|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/154 |
30.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/154
tad-29 ta’ Jannar 2025
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae DSM 34246 bħala addittiv tal-għalf għall-klieb u għall-qtates (detentur tal-awtorizzazzjoni: ACEL pharma s.r.l.)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae DSM 34246. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae DSM 34246 bħala addittiv tal-għalf għall-klieb u għall-qtates, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta’ April 2024 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae DSM 34246 huwa sikur għall-klieb u għall-qtates. Barra minn hekk, hija ddikjarat li ma hemmx bżonn li titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza għall-konsumatur jew għall-ambjent minħabba li l-addittiv huwa maħsub biex jintuża biss fl-għalf għall-qtates u għall-klieb. Ikkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae DSM 34246 mhumwiex irritant potenzjali tal-ġilda u tal-għajnejn iżda jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae DSM 34246, għandu l-potenzjali li jkun effikaċi bħala addittiv żootekniku għall-klieb u għall-qtates meta jiżdied mal-għalf bi kwantità ta’ 5 × 109 CFU/kg ta’ għalf komplet. Ma kinitx tal-fehma li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae DSM 34246 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dak il-preparat jenħtieġ li jiġi awtorizzat għall-klieb u għall-qtates. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li huwa parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal. 2024;22:e8802.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali |
|||||||||||||
|
4b1873 |
ACEL pharma s.r.l. |
Saccharomyces cerevisiae DSM 34246 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae DSM 34246 li fih minimu ta’ 2 × 1010 CFU/g Forma solida. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Saccharomyces cerevisiae DSM 34246 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf u fl-għalf kompost: Metodu tat-tferrigħ jew tat-tifrix (EN 15789) Identifikazzjoni: Reazzjoni Katina bil-Polimerażi (PCR) - CEN / TS 15790 |
Klieb u qtates |
— |
5 × 109 |
— |
|
Id-19 ta’ Frar 2035 |
||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/154/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)