European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1885

10.7.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1885

tad-9 ta’ Lulju 2024

li jikkanċella l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Lyso IPA Surface Disinfection” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/978

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Ġunju 2021, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/978 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0023860-0000 lid-detentur tal-awtorizzazzjoni Schülke & Mayr GmbH għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess familja ta’ prodotti bijoċidali “Lyso IPA Surface Disinfection” f’konformità mal-Artikolu 44(5) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

Fit-23 ta’ Jannar 2024, f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, Schülke & Mayr GmbH ippreżentat talba biex din l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tiġi kkanċellata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). It-talba ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-GQ091762-19 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali.

(3)

Fit-12 ta’ Frar 2024, l-Aġenzija talbet lil Schülke & Mayr GmbH biex tiġġustifika t-talba, u fit-13 ta’ Frar 2024 Schülke & Mayr GmbH sostniet li t-talba kienet saret minħabba raġunijiet kummerċjali. L-Aġenzija bagħtet it-talba lill-Kummissjoni fl-istess jum.

(4)

Għalhekk, jixraq li l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Lyso IPA Surface Disinfection” tiġi kkanċellata fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u konsegwentement li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/978.

(5)

Huwa xieraq ukoll li jingħata perjodu ta’ konċessjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-ħażniet eżistenti f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Lyso IPA Surface Disinfection” mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/978 lil Schülke & Mayr GmbH bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0023860-0000 hija kkanċellata.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/978 jitħassar.

Artikolu 3

Il-prodotti bijoċidali tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “Lyso IPA Surface Disinfection” ma għandhomx ikomplu jitqiegħdu fis-suq mis-26 ta’ Jannar 2025 u l-istokkijiet eżistenti ta’ tali prodotti bijoċidali ma għandhomx jibqgħu jintużaw mill-25 ta’ Lulju 2025.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/978 tal-10 ta’ Ġunju 2021 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja tal-prodotti bijoċidali “Lyso IPA Surface Disinfection” (ĠU L 216, 18.6.2021, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/978/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1885/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)