ materjal nukleari minn kategorija (Artikolu 21) għall-oħra |

Rigruppament | RB | Trasferiment tal-kontabbilità ta’ kwantità ta’ materjal nukleari minn grupp għall-ieħor. Jintuża biss jekk is-segwiment tal-grupp huwa meħtieġ fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward |

Bidla partikolari fl-obligazzjoni | CR | Trasferiment tal-kontabbilità ta’ kwantità ta’ materjal nukleari minn obbligazzjoni ta’ salvagward partikolari (Artikolu 20), li għalih il-materjal nukleari huwa suġġett, għall-ieħor |

Bidla fl-użu | CU | Trasferiment tal-kontabbilità ta’ kwantità ta’ materjal nukleari minn użu (Artikolu 9), li għalih il-materjal kien assenjat, għall-ieħor |

Trasformazzjoni nukleari | NT | Żieda jew nuqqas fil-kwantità ta’ materjal nukleari minħabba t-trasformazzjoni nukleari, eż. bil-fissjoni, qbid jew tmermir radjuattiv |

Differenzi ta’ min jittrasporta u ta’ min jirċievi | DI | Differenzi ta’ min jittrasporta u ta’ min jirċievi (Artikolu 36 (u)) |

Qies ġdid | NM | Kwantità ta’ materjal nukleari li għalih ikun ingħata rendikont fiż-żona ta’ bilanċ materjali, li huwa d-differenza bejn il-kwantità miżurata l-ġdida u l-kwantità li ngħata rendikont tiegħu qabel u li m'huwiex la differenza ta’ min jittrasporta u lanqas ta’ min jirċievi u lanqas korrezzjoni |

L-arrotondar taċ-ċifri | RA | L-aġġustament ta’ l-arrotondar taċ-ċifri biex is-somma fil-kwantitajiet arrotondati rapportati f’perjodu mogħti jikkoinċidu mat-tmiem tal-ktieb ta’ l-inventarju taż-żona ta’ bilanċ materjali, jekk huwa xieraq |

It-tmiem tal-ktieb ta’ l-inventarju | BA | L-inventarju tal-ktieb fit-tmiem ta’ xahar, separat għall-kull kategorija ta’ materjal nukleari |

Nera pakitimo | NC | Mingħajr bidla fl-inventarju matul ix-xahar |

(7) MBA li tikkorispondi:

Għal ċerti bidliet ta’ l-inventarju li huma mniżżla hawn taħt, il-kodiċi li tikkorrispondi maż-żona ta’ bilanċ materjali għandu jiġi rapportat.

(a) Irċevuta (RD):

Il-kodiċi taż-żona ta’ bilanċ tal-materjal ta’ navigazzjoni.

(b) Importazzjoni (RF):

Il-kodiċi taż-żona ta’ bilanċ tal-materjal ta’ esportazzjoni (jekk mhuwiex magħruf, il-kodiċi tal-pajjiż ta’ l-Istat li qed jesporta huwa biżżejjed).

(c) Tagħbija (SD):

Il-kodiċi taż-żona ta’ bilanċ tal-materjal dieħel.

(d) Esportazzjoni (SF):

Il-kodiċi taż-żona ta’ bilanċ tal-materjal ta’ importazzjoni (jekk m'huwiex magħruf, il-kodiċi tal-pajjiż ta’ l-Istat li qed jesporta huwa biżżejjed).

(8) Titolu tal-grupp:

It-titolu tal-grupp jista’ jkun magħżul mill-operatur però:

(a) fil-każ tal-bidla fl-inventarju "Irċevuta (RD)", it-titolu tal-grupp magħżul mill-imbarkatur għandu jkun wżat;

(b) Titolu ta’ grupp m’għandux jintuża darb’ oħra għall-grupp ieħor fl-istess żona ta’ bilanċ materjali;

(c) jekk is-segwiment tal-grupp huwa mitlub fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward, l-istess titolu tal-grupp li kien użat qabel għandu jkun ripetut. Ma jistax ikun hemm zewġ gruppi bl-istess titolu fl-istess ħin fiż-żona tal-bilanċ materjali (f’dan il-każ it-titolu tal-grupp jista jinbidel billi tintuza l-bidla ta’ l-inventarju "Re-gruppjar (RB)").

(9) Numru ta’ oġġetti:

In-numru ta-oġġetti simili li jagħmlu parti mill-grupp għandu jiġi rapportat. Jekk bidla fl-inventarju tikkonsisti f’bosta linji ta’ l-entrati, in-numru ta’ l-oġġetti fil-grupp jingħata skond is-somma tan-numru ta’ oġġetti fil-linji ta’ l-entrati singolari.

Għan-noti konċiżi li jikonsistu f’bosta linji ta’ l-entrati, dawn il-kolonni għandhom ikunu wżati għan-numerazzjoni f’ordni tas-sekwenza, ara (24)

(10) Deskrizzjoni tal-materjal:

Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw. Għandhom jintużaw fl-ordni ta’ dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a) Forma (kolonni 32 u 33)

Kategorija prinċipali | Sotto-kategorija | Kodiċi |

Metalli | - | OR |

Konċentrati | - | YC |

Hexafluworidu tal-uranju (UF6) | - | U6 |

Tetrafluworidu tal-uranju (UF4) | - | U4 |

Soluzzjonijiet | Nitrat | LN |

Fluworidu | LF |

Oħrajn | LO |

Trab | Omoġenji | PH |

Eteroġenji | PN |

Ċeramika | Gerbub | CP |

Sferi | CS |

Oħrajn | CO |

Metall | Pur | MP |

Ligi | MA |

Karburant | Vireg, labar | ER |

Pjanċi | EP |

Gzuz | EB |

Tagħqid flimkien | EA |

Oħrajn | EO |

Sorsi siġillati | - | QS |

Kwantitajiet żgħar | - | SS |

Kampjuni |

Fdal | Omoġenji | SH |

Eteroġenji (cleanouts, nagaturi, skart, multi, oħrajn) | SN |

Skart solidu | Qxur ta’ barra | AH |

Mħallta (plastikk, ingwanti, karti, etċ) | AM |

Tagħmir ikkontaminat | AC |

Oħrajn | AO |

Skart likwidu | Ta’ attività baxxa | WL |

Ta’ attività medja | WM |

Ta’ attività għolja | WH |

(b) It-tip ta’ kontenitur jew element ta’ karburant (kolonna 34):

Tip ta’ kontenitur | Kodiċi |

Cilindru | Ċ |

Pakkett | P |

Tankijiet | D |

Unità tal-karburant diskret | S |

Gaġġa ta’ l-għasafar | B |

Flixkun | F |

Tank jew kontenitur ieħor | T |

Oħrajn | O |

(c) Stat ta’ materjal nukleari (kolonna 35):

Stat | Kodiċi |

Materjal nukleari frisk | F |

Materjal nukleari radjat | I |

Skart ritenut | W |

Materjal li ma jistax jerġa’ jinġieb lura | N |

Materjal li jista’ jerġa’ jinġieb lura | R |

(11) Element:

Il-kategoriji li ġejjin tal-materjal nukleari għandhom jintużaw

Kategorija | Kodiċi |

Uranju mbattal | D |

Uranju naturali | N |

Uranju mogħni b’livell baxx (sa 20 % u inkluż l-20 % tas-sinjurija) | L |

Uranju mogħni b’livell għoli (il-fuq minn 20 % tas-sinjurija) | P |

Plutonju | P |

Torju | T |

Jekk grupp għandu aktar minn kategorija waħda ta’ materjal nukleari, linji ta’ l-entrati separati għandhom jintużaw għall kull kategorija.

(12) Il-piż ta’ l-element:

Il-piż ta’ l-element msemmi fi (11) għandu jkun rapportat. L-unitajiet li ġejjin għandhom jintużaw: L-inqas grammi ta’ plutonju u uranju mogħni, l-inqas kilogrammi ta’ torju, uranju naturali u uranju mbattal. Madankollu, ċ-ċifri diġitali li jidhru fuq ir-rekordji tal-kontijiet għandhom ikun rapportati. Fil-każ ta’ bidla fl-inventarju "Trasformazzjoni nukleari (NT)", "Differenzi ta’ min jitrasporta u ta’ min jirċievi (DI)", "Qies ġdid (NM)" u "L-arrotondar taċ-ċifri (RA)", il-kwantitajiet li jnaqqsu l-inventarju għandhom ikunu markati b’sinjal ta-tnaqqis (-) quddiem il-figura.

(13) Unità:

L-unità tal-piż ta’ l-element għandu jkun identifikat jekk huwa differenti mill-unitajiet standard indikati fil-(12). Uża l-kodiċi K għall-kilogrammi jew il-kodiċi G għall-grammi.

(14) Isotopi:

Dan il-kodiċi jindika t-tip ta’ isotopi fissili involuti u għandu jkun rapportat biss fil-każ li l-piż ta’ l-isotopi fissili huwa rapportat. Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw.

Kodiċi | Spjegazzjoni |

G | U-235 |

K | U-233 |

J | U-235 li miegħu jingħad U-233 |

(15) Il-piż ta’ isotopi fissili:

Sakemm ma jingħadx mod ieħor fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward, il-piż ta’ l-isotopi fissili għandu jkun rapportat biss għall-uranju mogħni u bidliet fil-kategorija li jinvolvu uranju mogħni. L-istess unità tal-piż li jikkorrespondi ma’ l-element għandu jkun wżat. Ir-rimarki taħt (12) li jikkonċernaw is-sinjal taċ-ċifra japplikaw hawnhekk ukoll.

(16) Unità:

L-unità tal-piż ta’ l-isotopi fissili għandha tkun identifikata jekk hija differenti mill-unitajiet standard indikati fil-(15). Uża l-kodiċi K għall-kilogrammi jew il-kodiċi G għall-grammi.

(17) Obbligazzjoni:

Indikazzjoni ta’ l-obbligazzjoni partikolari tas-salvagward midħul għalih mill-Komunità taħt ftehim konkluż ma pajjiż terż li m'huwiex membru jew organizzazzjoni internazzjonali, li għalih il-materjal nukleari huwa suġġett (Artikolu 20). Il-Kummissjoni tikkomunika lill-installazzjonijiet il-kodiċi xierqa u kull modifikazzjoni sussegwenti.

(18) Użu:

Indikazzjoni, permezz ta’ kodiċi b’żewġ karattri, ta’ l-użu tal-materjal nukleari (Artikolu 9). L-indikazzjoni ta’ l-użu huwa mandatorju biss għat-trasferimenti ġewwa u barra installazzjoni (Artikolu 14). Il-kodiċi li jkun ser jiġi applikat għandu jkun imfisser mill-installazzjoni konċernata taħt dawn il-kondizzjonijiet:

(a) il-materjali nukleari kollha li huma assenjati għall l-istess użu għandhom ikunu identifikati mill-istess kodiċi;

(b) is-sinifikat tal-kodiċi li huwa wżat għall l-ewwel darba għandu jiġi komunikat lil-Kummissjoni minn qabel;

(c) użu differenti għandhom ikunu identifikati permezz tal-kodiċi differenti;

(d) jekk, fl-istess installazzjoni, l-materjal nukleari huwa assenjat għall-użu differenti minn dak rapportat qabel, din il-bidla għandha tkun rapportata permezz ta’ bidla fl-inventarju "Bidla fl-użu (CU)".

(19) Informazzjoni li tikkorrispondi:

Għall-ċerti bidliet fl-inventarju li huma mniżżlin hawn taħt, l-informazzjoni li tikkorispondi għandha tkun rapportata.

(a) Bidla tal-kategorija (CC):

Il-kodiċi tal-kategorija tal-materjal nukleari qabel ma saret il-bidla. (Il-kodiċi li tikkorrispondi wara li tkun saret il-bidla għandha tkun rapportata fil-(11)).

(b) Bidla fl-obligazzjoni partikolari (CR):

Kodiċi ta’ l-obligazzjoni partikolari tas-salvagward, li għaliha l-materjal nukleari huwa suġġett, qabel il-bidla. (Il-kodiċi li tikkorispondi wara li tkun saret il-bidla għandha tkun rapportata fil-(17)).

(c) Bidla fl-użu (CU):

Kodiċi ta’ l-użu, li għalih il-materjal nukleari kien assenjat, qabel ma tkun saret il-bidla. (Il-kodiċi li jikkorispondi wara li tkun saret il-bidla għandu jkun rapportat fil-(18)).

(d) Regruppjar (RB):

It-titolu tal-grupp qabel ma jkun sar ir-regruppjar li japplika biss jekk is-segwiment tal-grupp huwa mitlub fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward u l-operatur jixtieq jbiddel titolu tal-grupp eżistenti. (It-titolu tal-grupp wara li tkun saret il-bidla għandu jkun rapportat fil-(8)).

(20) Entrati:

Din il-kolonna hija provduta biss għall-indikazzjoni tal-linji ta’ l-entrati partikolari u għandhom jitlestew biss f’dawn il-każijiet li ġejjin

Kodiċi | Spjegazzjoni |

I | Il-linja ta’ l-entrati għandha l-komposizzjoni isotopika, ara (23) |

N | Il-linja ta’ l-entrati għandha nota konċiża, ara (24) |

(21) Korrezzjoni:

Korrezzjonijiet għandhom isiru billi jitħassru l-linji(a) ta’ l-entrati l-ħziena u jiżdiedu l-linji(a) ta’ l-entrati t-tajba. Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw:

Kodiċi | Spjegazzjoni |

D | Tħassir. Il-linja ta’ l-entrata li trid tkun imħassra għandha tkun repetuta fl-intier tagħha (sa u li tinkludi l-kolonna 73), barra (3) li trid turi d-data li fiha sar it-tħassir fir-rekordji tal-kontabbilità |

A | Żieda. Il-linja ta’ l-entrati korretta għandha tkun rapportata fl-intier tagħha (sa u li tinkludi l-kolonna 73). Fil(3), id-data li fiha tkun saret iż-żieda fir-registrazzjoni tal-kontabbilità trid tkun rapportata |

(22) Data Oriġinali:

Fil-każ ta’ korrezzjoni, l-ġurnata, x-xahar u s-sena, li fihom il-linja ta’ l-entrata, li trid tkun ikkorreġuta, kienet oriġinarjament magħmula, għandha tkun rapportata.

(23) Data isotopika:

Jekk speċifikat fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward, il-persentaġġ bil-piż ta’ l-isotopi għandu jkun rapportat. Akkuratezza ta’ mill-inqas żewġt punti deċimali huwa mitlub. L-informazzjoni fil-(2) sa (4), (6), u (8) sa (11) tal-linja ta’ l-entrati, li għaliha d-data isotopika tirreferi, għandha tkun repetuta fil-kolonni relevanti ta’ din l-linja ta’ l-entrati.

(24) Noti konċiżi:

Spjegazzjoni ta’ bidla ta’ l-inventarju għandha tingħata (Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament). L-informazzjoni fil-(2) sa (6), (8), u (10) sa (11) tal-linja ta’ l-entrati, li għaliha n-noti konċiżi jirreferu, għandha tkun repetuta fil-kolonni relevanti ta’ din l-linja ta’ l-entrati.

Noti konċiżi jistgħu jkunu rapportati wkoll taħt (25) fuq karta separata.

(25) Rimarki:

Spazju disponibbli għall-operatur.

RIMARKI ĠENERALI LI JIKKONCERNAW IL-KONKLUŻJONI TAL-FORMULA TAR-RAPPORT

1. Fil-każ tat-trasferiment tal-materjal nukleari, min jittrasporta għandu jipprovdi ir-riċevitur bl-informazzjoni kollha neċessarja għar-rapport tal-bidla ta’ l-inventarju.

2. Fil-każijiet msemmija fil-(19), id-differenzi huma rapportati direttament fil-linja singolari ta’ l-entrati (kontabbilità diretta). Madankollu, l-operatur huwa ħieles li jirapporta informazzjoni żejda bħal linji ta’ l-entrati per eżempju biex juri d-derivazzjoni ta’ dawn id-differenzi, sakemm huwa jikkodifika din l-informazzjoni b’mod miftiehem.

3. Il-kolonni xierqa kollha għandhom ikunu kompleti. L-informazzjoni għandha tkun imdaħħla fl-ispazji korretti.

4. Jekk il-Kummissjoni taqbel, rapporti jistgħu jkunu prodotti permezz tal-kompjuter u jistgħu jintbgħatu lill-Kummissjoni f’forma li tinqara mill-kompjuter, sakemm l-informazzjoni kollha mitluba minn dan ir-Regolament hija inkluża fihom.

5. Jekk id-data numerika għandha frazzjonijiet ta’ unitajiet, il-punt deċimali għandu jkun wżat biex jissepara il-postijiet deċimali.

6. L-54 karattru li ġejjin jistgħu jintużaw: Is-26 ittra kapitali A-Z, iċ-ċifri 0 sa 9 u l-karattri li juru "addizzjoni", "sotrazzjoni", "slash", "asteriska", "spazju", "akbar minn", "iżgħar minn", "punt", "virgola", "parentesi miftuħa", "parentesi magħluqa", "żewġ punti", "dollaru", "persentaġġ, marka tal-kwotazzjoni" ,"virgola u punt" u"marka tal-mistoqsija". L-ittra "O" għandha tkun maqsuma biex tiġi evitata l-konfużjoni maċ-ċifra "0".

7. A bażi ta’ l-Artikolu 79 tat-Trattat, dawk suġġetti għall-bżonnijiet tas-salvagward għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru konċernat bil-komunikazzjonijiet li jsiru lill-Kummissjoni a bażi ta’ dak l-Artikolu.

8. Il-formoli, mimlija u firmati kif xieraq, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-Direttorat tas-Salvagwardi ta’ l-Eurotom, il-Bini "Jean Monnet", Kirchberg, il-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu).

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Installazzjoni:

Isem u indirizz ta’ installazzjoni fir-rapport.

(2) Bidu tal-perjodu tar-rapportaġġ:

Id-data li fiha l-perjodu tar-rapportaġġ jibda. i.e. fis-siegħa 00.00 fil-ġurnata ta’ wara l-ġurnata li fiha jkun ittieħed l-inventarju fiżiku preċedenti.

(3) Kategorija:

Il-kategorija tal-materjal nukleari, għall-liem ir-rapport tal-bilanċ materjali huwa stabbilit.

(4) MBA:

Kodiċi taż-żona ta’ bilanċ tal-materjal msemmi fir-rapport. Din il-kodiċi hi notifikata għall-installazzjoni konċernata fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward.

(5) Data:

Il-ġurnata, xahar u sena li fihom l-inventarju fiżiku preżenti ttieħed. Il-perjodu tar-rapportaġġ jagħlaq fis-siegħa 24.00 ta’ dik il-ġurnata.

(6) Informazzjoni ta’ l-inventarju:

It-tipi differenti ta’ l-informazzjoni ta’ l-inventarju għandhom jidaħħlu, jekk xieraq, fis-sekwenza indikata hawn taħt. Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw:

Kelma ewlenija | Kodiċi | Spjegazzjoni |

Bidu ta’ l-inventarju fiżiku | PB | L-inventarju fiżiku fil-bidu tal-perjodu tar-rapportaġġ |

Bidliet ta’ l-inventarju (għall-kodiċi ara (6) tan-Noti ta’ Spjegazzjoni mal-Anness II) | | Għal kull tip ta’ bidla f-inventarju, linja ta’ l-entrati konsolidata għandha ssir għall-perjodu kollu tar-rapportaġġ (l-ewwel iż-żidiet, imbagħad it-tnaqqis) |

It-tmiem tal-ktieb ta’ l-inventarju | BA | L-inventarju fiżiku fit-tmiem tal-perjodu tar-rapportaġġ |

It-tmiem ta’ l-inventarju fiżiku | PE | L-inventarju fiżiku fit-tmiem tal-perjodu tar-rapportaġġ |

Materjal li għalih ma ngħatax rendikont | MF | Materjal li għalih ma ngħatax rendikont. Għandu jiġi kalkulat bħala ’It-tmiem tal-ktieb ta’ "l-inventarju (BA)" issotrat minn "It-tmiem ta’ l-inventarju fiżiku (PE)" |

(7) Element:

Rapporti separati tal-bilanċ materjali għandhom jiġu stabbiliti għal kull kategorija ta’ materjal nukleari. Il-kodiċi mogħtija fl-(11) tan-Noti ta’ Spjegazzjoni ma’ l-Anness II għandhom ikunu wżati.

(8) sa (12):

Noti ta’ Spjegazzjoni (12), (13), (14), (15) u (16) ma’ l-Anness II huma applikabbli.

(13) Korrezzjoni:

Korrezzjonijiet għandhom isiru billi jitħassru l-linji(a) ta’ l-entrati l-ħziena u jiżdiedu l-linji(a) ta’ l-entrati t-tajba. Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw:

Kodiċi | Spjegazzjoni |

D | Tħassir. Il-linja ta’ l-entrati li trid tiġi mħassra għandha tkun rapportata fl-intier tagħha (sa u li tinkludi l-kolonna 73). |

A | Żieda. Il-linja ta’ l-entrati korretta għandha tkun rapportata fl-intier tagħha (sa u li tinkludi l-kolonna 73). |

(14) Rimarki:

Spazju disponibbli għall-operatur.

RIMARKI ĠENERALI LI JIKKONCERNAW IL-KONKLUŻJONI TAL-FORMULA TAR-RAPPORT

Rimarki ġenerali 3, 4, 5, 6, 7, u 8 fit-tmiem tan-Noti ta’ Spjegazzjoni ma’ l-Anness II huma applikabbli mutatis mutandis.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

NOTI TA' SPJEGAZZJONI

(1) Installazzjoni:

Isem u indirizz ta' installazzjoni fir-rapport.

(2) MBA:

Il-kodiċi taż-żona ta' bilanċ tal-materjal msemmija fir-rapport. Din il-kodiċi hija notifikata għall-installazzjoni konċernata fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward.

(3) Data:

Id-data, xahar u s-sena li fhom l-inventarju fiżiku, li kien jirrefletti s-sitwazzjoni fis-siegħa 24.00, kien meħud.

(4) KMP:

Il-punt ewlieni tal-kejl. Dawn il-kodiċi huma notifikati għall-installazzjoni konċernata fil-proviżjonijiet partikolari tas-salvagward.

(5) Kejl:

In-Nota ta' Spjegazzjoni (5) ma' l-Anness II huwa applikabbli.

(6) Speċifikazzjoni tal-grupp:

Jekk is-segwiment tal-grupp huwa mitlub fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward, l-ispeċifikazzjoni tal-grupp li kien wżat qabel għall dak il-grupp, f'rapport ta' bidla fl-inventarju jew f'lista preċedenti ta' l-inventarju fiżiku, għandu jiġi repetut.

(7) sa (16):

Noti ta' Spjegazzjoni (9), (10), (11), (12), (13), (14), (15), (16), (17) u (18) ma' l-Anness II huma applikabbli.

(17) Korrezzjoni:

Korrezzjonijiet għandhom isiru billi jitħassru l-linji(a) ta' l-entrati l-ħziena u jiżdiedu l-linji(a) ta' l-entrati t-tajba. Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw

Kodiċi | Spjegazzjoni |

D | Tħassir. Il-linja ta' l-entrati li trid tiġi mħassra għandha tkun rapportata fl-intier tagħha (sa u li tinkludi l-kolonna 73). |

A | Żieda. Il-linja ta' l-entrati korretta għandha tkun rapportata fl-intier tagħha (sa u li tinkludi l-kolonna 73). |

(18) Rimarki:

Spazju disponibbli għall-operatur.

RIMARKI ĠENERALI LI JIKKONCERNAW IL-KONKLUŻJONI TAL-FORMULA TAR-RAPPORT

Jekk fil-ġurnata li jittieħed l-inventarju fiżiku ma hemmx materjal nukleari fiż-żona tal-bilanċ materjali, (1), (2), (3) u (9) ta' hawn fuq biss għandhom jimtlew fir-rapport.

Rimarki ġenerali 3, 4, 5, 6, 7, u 8 fit-tmiem tan-Noti ta' Spjegazzjoni ma' l-Anness II huma applikabbli mutatis mutandis.

--------------------------------------------------

ANNESS V

+++++ TIFF +++++

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Il-kodiċi taż-żona tal-bilanċ materjali notifikat lill-installazzjoni konċernata fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward.

(2) Isem, indirizz u pajjiz ta’ l-imbarkazzjoni ta’ l-installazzjoni u ta’ l-installazzjoni li qed tirċievi l-materjal nukleari. Fil-każ ta’ l-esportazzjoni ‘l barra mir-Renju Unit, ir-reċevitur ta’ l-aħħar destinazzjoni għandu jkun indikat ukoll fejn applikabbli.

(3) Il-piż totali ta’ l-elementi għandu jkun identifikat f’kilogrammi għall-uranju naturali u mbattal u għat-torju, u fi grammi għall-uranju għani u plutonju. Il-piz ta’ l-isotopi fissili għandu jkun identifikat, jekk applikabbli.

(4) Il-komposizzjoni kemikali għandu jkun identifikat.

(5) Jekk applikabbli, l-grad tas-sinjurija jew il-komposizzjoni isotopika għandhom ikunu identifikati.

(6) Uża d-deskrizzjoni tal-materjali hekk kif msemmija fl-Anness II (10) ma dan ir-Regolament.

(7) In-numru ta’ l-oġġetti inklużi fl-imbarkazzjoni għandhom ikunu identifikati.

(8) Id-deskrizzjoni (it-tip) tal-kontenituri, inklużi l-karatteristiċi li jippermettu l-issiġillar.

(9) Data ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-imbarkazzjoni (eż. Marki jew numri tal-kontenitur).

(10) Indika, kif applikabbli, il-mezz tat-trasport.

(11) Indika l-lok fiż-żona tal-bilanċ materjali fejn il-materjal nukleari huwa preparat għall-imbarkazzjoni u fejn jiġi identifikat, u fejn il-kwantità u l-komposizzjoni tiegħu jistgħu jkunu verifikati jekk possibbli.

(12) L-aħħar ġurnata meta l-materjal jista jkun identifikat u meta l-kwantità u l-komposizzjoni tiegħu jistgħu jkunu verifikati jekk possibbli.

(13) Dati approssimattivi tad-dispaċċ u tal-wasla mistenija fid-destinazzjoni.

(14) Indika l-użu għal-liem il-materjal nukleari kien assenjat.

(15) Agħti partikolari kif xieraq:

- il-Ftehim milħuq mill-Komunità ma’ Stat mhux Membru jew ma’ organizazzjoni internazzjonali taħt liema l-materjal ikun trasferit;

- l-awtorizazzjoni tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 59 tat-Trattat;

- id-data li fiha ġie konkluż il-kuntratt jew gie kunsidrat bħala konkluż mill-Aġenzija Fornitriċi u kull referenza utili;

- għall-kuntratti ta’ xogħol (l-Artikolu 75 tat-Trattat) u għall-kuntratti għall-ħażna ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjal (l-Artikolu 74 tat-Trattat u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru.17/66/Euratom, hekk kif emendat mir-Regolament (Euratom) Nru. 3137/74), data ta-notifikazzjoni lill-Aġenzija Fornitriċi u kwalunkwe referenza utili.

NB:

A bażi ta’ l-Artikolu 79 tat-Trattat, dawk suġġetti għall-bżonnijiet tas-salvagward għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru konċernat bil-komunikazzjonijiet li jsiru lill-Kummissjoni a bażi ta’ dak l-Artikolu.

Din il-formula, mimlija u firmata kif xieraq, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-Direttorat tas-Salvagwardi ta’ l-Eurotom, il-Bini "Jean Monnet", Kirchberg, il-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu).

--------------------------------------------------

ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Il-kodiċi taż-żona ta’ bilanċ tal-materjal msemmi fir-rapport notifikat lill-installazzjoni konċernat fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward.

(2) Isem, indirizz u pajjiz ta’ l-imbarkazzjoni ta’ l-installazzjoni u ta’ l-installazzjoni li qed tirċievi l-materjal nukleari.

(3) Il-piż totali ta’ l-elementi għandu jkun identifikat f’kilogrammi għall-uranju naturali u mbattal u għat-torju, u f’grammi għall-uranju għani u plutonju. Il-piz ta’ l-isotopi fissili għandu jkun identifikat, jekk applikabbli.

(4) Il-komposizzjoni kemikali għandu jkun identifikat.

(5) Jekk applikabbli, l-grad tas-sinjurija jew il-komposizzjoni isotopika għandhom ikunu identifikati.

(6) Uża d-deskrizzjoni tal-materjali hekk kif msemmija fl-Anness II (10) ma dan ir-Regolament.

(7) In-numru ta’ l-oġġetti inklużi fl-imbarkazzjoni għandhom ikunu identifikati.

(8) Deskrizzjoni (it-tip) tal-kontenituri, u jekk possibbli, tas-siġilli mwaħħlin.

(9) Indika, kif applikabbli, l-mezz tat-trasport.

(10) Id-data mistennija jew attwali tal-wasla fiż-żona tal-bilanċ materjali msemmi fir-rapport.

(11) Indika l-lok fiż-żona tal-bilanċ materjali fejn il-materjal nukleari huwa maħruġ mill-ippakkjar u fejn jiġi identifikat, u fejn il-kwantità u l-komposizzjoni tiegħu jistgħu jkunu verifikati.

(12) Data(i) meta l-materjal ikun ser jiġi maħruġ mill-ippakkjar.

(13) Agħti partikolari kif xieraq:

- il-Ftehim milħuq mill-Komunità ma’ Stat mhux Membru jew ma’ organizazzjoni internazzjonali taħt liema l-materjal ikun trasferit;

- id-data li fiha ġie konkluż il-kuntratt jew ikkunsidrat bħala konkluż mill-Aġenzija Fornitriċi u kull referenza utili;

- għall-kuntratti ta’ xogħol (l-Artikolu 75 tat-Trattat) u għall-kuntratti għall-ħażna ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjal (l-Artikolu 74 tat-Trattat u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru.17/66/Euratom, hekk kif emendat mir-Regolament (Euratom) Nru. 3137/74), data ta-notifikazzjoni lill-Aġenzija Fornitriċi u kull referenza utili.

NB:

A bażi ta’ l-Artikolu 79 tat-Trattat, dawk suġġetti għall-bżonnijiet tas-salvagward għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru konċernat bil-komunikazzjonijiet li jsiru lill-Kummissjoni a bażi ta’ dak l-Artikolu.

Din il-formula, mimlija u firmata kif xieraq, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-Direttorat tas-Salvagwardi ta’ l-Eurotom, il-Bini "Jean Monnet", Kirchberg, il-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu).

--------------------------------------------------

ANNESS VII

+++++ TIFF +++++

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Id-dikjarazzjoni ta’ l-imbarkazzjonijiet għandha ssir l-iktar tard fit-tmiem ta’ Jannar ta’ kull sena għas-sena preċedenti separatament għall-kull riċevitur. Id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għandha issir għall-kull esportazzjoni fil-ġurnata ta’ l-imbarkazzjoni.

(2) Isem u indirizz tar-rapport ta’ l-impriża.

(3) Isem tal-mina rigward id-dikjarazzjoni li tkun saret.

(4) Kodiċi tal-mina hekk kif notifikat lill-impriża mill-Kummissjoni.

NB:

A bażi ta’ l-Artikolu 79 tat-Trattat, dawk suġġetti għall-bżonnijiet tas-salvagward għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru konċernat bil-kommunikazzjonijiet li jsiru lill-Kummissjoni a bażi ta’ dak l-Artikolu.

Din il-formola, mimlija u firmata kif xieraq, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-Direttorat tas-Salvagwardi ta’ l-Eurotom, il-Bini "Jean Monnet", Kirch-Luxembourg, il-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu).

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

+++++ TIFF +++++

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Data li fiha hija mitluba l-eżenzjoni.

(2) Isem. Indirizz u pajjiż ta’ l-installazzjoni li qed titlob l-eżenzjoni.

(3) Il-kodiċi taż-żona ta’ bilanċ tal-materjal mitlub fir-rapport notifikat lill-installazzjoni konċernata fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward.

(4) Il-piż totali ta’ l-elementi f’kilogrammi għall-uranju naturali u mbattal u għat-torju, u fi grammi għall-uranju għani u plutonju. Il-piż ta’ l-isotopi fissili, jekk applikabbli.

(5) Kategoriji tal-materjali nukleari hekk kif mniżżla fl-Anness II (11).

(6) Il-komposizzjoni kemikali għandha tkun identifikata.

(7) Il-grad tas-sinjurija jew tal-komposizzjoni isotopika, jekk applikabbli.

(8) Deskrizzjoni tal-materjali nukleari hekk kif mniżżla fl-Anness II (10).

(9) Numru ta’ oġġetti li jikkostitwixxu l-materjali.

(10) Lok fiż-żona tal-bilanċ materjali fejn il-materjal nukleari huwa issa maħżun.

(11) Ħassar ir-raġunijiet li ma japplikawx.

(12) Indikazzjoni ta’ l-użu maħsub li għalih kien assenjat il-materjal nukelari li talab eżenzjoni.

(13) Indikazzjoni ta’ obligazzjoni partikolari tas-salvagward li għalih huwa suġġett il-materjal nukleari, jekk applikabbli. Uża l-kodifikazzjoni hekk kif mniżżel fl-Anness II (17) ma dan ir-Regolament.

(14) Id-data approssimattiva tat-trasferiment barra miż-żona tal-bilanċ materjali (għall-komponenti tas-sensitizzar) jew trasferiment għall-użu non-nukleari għandha tingħata, jekk applikabbli.

NB:

A bażi ta’ l-Artikolu 79 tat-Trattat, dawk suġġetti għall-bżonnijiet tas-salvagward għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru konċernat bil-kommunikazzjonijiet li jsiru lill-Kummissjoni a bażi ta’ dak l-Artikolu.

Din il-formula, mimlija u firmata kif xieraq, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-Direttorat tas-Salvagwardi ta’ l-Eurotom, il-Bini "Jean Monnet", Kirchberg, il-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu).

--------------------------------------------------

ANNESS IX

+++++ TIFF +++++

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Data li fiha ġiet ikkomunikata d-de-eżenzjoni.

(2) Isem, indirizz u pajjiż ta’ l-installazzjoni li qed tikkomunika d-de-eżenzjoni.

(3) Il-kodiċi taż-żona ta’ bilanċ tal-materjal ikkomunikat fir-rapport notifikat lill-installazzjoni konċernat fid-disposizzjonijiet partikolari tas-salvagward.

(4) Il-piż totali ta’ l-elementi f’kilogrammi għall-uranju naturali u mbattal u għat-torju, u figrammi għall-uranju għani u plutonju. Il-piż ta’ l-isotopi fissili, jekk applikabbli.

(5) Kategoriji tal-materjali nukleari hekk kif mniżżla fl-Anness II (11).

(6) Il-komposizzjoni kemikali għandha tkun identifikata.

(7) Il-grad tas-sinjurija jew tal-komposizzjoni isotopika, jekk applikabbli.

(8) Deskrizzjoni tal-materjali nukleari hekk kif mniżżla fl-Anness II (10).

(9) Numru ta’ oġġetti li jikkostitwixxu l-materjali.

(10) Lok fiż-żona tal-bilanċ materjali fejn il-materjal nukleari huwa issa maħżun.

(11) Data li fiha id-de-eżenzjoni tkun tista tibda tkun applikata.

(12) Data li fiha eżenzjoni mid-dikjarazzjonijiet, rigward il-materjal nukleari fil-kwistjoni, kienu mogħtija.

(13) Indikazzjoni ta’ l-użu għal-liem il-materjal nukleari huwa assenjat.

NB:

A bażi ta’ l-Artikolu 79 tat-Trattat, dawk suġġetti għall-bżonnijiet tas-salvagward għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru konċernat bil-kommunikazzjonijiet li jsiru lill-Kummissjoni a bażi ta’ dak l-Artikolu.

Din il-formula, mimlija u firmata kif xieraq, għandha tintbgħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-Direttorat tas-Salvagwardi ta’ l-Eurotom, il-Bini "Jean Monnet", Kirchberg, il-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu).

--------------------------------------------------

ANNESS X

KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

SALVAGWARDI TAL-EURATOM

LINJI TA’ GWIDA GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAL-PROGRAMM TA’ TFASSIL TA’ L-ATTIVITAJIET BIL-PREFERENZA GĦALL-ARTIKOLU 6 TA’ DAN IR-REGOLAMENT

Komunikazzjonijiet għandhom, jekk possibbli, jkopru is-sentejn li jkunu ġejjin.

Partikolarment, il-komunikazzjonijiet għandhom jindikaw:

- tipi ta’ operazzjonijiet, eż. kampanji proposti b’indikazzjoni ta’ tip u kwantità ta’ elementi tal-karburant li ser ikun fabbrikat jew riproċessat, programmi tas-sinjurija, programmi ta’ l-operazzjoni tar-reattur, bil-waqfien ippjanat;

- l-iskeda mistennija tal-wasla tal-materjali, li tgħid l-ammont tal-materjal kull grupp, il-formula (UF6, UO2, karburanti friski jew radjati, etc), it-tip mistenni tal-kontenitur jew pakkjar;

- dati li bihom il-kwantità tal-materjal fil-prodotti huwa mistenni li jkun deteminat u d-dati tad-dispaċċ;

- dati u tul tat-teħid ta’ l-inventarju fiżiku.

NB:

A bażi ta’ l-Artikolu 79 tat-Trattat, dawk suġġetti għall-bżonnijiet tas-salvagward għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru konċernat bil-kommunikazzjonijiet li jsiru lill-Kummissjoni a bażi ta’ dak l-Artikolu.

Din il-komunikazzjoni, mimlija u firmata kif xieraq, għandha tintbgħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-Direttorat tas-Salvagwardi ta’ l-Eurotom, il-Bini "Jean Monnet", Kirchberg, il-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu).

--------------------------------------------------