Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni vs Franza

(Kawża C-145/11)

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/82/KE — Prodotti mediċinali veterinarji — Proċedura deċentralizzata bil-għan li tinħareġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali veterinarju f’diversi Stati Membri wieħed — Prodotti mediċinali ġeneriċi simili għall-mediċini ta’ riferiment diġà awtorizzati — Rifjut ta’ validazzjoni tat-talba ta’ Stat Membru — Kompożizzjoni u forma tal-prodott mediċinali

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Prodotti mediċinali veterinarji — Direttiva 2001/82 — Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Proċedura deċentralizzata — Talba konformi mal-eżiġenzi formali relatati mat-talba għal awtorizzazzjoni — Rifjut tal-validazzjoni minn Stat Membru għal raġunijiet fil-mertu — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82, Artikoli 32 u 33) (ara l-punti 32-39, 43, 45,46, 48 u d-dispożittiv)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 32 u 33 tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, li tistabbilixxi il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 31) — Proċedura deċentralizzata bil-għan li tinħareġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f’iktar minn Stat Membru wieħed — Prodotti mediċinali ġeneriċi simili għall-prodotti mediċinali ta’ riferiment diġà awtorizzati — Rifjut ta’ validazzjoni minn Stat Membru, ibbażat fuq raġunijiet xjentifiċi relatati mal-kompożizzjoni tal mediċina u mal-għażla tal-forma farmaċewtika tagħha — Prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku

Dispożittiv

1)

Billi rrifjutat li tivvalida żewġ talbiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali veterinarji CT-Line 15 % Premix u CT-Line 15 % Oral Powder fil-kuntest tal-proċedura deċentralizzata prevista mid-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, li tistabbilixxi l-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji, kif emendata bid-Direttiva 2004/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 32 u 33 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.