Official Journal L 334 , 28/12/1999 P. 0032 - 0035
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/99/KE ta' l-15 ta' Diċembru 1999 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw għall-qawwa tal-magna ta' vetturi bil-mutur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw jirrelataw għall-qawwa tal-magna ta' vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/21 (KE) [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 80/1269/KEE hi waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE. B'konsegwenza, d-dispożizzjonijiet stabbiliti bid-Direttiva 70/156/KEE li jirrelataw għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta' vetturi japplikaw għal din id-Direttiva. (2) Fil-kwadru ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'karburant tal-gass (LPG u NG), huwa neċessarju li jiġu ntrodotti dispożizzjonijiet fid-Direttiva 80/1269/KEE għall-kejl tal-qawwa tal-magna ta' dawn il-vetturi, b'mod partikolari fir-rigward tal-karburant tat-testijiet li għandu jintuża, kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/77/KE tat-2 ta' Ottubru 1998 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur [5]. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġu segwiti l-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament tagħha Nru 85 [6]. (3) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness I mad-Direttiva 80/1269/KEE hu hawnhekk emendat skond l-Anness ma' din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2000 l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qawwa tal-magna: - jirrifjutaw, fir-rigward ta' kwalunkwe tip ta' vettura bil-mutur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew - jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 70/156/KEE, jekk il-figuri tal-qawwa tal-magna ġew determinati skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 80/1269/KEE hekk kif emendata b'din id-Direttiva. 2. B'effett mill-1 ta' Jannar 2000, l-Istati Membri: - m'għandhomx iktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, ħlief meta d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) tad-Direttia 70/156/KEE huma invokati, għal tip ta' vettura jekk il-qawwa tal-magna ma tkunx ġiet determinata skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 80/1269/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1999. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan. Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ it-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1999. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25. [3] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 46. [4] ĠU L 125, tas-16.5.1997, p. 31. [5] ĠU L 286, tat-23.10.1998, p. 34. [6] NU/KEE Regolament Nru 85 (E/ECE324-E/ECE/TRANS/505/Rev.1/Add. 84), kif emendat. -------------------------------------------------- L-ANNESS EMENDI GĦALL-ANNESS I MAD-DIRETTIVA 80/1269/KEE 1. Il-punt 5.3.11 huwa sostitwit b'dan li ġej: "5.3.11. il-karburant użat għandu jkun li ġej: 5.3.11.1. Għal magni b'injezzjoni pożittiva b'karburant ta' petrol: il-karburant użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F'kull każ ta' disputa, il-karburant ta' referenza speċifikat fl-Anness IX, l-ewwel punt, tad-Direttiva 70/220/KEE, kif l-aħħar emendata, għandu jintuża. Minflok il-karburant ta' referenza msemmi hawn fuq, il-karburanti ta' referenza definiti mill-CEC [1] għal magni b'karburant ta' petrol fid-Dokument CEC RF-08-A-85, jistgħu jintużaw. 5.3.11.2. Għal magni b'injezzjoni pożittiva b'karburant ta' LPG: 5.3.11.2.1. Fil-każ ta' magna b'karburant auto-adattanti: il-karburant użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F'kull każ ta' disputa il-karburant għandu jkun wieħed mill-karburanti ta' referenza speċifikati fl-Anness IXa tad-Direttiva 70/220/KEE, kif l-aħħar emendata. 5.3.11.2.2. Fil-każ ta' magna mingħajr karburant auto-adattanti: Il-karburant użat għandu jkun il-karburant ta' referenza speċifikat fl-Anness IX a tad-Direttiva 70/220/KEE, kif l-aħħar emendata, bl-anqas kontenut ta' C3, jew 5.3.11.2.3. Fil-każ ta' magna ttikkettata għal komposizzjoni speċifika waħda ta' karburant: il-karburant użat għandu jkun il-karburant li għalih l-magna hija ttikkettata. 5.3.11.2.4. Il-karburant użat għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test: 5.3.11.3. Għal magni b'injezzjoni pożittiva b'karburant NG: 5.3.11.3.1. Fil-każ ta' magna b'karburant auto-adattanti: il-karburant użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F'kull każ ta' disputa il-karburant għandu jkun wieħed mill-karburanti ta' referenza speċifikati fl-Anness IXa tad-Direttiva 70/220/KEE, kif l-aħħar emendata. 5.3.11.3.2. Fil-każ ta' magna mingħajr karburant auto-adattanti: Il-karburant użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq b'indiċi Wobbe ta' mill-anqas 52,6MJm–3 (0 °C, 101,3 kPa). F'kull każ ta' disputa il-karburant użat għandu jkun il-karburant ta' referenza G20 speċifikat fl-Anness IXa tad-Direttiva 70/220/KEE, kif l-aħħar emendata, jiġifieri l-karburant bl-ogħla indiċi Wobbe, jew 5.3.11.3.3. Fil-każ ta' magna ttikkettata għal firxa speċifika ta' karburanti: Il-karburant użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq b'indiċi Wobbe ta' mill-anqas 52,6MJm–3 (0 °C, 101,3 kPa) jekk il-magna hija ttikkettata għall-firxa H ta' gassijiet, jew mill-anqas 47,2 MJm–3 (0 °C, 101,3 kPa) jekk il-magna hija ttikkettata għall-firxa L ta' gassijiet. F'kull każ ta' disputail-karburant użat għandu jkun il-karburant ta' referenza G20 speċifikat fl-Anness IXa tad-Direttiva 70/220/KEE, kif l-aħħar emendata, jekk il-magna hija ttikkettata għall-firxa H ta' gassijiet, jew il-karburant ta' referenza G23 jekk il-magna hija ttikkettata għall-firxa L ta' gassijiet, jiġifieri l-karburant bl-ogħla Wobbe għall-firxa rilevanti, jew 5.3.11.3.4. Fil-każ ta' magna ttikkettata għal komposizzjoni speċifika waħda ta' karburant: il-karburant użat għandu jkun il-karburant li għalih l-magna hija ttikkettata. 5.3.11.3.5. Il-karburant użat għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test. 5.3.11.4. Għal magni b'injezzjoni ta' kompressjoni: il-karburant użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F'kull każ ta' disputa, il-karburant ta' referenza speċifikat fl-Anness IX, it-tieni punt, tad-Direttiva 70/220/KEE, kif l-aħħar emendata, għandu jintuża. Minflok il-karburant ta' referenza msemmi hawn fuq, il-karburant ta' referenza definit mill-CEC [2] għal magni b'injezzjoni ta' kompressjoni fid-Dokumenti CEC RF-03-A-84 jista' jintuża. 5.3.11.5. Magni b'injezzjoni pożittiva ta' vetturi li jistgħu joperaw kemm bil-petrol kif ukoll b'karburant gassuż, għandhom jiġu ttestjati biż-żewġ karburanti, skond id-dispożizzjonijiet fil-punti 5.3.11.1 sa 5.3.11.3. Il-vetturi li jista’ jingħatalhom kemm petrol kif ukoll karburant gassuż, imma fejn is-sistema tal-petrol hija armata għal skopijiet ta' emerġenza jew biex titqabbad il-magna biss u li tagħha t-tank tal-petrol ma jistax jikkontjeni iktar minn 15-il litru ta' petrol jitqiesu għat-test bħala vetturi li jistgħu joperaw biss b'karburant gassuż." 2. In-nota 1 fil-qiegħ tal paġna hi miżjuda fl-aħħar tal-punt 8.1, sabiex taqra: "(1) Il-manifattur jista’ biss jiddakjara valur wieħed sakemm il-qawwa tal-magna hija l-istess f'varjant wieħed tat-tip ta' magna. Kull varjant għandu jiġi definit b'mod ċar." 3. Il-Punt 3.2.2. ta' l-Appendiċi 1 għandu jaqra kif ġej: "3.2.2. Karburant: Żejt tad-diżil/petrol/LPG/NG(1)" 4. Il-Punti 3.2.15. u 3.2.16. ta' l-Appendiċi 1 huma miżjuda kif ġej: "3.2.15. Sistema ta' karburant LPG: iva/le (1) 3.2.15.1. Numru ta' approvazzjoni skond id-Direttiva 70/221/KEE (3)… 3.2.15.2. Unità ta' kontroll tal-ġestjoni ta' magna elettronika għal karburant LPG… 3.2.15.2.1 Għamla(iet)… 3.2.15.2.2. Tip (i)… 3.2.15.2.3. Possibilitajiet ta' aġġustamenti fir-rigward ta' emissjonijiet… 3.2.15.3. Dokumentazzjoni oħra: 3.2.15.3.1 Deskrizzjoni dwar is-salvagwardja tal-katalizzatur meta jinqaleb minn petrol għal LPG jewlura… 3.2.15.3.2. Tqassim tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, manek ta' kumpens għal konnessjonijiet ta' vakwu, eċċ.)… 3.2.15.3.3. Disinn tas-simbolu:… 3.2.16. Sistema ta' karburant NG:iva/le (1): 3.2.16.1. Numru ta' approvazzjoni skond id-Direttiva 70/221/KEE (3):… 3.2.16.2. Unità ta' kontroll għall-ġestjoni ta' magna elettronika għal karburant NG:… 3.2.16.2.1. Għamla(iet):… 3.2.16.2.2. Tip(i):… 3.2.16.2.3. Possibilitajiet ta' aġġustamenti fir-rigward ta' emissjonijiet:… 3.2.16.3. Dokumentazzjoni oħra 3.2.16.3.1. Deskrizzjoni tas-salvagwardja tal-katalizzatur meta jinqaleb minn petrol għal NG jew lura:… 3.2.16.3.2 Tqassim tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, manek ta' kumpens għal konnessjonijiet vakwu, eċċ:… 3.2.16.3.3 Disinn tas-simbolu…" 5. In-nota 3 fil-qiegħ tal-paġna hija miżjuda fl-aħħar ta' l-Appendiċi 1, sabiex taqra: "(3) Meta din id-Direttiva tiġi emendata sabiex tkopri tankijiet ta' karburant gassuż." 6. Il-Punt 1.1.3. ta' l- Addendum ta' l-Appendiċi 2 għandu jaqra kif ġej: "1.1.3. Karburant: żejt tad-diżil/petrol/LPG/NG (1)." [1] Il-Kunsill Ewropew ta' Koordinazzjoni għall-iŻvilupp tat-Testijiet ta' Rendiment għal Lubrikanti u Karburanti ta' l-Magni. [2] Il-Kunsill Ewropew ta' Koordinazzjoni għall-iŻvilupp tat-Testijiet ta' Rendiment għal Lubrikanti u Karburanti ta l-Magni. --------------------------------------------------