IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.9.2024
COM(2024) 424 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku skont il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta fl-2024, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/1229
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku skont il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta fl-2024, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/1229
1.Introduzzjoni
F’Jannar 2020, il-Kummissjoni ħabbret Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Mechanism, JTM) bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, biex tiżgura li ħadd u l-ebda reġjun ma jitħalla jibqa’ lura fit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Il-JTM jikkonsisti fi tliet pilastri: l-ewwel pilastru huwa l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, it-tieni pilastru huwa skema għal Tranżizzjoni Ġusta ddedikata taħt il-Programm InvestEU u t-tielet pilastru huwa l-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku (il-Faċilità); il-PSLF).
Dan ir-rapport annwali jiffoka fuq it-tielet pilastru u għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni dwar il-progress li sar sa issa fl-implimentazzjoni tal-Faċilità. Dan ir-rapport huwa kumulattiv mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-Faċilità sat-30 ta’ Lulju 2024. Il-parti li jifdal tas-sena 2024 se tiġi rrapportata fir-rapport li jmiss f’konformità mal-obbligi ta’ rapportar tal-PSLF (ara d-dettalji fit-taqsima 1.2).
1.1.Qafas legali u baġitarju tal-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku taħt il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta
L-objettiv ġenerali tal-Faċilità huwa li tindirizza l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali serji li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, għall-benefiċċju tat-territorji tal-Unjoni identifikati fil-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta (TJTP).
L-objettiv speċifiku tal-Faċilità huwa li timmobilizza l-investimenti tas-settur pubbliku li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ żvilupp tat-territorji deskritti fit-TJTPs. Dan tagħmlu billi tiffaċilita l-finanzjament ta’ proġetti li ma jiġġenerawx biżżejjed flussi ta’ dħul biex ikopru l-kostijiet tal-investiment tagħhom, u b’hekk tevita l-esklużjoni ta’ appoġġ u investiment potenzjali minn riżorsi alternattivi. L-appoġġ huwa disponibbli għal firxa wiesgħa ta’ investimenti.
Ir-Regolament PSLF jipprovdi baġit massimu totali ta’ EUR 1,525 biljun ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-komponent tal-għotja tal-Faċilità (inklużi l-assistenza teknika u l-appoġġ konsultattiv). Fi Frar 2024, il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu u l-Kunsill qabel b’unanimità dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-limiti massimi tan-nefqa fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), wara l-proposta tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2023. Il-qbil li ntlaħaq dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP jirrifletti l-importanza li l-baġit tal-UE jingħata l-mezzi meħtieġa biex ikompli jwettaq il-prijoritajiet għall-Ewropa u għas-sħab tagħna, li ġie enfasizzat minn proposti settorjali ewlenin. F’dan il-kuntest, riallokazzjoni globali ta’ EUR 1,1 biljun ġiet deċiża mill-komponenti ta’ ġestjoni diretta u indiretta tal-fondi tal-PAK u tal-Politika ta’ Koeżjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-baġit tal-PSLF tnaqqas b’EUR 150 miljun. Wara dawn ir-riallokazzjonijiet, il-baġit massimu disponibbli għall-PSLF huwa ta’ EUR 1,375 biljun.
Taħt il-Faċilità, is-self ipprovdut mill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala sieħeb finanzjarju huwa kkombinat ma’ għotjiet ipprovduti mill-Unjoni biex tappoġġja proġetti ppreżentati minn entitajiet tas-settur pubbliku. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) se jipprovdi madwar EUR 6-8 biljun għall-komponent tas-self tal-Faċilità.
Minbarra l-BEI, il-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (CINEA) dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità. Is-CINEA hija responsabbli għall-aspetti baġitarji, legali, finanzjarji u operazzjonali tal-implimentazzjoni tal-għotjiet, filwaqt li l-Kummissjoni tibqa’ kompletament responsabbli għall-aspetti kollha relatati mal-politika.
1.2.L-Ambitu tar-Rapport ta’ Implimentazzjoni tal-2024
Skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament PSLF, “sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena kalendarja, li tibda mill-2022, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità. Dak ir-rapport għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-livell ta’ implimentazzjoni tal-Faċilità fir-rigward tal-objettivi, il-kondizzjonijiet u l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha.”
Ir-rapporti preċedenti nħarġu fis-7 ta’ Frar 2023 u fil-21 ta’ Novembru 2023.
Dan ir-rapport jipprovdi informazzjoni dwar (i) ir-riżultati tal-ewwel sejħa għal proposti tal-PSLF għas-sitt skadenzi għas-sottomissjoni inklużi proposti għal proġetti potenzjali, (ii) assistenza teknika, (iii) komunikazzjoni, (iv) progress li sar, inklużi sfidi u miri tal-Faċilità, u (v) il-passi li jmiss.
2.Implimentazzjoni tal-Faċilità
2.1.Riżultati tal-ewwel sejħa għal proposti tal-PSLF wara sitt skadenzi għas-sottomissjoni
Għaddew tliet skadenzi għas-sottomissjoni tas-sejħa għal proposti tal-PSLF mir-rapport ta’ implimentazzjoni preċedenti tal-PSLF. Tressqu 29 proposta għal dawn it-tliet skadenzi, li minnhom 13 intgħażlu għall-finanzjament mill-kumitat ta’ evalwazzjoni. L-approvazzjoni tas-self għal xi wħud minnhom għadha pendenti (ara t-Tabella 1). Skont l-informazzjoni pprovduta, l-applikazzjonijiet sottomessi jirrappreżentaw ammont stmat ta’ EUR 123 miljun f’għotjiet mill-Kummissjoni u ammont stmat ta’ EUR 732 miljun ta’ self mill-BEI. Żewġ proposti Franċiżi ntgħażlu għall-finanzjament mill-Kummissjoni u tqiegħdu fuq lista ta’ riżerva minħabba nuqqas ta’ riżorsi li fadal fl-allokazzjoni tal-baġit nazzjonali ta’ Franza. Il-lista ta’ riżerva se tkun fis-seħħ sa tmiem l-ewwel sejħa għal proposti tal-PSLF (tmiem Diċembru 2025), meta r-riżorsi finanzjarji li jifdal se jiġu pprovduti mingħajr ishma nazzjonali allokati minn qabel. Biex tittejjeb l-effiċjenza, is-sejħa għal proposti tal-PSLF ġiet emendata fl-1 ta’ Frar 2024 biex jiġi ċċarat li l-applikazzjonijiet għall-proġetti ppreżentati mill-Istati Membri li għalihom ġie eżawrit il-pakkett nazzjonali mhux se jitqiesu eliġibbli. Barra minn hekk, 10 proposti kienu inammissibbli minħabba li ma kinux kompluti, proposta waħda (Franza) ma kinitx eliġibbli minħabba li l-pakkett nazzjonali li taħtu tressqet kien diġà kkunsmat (il-proposta tressqet wara l-emenda tas-sejħa għal proposti msemmija hawn fuq). Barra minn hekk, żewġ proposti (Franza, l-Irlanda) ma ntgħażlux għall-finanzjament peress li fallew skont il-kriterji tal-għoti u proposta waħda, li ntgħażlet għall-finanzjament (iċ-Ċekja) ġiet irtirata mill-promotur tal-proġett minħabba sorsi oħra ta’ finanzjament disponibbli.
B’kollox, mit-tnedija tal-ewwel sejħa għal proposti tal-PSLF fid-19 ta’ Lulju 2022, ġew ippreżentati 37 proposta, li minnhom 15 intgħażlu għall-finanzjament mill-kumitat ta’ evalwazzjoni (l-approvazzjoni tas-self għal xi wħud minnhom għadha pendenti) u erba’ ftehimiet ta’ għotja tal-PSLF huma ffirmati (ara aktar dettalji fit-taqsima 2.2). Skont l-informazzjoni pprovduta, fl-applikazzjonijiet sottomessi, dawn jirrappreżentaw ammont stmat ta’ EUR 148 miljun f’għotjiet mill-Kummissjoni u ammont stmat ta’ EUR 863 miljun ta’ self mill-BEI.
Wara l-għeluq tal-iskadenzi għas-sottomissjoni, xi wħud mill-pakketti nazzjonali ntużaw kompletament (Franza) jew kważi kompletament (l-Iżvezja).
Figura 1 Ishma nazzjonali (riżervati sal-31 ta’ Diċembru 2025) u l-konsum tagħhom minn għotjiet mogħtija jew taħt valutazzjoni
Tabella 1 Sommarju tal-evalwazzjoni tal-proposti riċevuti taħt is-sejħa għall-proposti tal-PSLF.
|
|
Għadd ta’ proposti ppreżentati
|
Għadd ta’ proposti ammissibbli u eliġibbli
|
Għadd ta’ proposti magħżula għall-finanzjament mill-Kummissjoni
|
Għadd ta’ proposti li żguraw self mal-BEI jew mal-intermedjarji tiegħu
|
Kummenti
|
|
Skadenza għas-sottomissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2022
|
3
|
1
(CZ)
|
1
(CZ)
|
0
|
L-applikazzjoni CZ ġiet irtirata mill-applikant u ġiet sottomessa mill-ġdid fl-20 ta’ Settembru 2023 (ir-raba’ skadenza għas-sottomissjoni)
|
|
Skadenza għas-sottomissjoni tad-19 ta’ Jannar 2023
|
1
|
0
|
0
|
0
|
-
|
|
Skadenza għas-sottomissjoni tad-19 ta’ April 2023
|
4
|
3
(EL, NL, SE)
|
2
(EL, SE)
|
2
(EL, SE)
|
Ġew iffirmati ftehimiet ta’ għotja għall-proposti ta’ EL u SE. L-implimentazzjoni tal-proġetti għadha għaddejja.
Il-proposta ta’ NL falliet skont iż-żewġ kriterji tal-għoti iżda reġgħet ġiet ippreżentata fl-20 ta’ Settembru 2023 (ir-raba’ skadenza għas-sottomissjoni).
|
|
Skadenza għas-sottomissjoni tal-20 ta’ Settembru 2023
|
15
|
5
(CZ, FR, NL)
|
5
(CZ, FR, NL)
|
1
(FR)
|
Il-proposti CZ, żewġ FR u NL intgħażlu għall-finanzjament mill-Kummissjoni. Il-BEI qed iwettaq l-evalwazzjoni tiegħu.
Ġie ffirmat ftehim ta’ għotja għal proposta waħda ta’ FR u l-implimentazzjoni tal-proġett għadha għaddejja.
|
|
Skadenza għas-sottomissjoni tad-19 ta’ Jannar 2024
|
6
|
6
(CZ, FR, PL)
|
5
(CZ, FR, PL)
|
1
(CZ, PL)
|
Żewġ proposti ta’ CZ ġew magħżula għall-finanzjament mill-Kummissjoni. Proposta waħda ta’ CZ ġiet irtirata mill-promotur tal-proġett minħabba sorsi oħra ta’ finanzjament disponibbli. Għall-proġett l-ieħor il-proċess tal-iffirmar tas-self għadu għaddej mal-intermedjarju finanzjarju tal-BEI.
Proposta waħda ta’ PL intgħażlet għall-finanzjament mill-Kummissjoni u s-self ġie ffirmat mal-BEI. Is-CINEA qed tħejji l-ftehim ta’ għotja.
Żewġ proposti ta’ FR ntgħażlu għall-finanzjament mill-Kummissjoni u tqiegħdu fuq lista ta’ riżerva minħabba nuqqas ta’ riżorsi li fadal fl-allokazzjoni tal-baġit nazzjonali ta’ FR.
Proposta waħda ta’ FR falliet skont iż-żewġ kriterji tal-għoti.
|
|
Skadenza għas-sottomissjoni tas-17 ta’ April 2024
|
8
|
7
(CZ, IE)
|
6
(CZ)
|
1
(CZ)
|
Intgħażlu ħames proposti ta’ CZ għall-finanzjament mill-Kummissjoni u l-proċess tal-iffirmar tas-self għadu għaddej mal-intermedjarju finanzjarju tal-BEI.
Proposta waħda ta’ CZ intgħażlet għall-finanzjament mill-Kummissjoni u s-self ġie ffirmat mal-BEI. Is-CINEA qed tħejji l-ftehim ta’ għotja.
Il-proposta ta’ IE falliet skont kriterju wieħed tal-għoti.
|
Il-proposti tal-proġetti magħżula għall-finanzjament sa issa mill-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-PSLF ikopru setturi bħall-effiċjenza enerġetika, il-kultura, l-akkomodazzjoni soċjali, l-infrastruttura tas-saħħa pubblika u l-infrastruttura tal-mobbiltà sostenibbli, it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, u t-tiġdid u r-riġenerazzjoni urbani. Fir-rigward tat-tip ta’ appoġġ mitlub, tlieta mill-proposti tal-proġetti huma self qafas, ħamsa huma proġetti awtonomi u tnejn talbu self intermedju.
Tabella 2 Proposti ta’ proġetti magħżula għall-finanzjament permezz ta’ għotjiet
|
|
Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni
|
Reġjun/Territorju
|
Titolu tal-proposta tal-proġett
|
Settur
|
Ammont ta’ għotja mitlub (EUR)
|
Ammont ta’ self mitlub (EUR)
|
|
FR
|
20 ta’ Settembru 2023
|
Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, Marsilja
|
Estensjoni tal-linja tat-tramm ta’ Marsilja Nofsinhar-Tramuntana fażi 1
|
mobbiltà sostenibbli
|
15 000 000
|
100 000 000
|
|
FR
|
20 ta’ Settembru 2023
|
Hauts de France (Nord Pas de Calais), Lille
|
MEL fil-GREEN Mobility
|
mobbiltà sostenibbli
|
31 500 000
|
210 000 000
|
|
NL
|
20 ta’ Settembru 2023
|
Zuid-Limburg, Mijnwater
|
Masterplan tal-Espansjoni tal-ilma ta’ Mijnwater fażi 1
|
tisħin u tkessiħ distrettwali sostenibbli
|
13 500 000
|
90 000 000
|
|
CZ
|
19 ta’ Jannar 2024
|
Ir-Reġjun ta’ Usti, Usti nad Labem
|
Trasport Pubbliku ta’ Usti nad Labem
|
mobbiltà sostenibbli, effiċjenza enerġetika
|
430 612
|
1 722 449
|
|
PL
|
19 ta’ Jannar 2024
|
Silesia, Dabrowa Gornicza
|
Żvilupp Sostenibbli ta’ Dabrowa Gornicza
|
effiċjenza enerġetika, mobbiltà sostenibbli
|
2 784 793
|
11 139 173
|
|
CZ
|
17 ta’ April 2024
|
Ir-Reġjun ta’ Usti, Decin
|
EPC Decin
|
effiċjenza enerġetika, ġestjoni sostenibbli tal-ilma
|
391 843
|
1 567 370
|
|
CZ
|
17 ta’ April 2024
|
Ir-Reġjun ta’ Usti, Decin
|
Rinnovazzjoni tal-parti storika ta’ Podmokly - stadju D
|
riġenerazzjoni urbana, mobbiltà sostenibbli, turiżmu sostenibbli
|
581 624
|
2 326 498
|
|
CZ
|
17 ta’ April 2024
|
Ir-Reġjun ta’ Usti, Litvinov
|
Kostruzzjoni ta’ sala tal-għawm ġdida fiż-żona ta’ divertiment ta’ Koldům f’Litvínov
|
infrastruttura soċjali
|
1 975 894
|
7 903 576
|
|
CZ
|
17 ta’ April 2024
|
Ir-Reġjun ta’ Usti, Usti nad Labem
|
Modernizzazzjoni ta’ partijiet magħżula tal-infrastruttura ferrovjarja fir-Reġjun Ústí nad Labem
|
mobbiltà sostenibbli
|
2 348 773
|
9 395 092
|
|
CZ
|
17 ta’ April 2024
|
Ir-Reġjun ta’ Usti, Postoloprty
|
Peace Square Postoloprty
|
turiżmu sostenibbli, riġenerazzjoni urbana
|
535 714
|
2 142 857
|
|
CZ
|
17 ta’ April 2024
|
Moravia-Silesia, Ostrava
|
Dormitorju tal-istudenti - Università ta’ Ostrava - żieda fil-kwalità u l-espansjoni tal-kapaċità ta’ akkomodazzjoni affordabbli għall-istudenti
|
edukazzjoni, infrastruttura soċjali
|
3 007 428
|
12 029 713
|
2.2.L-ewwel proġetti ffinanzjati mill-PSLF
Tabella 3 Preżentazzjoni ta’ proġetti bi ftehimiet ta’ għotja ffirmati tal-PSLF
|
Tranżizzjoni Soċjoekonomika tal-Maċedonja tal-Punent
|
|
Reġjun ta’ tranżizzjoni ġusta
|
Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni
|
Deskrizzjoni tal-proġett
|
Baġit
|
Tul tal-proġett
|
|
Il-Maċedonja tal-Punent (EL)
|
19 ta’ April 2023
|
Il-proġett huwa qafas ta’ self ikkoordinat mir-reġjun tal-Maċedonja tal-Punent. Huwa jiġbor flimkien 15-il proġett f’sitt muniċipalitajiet (Argos Orestikou, Kozani, Kastoria, Florina, Eordaia u Grevena), relatati ma’:
§8 – effiċjenza enerġetika
§1 – infrastruttura tat-toroq
§2 – kura tas-saħħa
§1 – kultura
§1 – it-turiżmu
Iffrankar Mistenni tal-Emissjonijiet: 8 650 tunnellata metrika ta’ CO₂ fis-sena
Il-Prestazzjoni Mistennija fl-Użu tal-Enerġija: Klassifikazzjoni taċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC) ta’ A; Iffrankar tal-enerġija ta’ 60-97 %
Impjiegi Mistennija li Jinħolqu: 200 impjieg.
|
Spejjeż totali: EUR 81 miljun (100 %)
self mill-BEI: EUR 59 miljun (72 %)
Għotja tal-PSLF: EUR 15-il miljun (18 %)
Finanzjament proprju: 8 mln (10 %)
|
Iffirmar tal-ftehim ta’ għotja: 23 ta’ Ottubru 2023
Data tal-bidu: l-1 ta’ Novembru 2023
Tul: 36 xahar
|
|
L-infrastrutturi ta’ Mobbiltà Sostenibbli għal Emissjonijiet Baxxi u Servizz kwalitattiv (SMILES)
|
|
Reġjun ta’ tranżizzjoni ġusta
|
Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni
|
Deskrizzjoni tal-proġett
|
Baġit
|
Tul tal-proġett
|
|
Ir-reġjun ta’ Pays de la Loire (FR)
|
20 ta’ Settembru 2023
|
Il-proġett jikkonsisti f’infrastruttura tat-trasport sostenibbli f’Nantes permezz ta’:
§l-aġġornament u r-rinnovazzjoni ta’ tliet linji tat-tramm
§it-tiġdid tal-flotta tat-tramm (46 vettura ġdida)
§il-bini ta’ ċentru tekniku u operazzjonali u ċentru ta’ trażmissjoni/skambju multimodali
§l-iżvilupp ta’ 38 km ta’ mogħdijiet għaċ-ċikliżmu
Ir-riżultati tal-proġett se jtejbu l-prestazzjoni u l-kwalità tan-netwerk tat-tramm, jiżviluppaw l-intermodalità, jiddiversifikaw l-offerta tat-trasport pubbliku u jnaqqsu l-konġestjoni fit-toroq.
Iffrankar Mistenni tal-Emissjonijiet: 21 000 tunnellata metrika ta’ CO₂ fis-sena
Impjiegi Mistennija li Jinħolqu: 106 impjiegi
L-għadd ta’ Persuni Mistennija li jintlaħqu mill-proġett: 672 420.
|
Spejjeż totali: EUR 388 miljun (100 %)
self mill-BEI: EUR 200 miljun (52 %)
Għotja tal-PSLF: EUR 30 miljun (8 %)
Finanzjament proprju: EUR 158 miljun (40 %)
|
Iffirmar tal-ftehim ta’ għotja: 2 ta’ April 2024
Data tal-bidu: 1 ta’ Mejju 2024
Tul: 60 xahar
|
|
Akkomodazzjoni Sostenibbli u Affordabbli għall-Industrija u s-Soċjetà Ekoloġiċi Ġodda (SHERIS)
|
|
Reġjun ta’ tranżizzjoni ġusta
|
Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni
|
Deskrizzjoni tal-proġett
|
Baġit
|
Tul tal-proġett
|
|
Västerbotten (SE)
|
19 ta’ April 2023
|
Il-proġett se jindirizza l-ħtieġa dejjem tikber ta’ akkomodazzjoni tal-muniċipalità ta’ Skelleftea billi jappoġġja l-kostruzzjoni ta’ seba’ kumplessi ta’ akkomodazzjoni b’madwar 750 unità ta’ akkomodazzjoni affordabbli effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
Il-programm ta’ akkomodazzjoni se jkollu fil-mira prinċipalment lill-ħaddiema li deħlin tal-gigafactory l-ġdida ta’ Northvolt kif ukoll lill-istudenti, lir-refuġjati u lill-persuni bi dħul baxx jew bi bżonnijiet speċjali.
Il-Prestazzjoni Mistennija fl-Użu tal-Enerġija: 20 % ogħla mill-istandards tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja
Impjiegi Mistennija li Jinħolqu: 1000 impjieg
L-għadd ta’ Persuni Mistennija li jintlaħqu mill-proġett: 44 000.
|
Spejjeż totali: EUR 142 miljun
self mill-BEI: EUR 71 miljun (50 %)
Għotja tal-PSLF: EUR 11 miljun (8 %)
Finanzjament proprju: EUR 60 miljun (42 %)
|
Iffirmar tal-ftehim ta’ għotja: 5 ta’ April 2024
Data tal-bidu: l-ewwel ta’ Jannar 2023
Tul: 60 xahar
|
|
Sala tal-Kunċerti ta’ Ostrava
|
|
Reġjun ta’ tranżizzjoni ġusta
|
Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni
|
Deskrizzjoni tal-proġett
|
Baġit
|
Tul tal-proġett
|
|
Ir-Reġjun Moravjan-Silesjan (CZ)
|
20 ta’ Settembru 2023
|
Is-suġġett tal-proġett huwa l-kostruzzjoni ta’ Ostrava Concert Hall b’akustika ta’ klassi dinjija u kapaċità li tasal sa 1300 siġġu.
Dan il-proġett se jappoġġja l-iżvilupp tal-infrastruttura kulturali u se jikkontribwixxi għar-rivitalizzazzjoni ta’ Ostrava, li qabel kienet belt tal-minjieri li għadha żżomm il-produzzjoni tradizzjonali tal-azzar. L-istabbiliment ta’ post kulturali ġdid se jsaħħaħ l-attraenza tal-belt kemm għall-abitanti kif ukoll għall-viżitaturi tagħha u jiffaċilita t-trasformazzjoni soċjoekonomika tar-reġjun.
Il-Prestazzjoni Mistennija fl-Użu tal-Enerġija: EPC B
Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li għandhom jiġu applikati fil-proġett: madwar 392 pannelli fotovoltajċi; 125 bjar ġeotermali
L-għadd ta’ Persuni Mistennija li jintlaħqu mill-proġett: 151 200.
|
Spejjeż totali: EUR 116-il miljun
self mill-BEI: EUR 84 miljun (73 %)
Għotja tal-PSLF: EUR 21 miljun (18 %)
Finanzjament proprju: EUR 10,5 miljun (9 %)
|
Iffirmar tal-ftehim ta’ għotja: 16 ta’ Lulju 2024
Data tal-bidu: 19 ta’ Lulju 2024
Tul: 52 xahar
|
2.3.Proposti għal proġetti potenzjali
Abbażi ta’ skambji mal-BEI u ma’ partijiet ikkonċernati oħra tal-PSLF, qed jitħejjew proposti għal proġetti li jinsabu f’sitt Stati Membri u jistgħu jiġu ppreżentati għall-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-proposti tal-PSLF li jmiss. Dawn il-proposti potenzjali għal proġetti huma relatati ma’ setturi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, l-infrastruttura tas-saħħa pubblika, u setturi oħra li huma konsistenti mat-TJTPs approvati. Il-Kummissjoni tistma li dawn jirrappreżentaw volum ta’ aktar minn EUR 100 miljun f’għotjiet.
Barra minn hekk, id-domanda għall-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità tista’ tiġi osservata fl-Istati Membri li diġà użaw l-allokazzjonijiet nazzjonali tagħhom. Il-proposti minn dawn l-Istati Membri jistgħu jiġu ppreżentati wara li titnieda t-tieni sejħa għall-proposti tal-PSLF (jiġifieri wara l-31 ta’ Diċembru 2025).
3.Attivitajiet ta’ komunikazzjoni
Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tas-CINEA u tal-BEI, tkompli tqajjem kuxjenza dwar il-Faċilità. L-azzjonijiet konġunti li ttieħdu bejn l-1 ta’ Settembru 2023 u t-30 ta’ Lulju 2024 mill-Kummissjoni, il-BEI u s-CINEA rriżultaw fi:
-20 laqgħa mal-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.
-3 laqgħat ma’ Banek u Istituzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali (NPBIs).
-4 laqgħat ma’ partijiet ikkonċernati interni (Grupp ta’ Ħidma dwar Miżuri Strutturali u Reġjuni Ultraperiferiċi) u esterni (KETU, Bankwatch).
-il-preżentazzjoni tal-PSLF matul seba’ avvenimenti relatati ma’ tema (preżentazzjonijiet, sessjonijiet Q&A, stands apposta). Fost l-oħrajn, il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet (l-10 ta’ Ottubru 2023), l-avveniment tal-Presidenza Ċeka tal-grupp ta’ Visegrad “From Coal Regions to the Just Transition Future” (Minn Reġjuni tal-Faħam għall-Futur ta’ Tranżizzjoni Ġusta) f’Usti u Labem (il-11 ta’ Ottubru 2023), il-Forum tal-Investiment tal-Patt tas-Sindki (il-25 ta’ Ottubru 2023), Ecomondo (7-10 ta’ Novembru 2023), ir-rokna tal-kafè tal-PSLF fil-Konferenza tal-JTP (16-17 ta’ April 2024), il-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE (29-30 ta’ Mejju 2024) u l-Ġimgħa Ewropea għall-Enerġija Sostenibbli (11-13 ta’ Ġunju 2024).
-laqgħa ta’ tnedija għall-proġett Grieg fil-Maċedonja tal-Punent, il-Greċja (5-7 ta’ Marzu 2024), ċerimonja tal-iffirmar tal-għotjiet għall-proġett Żvediż fi Brussell (l-10 ta’ April 2024), u ċerimonja tal-bidu tal-bini għas-Sala tal-Kunċerti ta’ Ostrava, iċ-Ċekja (id-19 ta’ Lulju 2024).
-82 posts, stqarrijiet għall-istampa, u artikli oħra ppubblikati f’diversi bullettini, siti web, u fuq il-media soċjali relatati ma’ tema.
-pubblikazzjoni tal-filmati promozzjonali u tutorjali tal-PSLF.
-pubblikazzjoni ta’ 76 FAQs fuq il-portal tal-UE għall-Finanzjament u l-Offerti.
Illustrazzjoni 2 Avvenimenti għal kull Stat Membru
L-Istati Membri kollha ġew avviċinati u ngħataw il-possibbiltà li jibbenefikaw minn sessjoni ta’ informazzjoni dwar il-PSLF
. B’kollox, mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-PSLF, ġew organizzati 110 laqgħat, li minnhom 66 laqgħa mal-Istati Membri u 36 ma’ partijiet ikkonċernati interni u esterni; il-Faċilità ġiet ippreżentata fi 28 avveniment relatat mat-tema, 161 posts u artikli tal-media soċjali, inklużi stqarrijiet għall-istampa, ġew ippubblikati f’diversi bullettini u siti web relatati ma’ tema u fuq il-mezzi tal-media soċjali. Barra minn hekk, inħarġu żewġ fuljetti u erba’ filmati.
Barra minn hekk, is-CINEA tippubblika dashboard pubbliku online li jiġbor flimkien il-programmi kollha li timmaniġġja, inkluż il-PSLF
. Id-dashboard fih informazzjoni aġġornata dwar il-proġetti appoġġjati f’kull programm, kontroreferenzi bejniethom u estrazzjoni tad-data għall-użu mill-ġdid potenzjali.
Illustrazzjoni 3 id-dashboard pubbliku online tas-CINEA b’ħarsa ġenerali lejn il-proġetti tal-PSLF
Barra minn hekk, peress li l-Faċilità hija disponibbli għal korpi tad-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku fdata, il-Kummissjoni kkuntattjat organizzazzjonijiet settorjali differenti, fost l-oħrajn dawk li jirrappreżentaw entitajiet mill-oqsma tal-kultura, it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-ferroviji, l-infrastruttura soċjali, u s-setturi tal-ġestjoni tal-iskart. B’kollox, ġew organizzati disa’ laqgħat ma’ organizzazzjonijiet bħall-E.DSO, il-Pjattaforma ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, Euroheat&Power, Municipal Waste Europe, CER u EIM u membri ta’ Housing Europe.
Illustrazzjoni 4 Tip ta’ entitajiet milħuqa
4.Il-progress li sar u t-triq ’il quddiem
4.1.Sfidi
Wara sentejn mill-pubblikazzjoni tal-ewwel sejħa għal proposti tal-PSLF, ġiet osservata utilizzazzjoni baxxa minħabba li t-tnedija tagħha ħabtet mal-ipprogrammar ta’ fondi oħra (jiġifieri, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni jew il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza) li joffru finanzjament għal proġetti simili b’kundizzjonijiet aktar attraenti (proporzjon ogħla ta’ finanzjament b’għotjiet fil-baġit ġenerali tal-proġetti). Barra minn hekk, ġie rikonoxxut li l-implimentazzjoni tal-PSLF tista’ tvarja ħafna fost l-Istati Membri abbażi ta’ parametri bħall-volum ta’ sorsi alternattivi disponibbli ta’ finanzjament fil-livell nazzjonali, id-disponibbiltà ta’ proġetti maturi, il-livell differenti ta’ strateġiji ta’ tranżizzjoni ġusta u l-approċċ differenti għall-istrumenti bbażati fuq id-dejn.
Il-biċċa l-kbira tar-restrizzjonijiet iffaċċjati mill-Faċilità spjegati fid-dettall fit-tieni rapport annwali ta’ implimentazzjoni għadhom jippersistu. Dan huwa partikolarment il-każ għall-Istati Membri bl-ogħla pakketti nazzjonali (il-Ġermanja, il-Polonja, ir-Rumanija), fejn ma ġie ppreżentat l-ebda proġett jew kważi ma ġie ppreżentat l-ebda proġett. Fatturi speċifiċi li ġew identifikati bħala li jikkawżaw utilizzazzjoni bil-mod f’dawn l-Istati Membri jinkludu:
-l-allokazzjonijiet nazzjonali tal-PSLF isegwu r-Regolament dwar il-JTF. B’riżultat ta’ dan, l-Istati Membri bl-ogħla allokazzjonijiet huma identiċi għaż-żewġ strumenti. Għalhekk, l-enfasi tagħhom titqiegħed fi prijorità fuq l-infiq tal-fondi disponibbli taħt il-JTF minħabba ż-żmien limitat biex jassorbu l-fondi tiegħu
. Barra minn hekk, il-JTF joffri proporzjon ogħla ta’ finanzjament b’għotjiet fil-baġits ġenerali tal-proġetti (il-Ġermanja, il-Polonja, ir-Rumanija).
-Xi Stati Membri huma wkoll tipikament l-akbar benefiċjarji ta’ fondi oħra, għalhekk il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw riżorsi addizzjonali hija limitata (il-Polonja, ir-Rumanija).
-hemm finanzjament aktar attraenti u aċċessibbli mir-riżorsi nazzjonali (il-Ġermanja).
-il-livell tad-dejn ta’ benefiċjarji żgħar jagħmilha diffiċli li jsir użu mill-istrumenti bbażati fuq id-dejn (il-Polonja) jew ir-regolamenti nazzjonali dwar is-self pubbliku jipprevjenu lill-benefiċjarji eliġibbli milli jissellfu.
Analiżi u valutazzjoni aktar dettaljati tal-isfidi ffaċċjati matul l-implimentazzjoni tal-Faċilità se jitwettqu mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-PSLF mistennija sa Ġunju 2025 (ara t-taqsima 4.4).
Kif spjegat fit-Taqsima 1.1, il-PSLF ġie inkluż fir-reviżjoni tal-QFP 2021-2027, li rriżultat fi tnaqqis tal-baġit disponibbli taħt il-Faċilità. L-ishma nazzjonali taħt il-PSLF huma kkalkulati proporzjonalment għall-baġit ġenerali tagħha disponibbli għall-għotjiet u għalhekk ġew riveduti ’l isfel ukoll. Ir-reviżjoni aċċellerat il-konsum ta’ xi wħud mill-ishma nazzjonali fejn żdiedet id-domanda għall-PSLF (Franza, l-Iżvezja). Bħala medja, il-proġetti magħżula għall-appoġġ tal-PSLF talbu għotja ta’ EUR 9 miljun. Permezz ta’ estrapolazzjoni, it-tnaqqis ta’ EUR 150 miljun mill-baġit tal-PSLF inaqqas b’16 jew 17 l-għadd ta’ proġetti li l-PSLF tkun tista’ tappoġġja.
4.2.Punti pożittivi
Minkejja dawn l-isfidi, immaterjalizza interess sinifikanti fil-PSLF. Dan huwa partikolarment il-każ ta’ Franza, fejn il-PSLF ikkontribwixxiet biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament li ma kinux appoġġjati minn programmi oħra ta’ finanzjament tal-UE. Barra minn hekk, għadd kbir ta’ proposti ġew ippreżentati u għadhom mistennija mir-Repubblika Ċeka. Ir-raġunijiet possibbli għal utilizzazzjoni għolja fir-Repubblika Ċeka jistgħu jiġu spjegati mill-possibbiltà li jiġu ffinanzjati investimenti iżgħar permezz ta’ finanzjament intermedjat ipprovdut mill-ftehim iffirmat bejn il-BEI u l-Bank Nazzjonali Ċek għall-Iżvilupp, id-disponibbiltà ta’ assistenza teknika biex tiġi promossa l-Faċilità, kif ukoll ir-rieda ġenerali tal-pajjiż li jassorbi l-finanzjament tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta. Ġew ippreżentati proġetti addizzjonali minn applikanti mill-Greċja, min-Netherlands, mill-Irlanda, mill-Polonja u mill-Iżvezja u għadhom mistennija aktar proġetti qabel tmiem is-sejħa attwali għall-proposti fl-2025.
Għat-tieni sejħa għal proposti tal-PSLF, li se titnieda fl-2026, l-utilizzazzjoni mistennija tkompli tiżdied hekk kif sorsi oħra ta’ finanzjament li joffru kundizzjonijiet aħjar ikunu ġew ipprogrammati jew eżawriti u l-familjarità mal-istrument tkompli tiżdied. B’mod partikolari, il-programmi tal-UE appoġġjati min-NextGenerationEU jiffaċċjaw restrizzjonijiet speċifiċi ta’ żmien. Barra minn hekk, it-tieni sejħa għal proposti tal-PSLF mhux se tibqa’ ristretta minn ishma nazzjonali, għalhekk (i) l-Istati Membri li eżawrew jew huma mistennija li jkunu eżawrew l-ishma nazzjonali tagħhom sa tmiem l-2025 jistgħu jkomplu jagħmlu użu minnha, b’aktar żmien għall-ippjanar meta mqabbel ma’ meta tnieda l-istrument, (ii) l-Istati Membri bl-aktar ishma nazzjonali baxxi issa se jkollhom inċentiv addizzjonali biex jużawha peress li l-għotja mitluba mhux se tibqa’ limitata għall-ammont stabbilit skont l-ishma nazzjonali. Dan se jippermetti lill-PSLF taqdi aħjar lir-reġjuni li għandhom l-ogħla domanda u proġetti maturi.
Barra minn hekk, wara sentejn mit-tnedija tas-sejħa għal proposti tal-PSLF, ġie kkonfermat li l-komponent tal-għotja tal-PSLF huwa inċentiv ċar għall-użu tas-self tal-BEI minn entitajiet tas-settur pubbliku biex jiġu appoġġjati l-investimenti pubbliċi fir-reġjuni li għaddejjin minn tranżizzjoni klimatika. Il-Faċilità toffri kundizzjonijiet ta’ self attraenti meta mqabbla ma’ strumenti normalment disponibbli fis-suq. Dan huwa ta’ rilevanza partikolari biex jingħelbu r-restrizzjonijiet ekonomiċi li rriżultaw mill-kriżi ekonomika tal-COVID-19 u l-konsegwenzi ekonomiċi li jinsabu għaddejjin tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
4.3.Azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni biex tindirizza l-isfidi
Ġiet osservata xejra pożittiva f’termini tal-għarfien tal-benefiċjarji potenzjali dwar il-PSLF. Dan huwa muri l-ewwel nett mill-utilizzazzjoni tal-Faċilità u r-riżerva ta’ proġetti li qed tiżviluppa tagħha, iżda wkoll mill-għadd dejjem jikber ta’ promoturi tal-proġetti li jikkuntattjaw lill-Kummissjoni b’mistoqsijiet speċifiċi dwar il-PSLF. Biex tappoġġja din ix-xejra, il-Kummissjoni pproduċiet materjal ta’ informazzjoni addizzjonali u kompliet il-kampanja ta’ komunikazzjoni ta’ sensibilizzazzjoni tagħha.
Barra minn hekk, l-isforzi biex tiġi ffaċilitata l-aċċessibbiltà tal-PSLF għal benefiċjarji u proġetti iżgħar, kif ukoll biex ikun hemm aktar self intermedjat ma’ Banek u Istituzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali (NPBIs) twettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-BEI billi ġew riveduti r-regoli eżistenti. L-ewwel nett, l-ammont minimu ta’ self intermedjat tnaqqas fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI minn EUR 3 miljun għal EUR 1 miljun minn Settembru 2023. It-tieni, il-limitazzjoni inkluża fil-ftehim amministrattiv relatat mal-involviment tal-NPBIs fl-implimentazzjoni tal-PSLF bħala intermedjarji finanzjarji tal-BEI hija mistennija li titneħħa. F’konformità ma’ dawn l-isforzi, l-ewwel proġetti marbuta ma’ self intermedjat ġew sottomessi għas-sejħa għall-proposti tal-PSLF, bl-involviment tal-Bank Nazzjonali Ċek għall-Iżvilupp.
4.4.Xogħlijiet preparatorji għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-PSLF
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament PSLF, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq evalwazzjoni interim biex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-Faċilità u l-kapaċità tagħha li tilħaq l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament PSLF sat-30 ta’ Ġunju 2025.
L-għan tal-evalwazzjoni huwa li jinsiltu tagħlimiet meħuda li jistgħu jintużaw biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-PSLF fil-perjodu li jifdal tal-implimentazzjoni tagħha. L-evalwazzjoni se tkopri l-komponent tal-għotja tal-Faċilità mid-data meta r-Regolament PSLF daħal fis-seħħ fit-2021 fis-27 Stat Membru, sal-aħħar informazzjoni disponibbli.
Fid-dawl tat-tħejjija tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal dwar l-evalwazzjoni interim, se jitwettqu l-passi li ġejjin biex iservu bħala bażi:
I.valutazzjoni tal-PSLF li għandha titwettaq internament mill-Kummissjoni;
II.studju biex tinġabar l-evidenza, li jiffoka fuq kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni, l-assistenza teknika, il-koerenza, is-sinerġiji ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE u nazzjonali, il-valur miżjud tal-UE, u suġġetti oħra.
L-eżerċizzju ta’ valutazzjoni beda kmieni fl-2024 u se jkompli matul l-iskeda ta’ żmien preparatorja tal-evalwazzjoni. Kuntratt ma’ T33 srl u Prognos AG ġie ffirmat mill-Kummissjoni f’April 2024 biex tipproduċi l-istudju.
5.Assistenza Teknika
Is-servizzi ta’ Konsulenza tal-BEI huma disponibbli taħt iċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU għat-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġetti eliġibbli. Sal-aħħar ta’ Lulju 2024, ġiet ipprovduta assistenza konsultattiva b’appoġġ għall-PSLF fil-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, Franza, ir-Rumanija, Spanja u l-Iżvezja.
Is-servizz ta’ appoġġ ġie vvalutat u adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ promoturi ta’ proġetti individwali u kien ivarja minn gwida ġenerali fl-identifikazzjoni ta’ proġetti xierqa, appoġġ upstream fit-tħejjija ta’ programmi ta’ investiment, sa pariri dwar l-iżvilupp tal-proġetti u appoġġ għall-applikazzjoni għall-għotjiet tal-PSLF. Barra minn hekk, il-BEI kien involut f’attivitajiet differenti biex jidentifika u jappoġġja proġetti li jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament taħt il-PSLF.
Abbażi ta’ din l-esperjenza inizjali u biex tiġi appoġġjata l-ħtieġa li tiġi żviluppata domanda għall-appoġġ tal-PSLF fil-futur (ara t-taqsima 4.1), il-BEI jipprevedi progress b’attivitajiet konsultattivi tul ħames flussi ta’ ħidma:
I.Konsulenza diretta lill-promoturi individwali, mutwatarji ta’ self ta’ investiment awtonomu, permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ konsulenza fil-fażijiet ta’ tħejjija u implimentazzjoni, inkluża l-assistenza fl-applikazzjonijiet għall-għotjiet;
II.Appoġġ għall-bini tal-kapaċità għal istituzzjonijiet mhux bankarji, li tipikament jaġixxu bħala aggregaturi ta’ proġetti ta’ daqs iżgħar, biex jiżviluppaw kapaċità amministrattiva u operazzjonali biex b’mod effettiv jiskrinjaw, jagħżlu, jipprijoritizzaw, jimmonitorjaw jew inkella jikkoordinaw għadd ta’ sottoproġetti;
III.Appoġġ konsultattiv “indirett” lill-benefiċjarji aħħarin ta’ self intermedjat jew qafas permezz ta’ pakketti ta’ appoġġ standardizzati mmirati biex itejbu s-solidità u l-konformità tal-proposti mal-politiki ta’ self applikabbli;
IV.Konsulenza dwar l-iżvilupp tas-suq fil-livell tal-Istati Membri biex tiġi identifikata d-domanda potenzjali għall-appoġġ tal-PSLF u jiġi stabbilit jekk il-prodotti finanzjarji disponibbli tal-PSLF humiex xierqa;
V.L-iskrinjar, l-ambitu u d-disseminazzjoni biex jiġi promoss l-użu tal-Faċilità, jiġu identifikati u prijoritizzati proġetti xierqa u tiġi pprovduta gwida ġenerali dwar l-applikazzjonijiet għall-għotjiet tal-PSLF.
F’komplementarjetà mas-servizzi offruti mill-BEI permezz taċ-Ċentru ta’ Konsulenza InvestEU, il-Kummissjoni użat servizzi ta’ konsulenza fuq talba taċ-Ċekja, tal-Greċja u tas-Slovakkja bl-għan li titqajjem kuxjenza dwar il-Faċilità u li jiġu identifikati u żviluppati proposti għal proġetti. L-assistenza teknika liċ-Ċekja hija pprovduta mill-Kummissjoni u l-appoġġ lis-Slovakkja huwa pprovdut taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI). Firxa wiesgħa ta’ servizzi hija pprovduta taħt iż-żewġ kuntratti, fost l-oħrajn is-sensibilizzazzjoni, il-mobilizzazzjoni ta’ benefiċjarji potenzjali fir-reġjuni tat-TJTP, kif ukoll l-iskrinjar tal-ideat tal-proġetti.
Il-Greċja qed tibbenefika minn appoġġ usa’ taħt it-TSI għall-implimentazzjoni tat-tliet pilastri tal-JTM. Barra minn hekk, il-Greċja talbet appoġġ disponibbli taħt il-JTP Groundwork għall-identifikazzjoni tal-proġetti u t-tħejjija sussegwenti ta’ proposti ta’ proġetti li għandhom jiġu ppreżentati għall-finanzjament tal-PSLF fir-reġjun tal-Peloponnese.
Il-Kummissjoni u l-BEI jipparteċipaw fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ inkarigi ta’ konsulenza biex jiżguraw il-komplementarjetà tagħhom ma’ attivitajiet konsultattivi oħra fl-Istati Membri benefiċjarji.
6.Il-passi li jmiss
Il-Kummissjoni f’koordinazzjoni mas-CINEA u mal-BEI se tkompli tqajjem kuxjenza dwar il-Faċilità biex tiżgura li l-applikanti potenzjali jifhmu l-offerta tagħha u jkunu jistgħu japplikaw għall-appoġġ. B’mod partikolari, informazzjoni aktar dettaljata dwar il-proġetti appoġġjati mill-PSLF se tkun disponibbli fuq id-dashboard pubbliku tas-CINEA.
Taħt il-mandat tiegħu taċ-Ċentru ta’ Konsulenza tal-InvestEU, il-BEI se jkompli l-implimentazzjoni tal-PSLF permezz tal-identifikazzjoni u l-iskrinjar ta’ proġetti potenzjali, l-għoti ta’ appoġġ konsultattiv lill-promoturi tal-proġetti u lill-awtoritajiet rilevanti, kif ukoll permezz ta’ laqgħat u avvenimenti ddedikati fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali. L-Istati Membri jistgħu wkoll ikomplu jirċievu appoġġ permezz tat-TSI għall-implimentazzjoni tal-PSLF.
It-tieni sejħa għall-proposti se titnieda fl-2026, f’konformità mar-Regolament PSLF.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tiffinalizza l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-PSLF li se tintbagħat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sat-30 ta’ Ġunju 2025.
7.Konklużjonijiet
Il-Faċilità ta’ self għas-settur pubbliku hija strument li jfittex li jiżgura li t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sseħħ b’mod ġust u soċjalment sostenibbli, fid-dawl tar-rwol ewlieni tas-settur pubbliku fl-indirizzar tal-fallimenti tas-suq.
Il-firxa kbira ta’ setturi li tista’ tappoġġja, bħall-effiċjenza enerġetika, l-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, u l-mobbiltà sostenibbli, flimkien mal-ammont ta’ finanzjament disponibbli jagħmluha rilevanti għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 filwaqt li jiġi żgurat li ħadd u l-ebda reġjun ma jitħalla jibqa’ lura.
Għaddew sentejn minn meta tnediet l-ewwel sejħa għal proposti tal-PSLF u ġie ppreżentat għadd dejjem akbar ta’ proposti ta’ proġetti eliġibbli, b’aktar proġetti potenzjali fit-tħejjija. L-evalwazzjoni interim tal-PSLF, li għandha titlesta qabel it-30 ta’ Ġunju 2025, se tiġbor data li se tippermetti li jinsiltu aktar konklużjonijiet dwar l-istat ta’ implimentazzjoni tal-Faċilità.
Sat-30 ta’ Lulju 2024, il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-PSLF għażel proposti għal proġetti li jirrappreżentaw ammont stmat ta’ għotjiet ta’ madwar EUR 148 miljun u ammont ta’ self stmat ta’ madwar EUR 863 miljun offrut mill-BEI. Ġew iffirmati erba’ ftehimiet ta’ għotja u bdiet l-implimentazzjoni tal-proġetti korrispondenti.