Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 30 ta' mal-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika /* COM/2013/0335 final - 2013/0175 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Sabiex jiġu żgurati
ċ-ċertezza legali u l-omoġenjità meħtieġa tas-Suq
Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra
l-leġiżlazzjoni kollha relevanti tal-UE fil-Ftehim ŻEE mill-aktar
fis possibbli wara l-adozzjoni tiegħu. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill
proposta) għandu l-għan li jemenda l-Protokoll 30. L-Istati
tal-EFTA taż-ŻEE għandhom l-għan li jkomplu
jipparteċipaw fil-programm statistiku pluriennali tal-UE. Minħabba li
l-pakkett finanzjarju tal-programm statistiku Ewropew tal-2013-17 ġie
stabbilit għall-2013 biss, u għalkemm il-qafas finanzjarju għall-perjodu
li jkopri mill-2014 sal-2017 għadu jrid jintlaħaq qbil dwaru,
il-parteċipazzjoni fil-programm għall-2013 suppost diġà
ntlaħaq qbil dwarha mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Għaldaqstant, l-abbozz
tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt jinkorpora l-programm statistiku
Ewropew ġdid tal-2013-17 fil-Protokoll 30 ta' mal-Ftehim ŻEE
għas-sena 2013. 3. L-ELEMENTI
ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA L-Artikolu 1(3) tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti
għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ŻEE jipprevedi li, fuq proposta
mill-Kummissjoni, il-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha
tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar Deċiżjonijiet bħal dawn.
Il-Kummissjoni tippreżenta l-Abbozz
tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżentah fil-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli. 2013/0175 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata,
f’isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
li temenda l-Protokoll 30 ta' mal-Ftehim ŻEE,
dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’
kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1), flimkien
mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar
l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea[1],
u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Il-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea[2]
(“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ
fl-1 ta' Jannar 1994. (2) Skont l-Artikolu 98
tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’
jiddeċiedi li jemenda, inter alia, il-Protokoll 30 ta'
miegħu. (3) Il-Protokoll 30 ta'
mal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar
l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika. (4) Ir-Regolament (UE)
Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew
tal-2013-17[3]
jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-2013 maħsub
għall-implimentazzjoni tal-programm statistiku Ewropew tal-2013-17.
L-allokazzjoni finanzjarja għall-perjodu li jkopri mill-2014 sal-2017
għadu jrid jintlaħaq qbil dwarha. (5) Il-programm statistiku
taż-ŻEE tal-2013 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE)
Nru 99/2013 u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma
meħtieġa għad-deskrizzjoni u għall-monitoraġġ
tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali relevanti kollha
taż-Żona Ekonomika Ewropea. (6) Għalhekk,
il-Protokoll 30 ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat
sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ
mill-1 ta’ Jannar 2013. (7) Il-pożizzjoni tal-Unjoni
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq
l-abbozz tad-Deċiżjoni li jinsab mehmuż, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tiġi
adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 30 ta' mal-Ftehim ŻEE, se
tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Anness Abbozz
ta' DEĊIŻJONI
TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru ta’ li
temenda l-Protokoll 30 ta' mal-Ftehim ŻEE,
dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’
kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari
l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1)
Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm
statistiku Ewropew tal-2013-17[4]
jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-2013 maħsub
għall-implimentazzjoni tal-programm statistiku Ewropew tal-2013-17.
L-allokazzjoni finanzjarja għall-perjodu li jkopri mill-2014 sal-2017
għadu jrid jintlaħaq qbil dwarha. (2)
Il-programm statistiku taż-ŻEE tal-2013
għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u
għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa
għad-deskrizzjoni u għall-monitoraġġ tal-aspetti
ekonomiċi, soċjali u ambjentali relevanti kollha taż-Żona
Ekonomika Ewropea. (3)
Għalhekk, il-Protokoll 30 ta' mal-Ftehim
ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża
tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2013. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Dan li ġej jiddaħħal wara
l-Artikolu 4 (Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża
u l-Kummerċ (MEETS)) tal-Protokoll 30 ta' mal-Ftehim ŻEE: "Artikolu 5 Il-Programm
Statistiku tal-2013 1. Il-programm statistiku Ewropew
tal-2013-17 kif stabbilit mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
qed issir referenza għalih fil-paragrafu 4, jikkostitwixxi l-qafas
għall-azzjonijiet statistiċi taż-ŻEE li għandhom
jitwettqu bejn l-1 ta' Jannar 2013 u
l-31 ta' Diċembru 2013. L-oqsma prinċipali u t-temi
statistiċi kollha tal-programm statistiku Ewropew tal-2013-17 jitqiesu li
huma relevanti għall-kooperazzjoni statistika taż-ŻEE u huma
miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati
tal-EFTA. 2. Programm Statistiku taż-ŻEE
speċifiku għall-2013 huwa żviluppat b’mod konġunt
mill-Uffiċju tal-Istatistika u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku
taż-ŻEE għall-2013 jissejjes fuq subsett tal-programm ta'
ħidma annwali mħejji mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ssir referenza għalih
fil-paragrafu 4, u jitfassal b'mod parallel miegħu. Il-Programm
Statistiku taż-ŻEE għall-2013 jiġi approvat mill-Partijiet
Kontraenti skont il-proċeduri interni tagħhom stess. 3. Għall-2013, l-Istati tal-EFTA,
f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u mar-Regolamenti
Finanzjarji ta' miegħu, jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta
għal 75 fil-mija tal-ammont indikat fil-linji baġitarji
29 02 05 (Programm statistiku Ewropew 2013-17) u
29 01 04 05 (Politika ta’ informazzjoni statistika – In-nefqa
fuq il-ġestjoni amministrattiva) inklużi fil-baġit tal-Unjoni
Ewropea għall-2013. 4. Dan l-Artiklu għandu fil-mira
l-att segwenti: - 32013 R 0099: Ir-Regolament (UE)
Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17
(ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).”’ Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ l-għada li ssir l-aħħar notifika skont
l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE[5]. Hija tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tiġi
ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' miegħu. Magħmul fi Brussell, Għall-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE Il-President
Is-Segretarji
tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
[1] ĠU
L 305, 30.11.1994, p. 6. [2] ĠU
L 1, 3.1.1994, p. 3. [3] ĠU
L 39, 9.2.2013, p. 12. [4] ĠU
L 39, 9.2.2013, p. 12. [5] [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti
kostituzzjonali.] [Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.]