|
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 3/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2006 tad-29 ta' Awissu 2006 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf u awtorizzazzjoni għal għaxar snin għall-coccidiostat (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) bħala addittiv fl-għalf (4) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 rigward l-awtorizzazzjoni ta' addittiv fl-għalf “Bacillus cereus var. toyoi” , li jappartjieni għall-grupp ta' mikro-organiżmi (5) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1446/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-Enterococcus faecium (Biomin IMB52) bħala addittiv fl-għalf (6) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (7) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
|
(8) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/77/KE tad-29 ta' Settembru 2006 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar livelli massimi ta' komposti organokloriċi fl-għalf (8) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzw (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2006):
|
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005): “, kif emendat bi:
|
|
3. |
L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 33 (Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Numri 1284/2006, 1443/2006, 1444/2006, 1445/2006, 1446/2006 u 1447/2006 u tad-Direttiva 2006/77/KE fil-lingwi Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(2) ĠU L 235, 30.8.2006, p. 3.
(3) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 12.
(4) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19.
(5) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 22.
(6) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 25.
(7) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.
(8) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 53.
(*1) Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.