Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0034 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 115/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 47/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1]. (2) Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni ta' l-assigurazzjoni [2], għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 13a (Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/17/KE) ta' l-Anness IX tal-Ftehim: "13b. 32002 L 0092: Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni ta' l-assigurazzjoni (ĠU L 9, tal-15.1.2003, p. 3)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2003/92/KE fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett fis-27 ta' Settembru 2003, basta li n-notifiki kolha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 18. [2] ĠU L 9, tal-15.1.2003, p. 3. [3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hija indikata. --------------------------------------------------