31998R2605



Official Journal L 328 , 04/12/1998 P. 0006 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2605/98

tat-3 ta’ Diċembru 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1768/95 li jimplimenta r-regoli dettaljati fuq l-eżenzjoni agrikoli li għaliha jipprovdi l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar id-Drittijiet fuq il-Varjetajiet ta’ Pjanti fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 fuq id-drittijiet tal-varjetà ta’ pjanti fil-Komunità [1] (ir-Regolament Bażiku), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2506/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi l-Artikolu 14 tar-Regolament Bażiku jipprovdi għal deroga mid-drittijiet tal-varjetà ta’ pjanti fil-Komunità bl-iskop li tiġi salvagwardata il-produzzjoni agrikola (eżenzjoni agrikola);

Billi Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1768/95 [3] stabbilixxa kondizzjonijiet li jagħtu effett għal din id-deroga ubiex jissalvagwardaw l-interessi leġittimi tar-raħħal jew tal-bidwi;

Billi ma kienx possibbli dak iż-żmien li jiġi stabbilit il-livill ta’ ħlas ekwu li għandu jitħallas għall-użu magħmul mill-imsemmija deroga;

Billi, iżda, kien stipulat f’dak ir-Regolament illi l-livell inizjali kif ukoll is-sistema għall-adozzjoni sussegwenti għandu jkun speċifikat kemm jista’ jkun malajr;

Billi minn dak iż-żmien diversi ftehim bejn organizzazzjonijiet tar- raħħala u tal-bdiewa ġew konklużi f’diversi Stati Membri, li jikkonċernaw, inter alia, il-livell tal-ħlas;

Billi huwa xieraq li jiġi żgurat li d-diversi ftehim jsiru operabbli bħala linji ta’ gwida tal-Komunità dwar il-livell tal-ħlas, għaż-żoni u l-ispeċji rispettivi;

Billi, f’żoni jew speċji, li għalihom ma japplikawx dawk l-arranġamenti, il-ħlas li għandu jsir għandu fil-prinċipju jkun ta’ 50 % ta’ l-ammonti mitluba għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal ta’ propagazzjoni, aġġustat bi skala xierqa flessibbli, meta dik l-iskala tkun ġiet stabbilita dwar id-drittijiet nazzjonali rispettivi fuq il-varjetajiet ta’ pjanti;

Billi dawk il-livelli għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2003;

Billi huwa xieraq li jsiru disposizzjonijiet għal inċentiv raġonevoli għall-konklużjoni f’malajr ta’ aktar ftehim bejn l-organizzazzjonijiet tar-raħħala u l-bdiewa għaż-żoni jew speċji mhux ġa koperti, meta huma diġa qiegħdin jitħejjew; billi livell li jkun inferjuri għal dak speċifikat hawn fuq u applikabbli biss għall-perijodu limitat ta’ żmien jista’ jħajjar ċerti organizzazzjonijiet li jiffinalizzaw dawk il-ftehim kemm jista’ jkun malajr;

Billi l-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju tad-Drittjiet fuq il-Varjetajiet ta’ Pjanti fil-Komunità ġie konsultat;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Drittijiet fuq il-Varjetajiet ta’ Pjanti,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"4. Meta fil-każ tal-paragrafu 2 il-livell tal-ħlas ikun soġġett għal xi ftehim bejn l-organizzazzjonijiet tas-sidien u l-bdiewa, bil-parteċipazzjoni jew mingħajra ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jipproċessaw, li huma stabbiliti fil-Komunità f’livell Komunitarju, nazzjonali jew reġjonali rispettivament, il-livelli miftehma għandhom ikunu wżati bħala linji ta’ gwida biex jiġi stabbilit il-ħlas li għandu jsir fiż-żona u għall-ispeċji konċernati, jekk dawk il-livelli u l-kondizzjonijiet tagħhom jkunu ġew notifikati bil-miktub lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet rappresentattivi ta’ l-organizzazzjonijiet rilevanti u jekk fuq il-bażi tal-livelli miftehma u l-kondizzjonijiet tagħhom jkunu ġew pubblikat fil-‘Gazzetta Uffiċjali’ maħruġa mill-Uffiċċju tal-Varjetajiet ta’ Pjanti fil-Komunità.

5. Meta fil-każ tal-paragrafu 2 xi ftehim li għalih jirriferi l-paragrafu 4 ma jkunx japplika, il-ħlas li għandu jsir għandu jkun ta’ 50 % tal-ammont imħallas għall-produzzjoni liċenzjata tal-materjal ta’ propagazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu 2.

Iżda, jekk xi Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni qabel 1 ta’ Jannar 1999 bil-konkluzjoni imminenti ta’ xi ftehim li għalih jirreferi l-paragrafu 4 bejn l-organizzazzjonijiet rilevanti mwaqqfa f’livell nazzjonali jew reġjonali, il-ħlas li għandu jsir f’dik ż-żona u għall-ispeċji konċernati għandu jkun ta’ 40 % minflok ta’ 50 % kif speċifikat fuq, iżda biss dwar l-użu ta’ l-eżenzjoni agrikola magħmula qabel l-implimentazzjoni ta’ dak il-ftehim u mhux aktar tard mill-1 ta’ April 1999.

6. Meta fil-każ tal-paragrafu 5 il-bidwi jkun għamel użu, fil-perijodu rilevanti, tal-eżenzjoni agrikola fi proporzjon ta’ aktar minn 55 % tal-materjal totali tal-varjetà rilevanti wżat fil-produzzjoni tiegħu, il-livell tal-ħlas li għandu jsir f’dik iż-żona u għall-ispeċji konċernata għandu jkun dak li jkun japplika dwar dik il-varjetà jekk kienet protetta fl-Istat Membru rilevanti fis-sistema ta’ drittijiet tal-varjetà tal-pjanti nazzjonali tiegħu, jekk tkun teżiżti sistema nazzjonali li tkun stabbiliet dak il-livell, u sakemm dak il-livell ikun ta’ aktar minn 50 % ta’ l-ammonti li għandhom jitħallsu għall-produzzjoni liċenza ta’ materjal ta’ propagazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu 5 għandu jkun japplika irrespettivament mill-proporzjon ta’ l-użu.

7. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2003,id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, u tal-paragrafu 6 għandhom jiġu riveduti fid-dawl ta’ l-esperjenzi miksuba taħt dan ir-Regolament u ta’ l-iżviluppi fil-proporzjon li għalihom jirriferi l-paragrafu 3, biex jiġu possibilment adottati, sal-1 ta’ Lulju 2003, hekk kif jista’ jkun meħtieġ biex jitwaqqaf jew jiġi stabillizzat proporzjon raġonevolment bilanċjat, kif stipulat fl-imsemmi paragrafu, fil-Komunità kollha jew parti minnha."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Diċembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 227, ta’ l-1.9.1994, p. 1.

[2] ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 3.

[3] ĠU L 173, tal-25.7.1995, p. 14.

--------------------------------------------------