27.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/8


Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2)

Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

(Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19))

(2023/C 30/08)

I. 1)   Isem, indirizz u kuntatt:

Isem reġistrat: Európske zoskupenie územnej spolupráce Veľká Morava s ručením obmedzeným

Uffiċċju reġistrat:Starohájska 10, 917 01 Trnava, SR

Kuntatt: Július Fekiač (Direttur)

I. 2)   Tul ta’ żmien tar-raggruppament:

Tul ta’ żmien tar-raggruppament: indefinit

Data tar-reġistrazzjoni:30/11/2022

II.   OBJETTIVI

—

l-iżvilupp tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-membri tiegħu fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera fit-territorju li fih jopera r-raggruppament (jiġifieri ż-żona amministrattiva tal-membri fundaturi u aderenti tar-raggruppament);

—

il-ġestjoni strateġika tal-iżvilupp reġjonali tat-territorju kkonċernat;

—

l-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn il-membri tiegħu, skont il-kompetenzi tagħhom, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

1.

l-infrastruttura;

2.

l-enerġija;

3.

it-teknoloġija tal-informazzjoni;

4.

l-iżvilupp reġjonali;

5.

it-turiżmu;

6.

l-edukazzjoni;

7.

il-kultura u l-isport;

8.

l-isfera soċjali u l-kura tas-saħħa;

9.

l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

10.

il-ħarsien tal-ambjent u l-agrikoltura;

11.

l-iżvilupp rurali;

12.

il-ġestjoni tal-kriżijiet;

13.

iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni;

14.

il-kooperazzjoni transfruntiera;

15.

it-trasport;

16.

it-tisħiħ tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni teknoloġiċi.

III.   DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT

Isem bl-Ingliż: EGTC Great Moravia with Limited Liability

IV.   MEMBRI

IV. 1)   Numru totali ta’ membri fir-raggruppament: 2

IV. 2)   Nazzjonalità tal-membri tar-raggruppament: mebru Ċek u mebru Slovakk

IV. 3)   Informazzjoni dwar il-membri

Isem uffiċjali: Trnavský samosprávny kraj

Indirizz postali:Starohájska 10, 917 01 Trnava, SR

Indirizz elettroniku: www.trnava-vuc.sk

Tip ta’ membru: Awtorità reġjonali

Isem uffiċjali: Jihomoravský kraj

Indirizz postali:Žerotínovo náměstí 449/3, 601 82 Brno, ČR

Indirizz elettroniku: www.jmk.cz

Tip ta’ membru: Awtorità reġjonali