|
2.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/77 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1125
tal-5 ta' Ġunju 2019
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-18 ta' Mejju 2017 (2) u tal-4 ta' Ottubru 2018 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-konsumatur. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala sensitizzatur potenzjali tal-ġilda u irritant tal-għajnejn u tal-ġilda u ddikjarat li hemm riskju għall-utenti jekk ikun hemm inalazzjoni tal-addittiv. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv ma joħloqx riskju addizzjonali għall-ambjent meta mqabbel ma' komposti oħra taż-żingu, u li huwa sors effikaċi ta' żingu għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni ta' dak l-addittiv turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati, soġġett għal miżuri protettivi rispettivi għall-utenti tal-addittiv. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2017;15(6):4859.
(3) EFSA Journal 2018;16(10):5463.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
Kontenut tal-element (Zn) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b614 |
— |
Kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina bħala trab b'kontenut taż-żingu ta' bejn 2 % u 15 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Żingu, aċidu metilsulfanilbutanojku 2-ammino-4, sulfat; kelat taż-żingu mal-metijonina bi proporzjon molari ta' 1:1.
Metodi analitiċi (1): Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta' metijonina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
Klieb u qtates: 200 (total) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (total) Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (total) Speċijiet u kategoriji oħra: 120 (total) |
|
it-22 ta' Lulju 2029 |
||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/eurl/feed-additives/evaluation-reports