|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1786 |
24.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1786
tat-23 ta’ Lulju 2026
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanza tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L. kienet ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien, f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE, bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Din is-sustanza wara ddaħħlet fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet sottomessa applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikant talab li l-addittiv jiġi awtorizzat ukoll biex jintuża fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dan l-addittiv fl-ilma tax-xorb ma jkunx permess. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ Ġunju 2025 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li t-tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L. ma hija tal-ebda tħassib għas-sikurezza tal-annimali li jgħixu għal żmien qasir (speċijiet għas-simna) u li huwa improbabbli ħafna li twassal għal effetti avversi fl-annimali li jgħixu għal żmien twil u riproduttivi sa ċerti konċentrazzjonijiet massimi speċifikati aktar f’dik l-opinjoni għal kull speċi. Barra minn hekk, ikkonkludiet li ma ġie identifikat l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-konsumaturi u għall-ambjent wara l-użu tat-tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L.. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li t-tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L. jenħtieġ li titqies bħala irritant tal-ġilda u tal-għajnejn u sensitizzatur dermali u respiratorju. L-Awtorità indikat li, waqt l-immaniġġar tal-addittiv, jista’ jkun hemm esponiment tal-utenti mhux protetti għall-metilewġenol u għall-estragol u li għalhekk, l-esponiment tal-utenti jenħtieġ li jiġi minimizzat, biex jitnaqqas ir-riskju. Minbarra dan, l-Awtorità kkonkludiet li minħabba li tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L. hija rikonoxxuta li tagħti t-togħma lill-ikel u billi l-funzjoni tagħha fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li jkun hemm aktar provi tal-effikaċja tagħha. Hi vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L. tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik is-sustanza jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-preżenza tal-metilewġenol u tal-estragol, sustanzi ta’ tħassib, fit-tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L., teħtieġ l-istabbiliment ta’ kontenut massimu fl-għalf komplet. Hija jidhrilha wkoll li l-użu simultanju tat-tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L. ma’ addittivi oħra huwa permess, dment li l-kontenut tal-metilewġenol u tal-estragol fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost jibqa’ taħt dak li jirriżulta mill-użu tal-addittiv jew tal-addittivi bl-ogħla kontenut ta’ dawn is-sustanzi ta’ tħassib, fost l-addittivi tal-għalf awtorizzati kollha, fil-kontenut massimu jew rakkomandat tagħhom għall-ispeċijiet jew għall-kategorija tal-annimali rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jidhrilha li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sustanza kkonċernata, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorjali” u għall-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittiv tal-għalf, tintura tal-ħabaq mill-Ocimum basilicum L., kif awtorizzat skont id-Direttiva 70/524/KEE, u l-premixxeli li fihom dan l-addittiv, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-13 ta’ Frar 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-13 ta’ Awwissu 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-13 ta’ Awwissu 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-13 ta’ Awwissu 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-13 ta’ Awwissu 2028 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-13 ta’ Awwissu 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) EFSA Journal, 2025:23(7), e9543. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9543.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||
|
2b308-t |
Tintura tal-ħabaq |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tintura mill-weraq imnixxef tal-Ocimum basilicum L. Għamla likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Tintura tal-ħabaq: Tintura, kif definita mill-Kunsill tal-Ewropa, (KtE) (1), miksuba mill-weraq imnixxef tal-Ocimum basilicum L. permezz tal-estrazzjoni estiża b’taħlita ta’ solvent ilma/etanol, tal-ippressar u tal-filtrazzjoni. Numru KE: 283-900-8 Numru CAS: 84775-71-3 Numru KtE: 308 Speċifikazzjonijiet Kontenut ta’ materja niexfa: 1,79 % - 1,8 % Total ta’ polifenoli (2): ≤ 0,198 % Flavonojdi (3): ≤ 0,0257 % 1,8-Ċineol (ewkaliptol): ≤ 0,0019 % Ganfra: ≤ 0,0047 % Aċidu rożmariniku: ≤ 0,0110 % Metilewġenol: ≤ 0,0006 % Estragol: ≤ 0,00005 % Metodu analitiku (4) Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
Dundjani għas-simna |
— |
— |
87 |
|
It-13 ta’ Awwissu 2036 |
||||||||||||||||
|
Tiġieġ għas-simna u pollam tal-ispeċijiet minuri għas-simna |
— |
— |
65 |
|||||||||||||||||||||
|
Il-pollam kollu mrobbi għall-bajd jew għat-tnissil |
— |
— |
97 |
|||||||||||||||||||||
|
Għasafar ornamentali |
— |
— |
97 |
|||||||||||||||||||||
|
Il-pollam kollu għall-bajd u għat-tnissil |
— |
— |
97 |
|||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer għas-simna |
— |
— |
140 |
|||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer għas-simna ta’ Suidae minuri |
— |
— |
140 |
|||||||||||||||||||||
|
Ħnienes (mhux miftuma u miftuma) tas-Suidae kollha |
— |
— |
116 |
|||||||||||||||||||||
|
Is-Suidae kollha għar-riproduzzjoni |
— |
— |
170 |
|||||||||||||||||||||
|
Għoġġiela għas-simna |
6 xhur |
— |
291 |
|||||||||||||||||||||
|
Nagħaġ u mogħoż |
— |
— |
256 |
|||||||||||||||||||||
|
Bhejjem tal-ifrat għas-simna; ruminanti oħra għas-simna għajr in-nagħaġ, il-mogħoż u l-għoġġiela għas-simna sa 6 xhur; Camelidae għas-simna |
— |
— |
256 |
|||||||||||||||||||||
|
Ir-ruminanti l-oħra kollha; il-Camelidae l-oħra kollha |
- |
- |
166 |
|||||||||||||||||||||
|
Equidae |
- |
- |
256 |
|||||||||||||||||||||
|
Leporidae |
- |
- |
102 |
|||||||||||||||||||||
|
Salmonidi u ħut bil-pinen minuri |
- |
- |
292 |
|||||||||||||||||||||
|
Klieb |
- |
- |
307 |
|||||||||||||||||||||
|
Qtates |
- |
- |
256 |
|||||||||||||||||||||
|
Ħut ornamentali |
- |
- |
500 |
|||||||||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħra |
- |
- |
65 |
|||||||||||||||||||||
|
(1) Natural sources of flavourings – Rapport Nru 2 (2007). (2) Espress bħala ekwivalenti tal-aċidu galliku (GAE). (3) Espressi bħala ekwivalenti tal-iperosid. (4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt. |
||||||||||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1786/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)