IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.7.2021
COM(2021) 318 final
ANNESS
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu sakemm ikunu adottati dokumenti bi sħab aġġornati ġodda mill-UE u l-Eġittu
ANNESS
DEĊIŻJONI Nru xx/2021 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU
ta’ [dd/mm/yyy]
li jaqbel dwar l-estensjoni tal-Prijoritajiet ta’ Sħubija UE-Eġittu
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Eġittu, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim Ewro-Mediterranju”),
Billi:
(1)Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.
(2)Skont l-Artikolu 76 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim.
(3)L-Artikolu 86 tal-Ftehim jipprovdi li l-Partijiet jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u jaraw li jinkisbu l-għanijiet stipulati fil-Ftehim.
(4)Fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tal-25 ta’ Lulju 2017, l-UE u l-Eġittu qablu dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija biex jiggwidaw is-sħubija għall-perjodu 2017-20.
(5)Wara ittra mill-UE, iż-żewġ partijiet qablu dwar il-validità kontinwa tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu bħala dokument ta’ gwida biex tiġi kkonsolidata s-sħubija sakemm jiġu adottati dokumenti bi sħab aġġornati ġodda.
(6)L-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jistipula l-possibbiltà li jittieħdu deċiżjonijiet permezz ta’ proċedura bil-miktub bejn is-sessjonijiet jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, li jaġixxi bi proċedura bil-miktub, jiddeċiedi li l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu adottati fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu fil-25 ta’ Lulju 2017 jiġu estiżi sakemm jiġu adottati dokumenti bi sħab aġġornati ġodda mill-UE u l-Eġittu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi xx, [jum xahar sena].
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni