Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU V - AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - KAPITOLU I - DISPOSIZZJONIJIET TA' APPLIKAZZJONI ĠENERALI - Artikolu III-293
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0132 - 0133
Artikolu III-293 1. Fuq bażi tal-prinċipji u l-miri stabbiliti fl-Artikolu III-292, il-Kunsill Ewropew għandu jidentifika l-interessi u l-miri strateġiċi ta' l-Unjoni. Deċiżjonijiet Ewropej tal-Kunsill Ewropew dwar l-interessi u l-miri strateġiċi ta' l-Unjoni għandhom jirrelataw għall-politika estera u ta' sigurtà komuni u għal oqsma oħra ta' azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jikkonċernaw ir-relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' pajjiż jew reġjun speċifiku jew jistgħu jkunu tematiċi fl-approċċ. Għandhom jiddefinixxu d-dewmien tagħhom, u l-mezzi li għandhom isiru disponibbli mill-Unjoni u l-Istati Membri. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, adottata minn dan ta' l-aħħar taħt l-arranġamenti stabbiliti għal kull qasam. Deċiżjonijiet Ewropej tal-Kunsill Ewropew għandhom jiġu implimentati skond il-proċeduri previsti mill-Kostituzzjoni. 2. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni, għall-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni, u l-Kummissjoni, għal oqsma oħra ta' azzjoni esterna, jistgħu jissottomettu proposti konġunti lill-Kunsill. --------------------------------------------------