|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2256 |
8.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2256
tal-24 ta’ Settembru 2026
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda tal-Protokoll 10 tal-Ftehim ŻEE, dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija, u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (Kontribuzzjoni finanzjarja tas-CBAM)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jadotta emendi, fost l-oħrajn, tal-Protokoll 10 tal-Ftehim ŻEE, dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija, u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet. |
|
(3) |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għat-tħaddim tas-sistemi meħtieġa għall-operat tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (is-CBAM) fiż-ŻEE kollha permezz ta’ mekkaniżmu stabbilit b’mod parallel permezz ta’ deċiżjoni separata tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li temenda l-Protokoll 10 u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 10 u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati kif xieraq. |
|
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi addottata fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda tal-Protokoll 10 u l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda proposta tal-Protokoll 10 tal-Ftehim ŻEE dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija, u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BURKE
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2894/oj.
(2) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…
ta’ …
li temenda l-Protokoll 10 tal-Ftehim ŻEE, dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija, u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fil-Ftehim ŻEE teħtieġ l-użu ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-Unjoni li huma parzjalment relatati mal-operat tat-territorju doganali tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-Reġistru tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) u l-pjattaforma ċentrali komuni ġew żviluppati speċifikament għall-operat tas- CBAM, li miegħu jeħtieġ li jiġu assoċjati l-Istati tal-EFTA. Għalhekk, ir-Reġistru CBAM u l-pjattaforma ċentrali komuni jirrikjedu aġġustamenti speċifiċi għal dak l-għan. L-Istati tal-EFTA ma humiex parti mit-territorju doganali tal-Unjoni u għalhekk ma għandhomx aċċess awtomatiku għas-sistemi ta’ informazzjoni doganali speċifiċi li jintużaw ukoll għall-finijiet tas-CBAM. Fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-sistemi speċifiċi ta’ informazzjoni doganali rilevanti għat-tħaddim tas-CBAM, kif ukoll l-aġġustamenti speċifiċi tal-EFTA għar-Reġistru CBAM, b’mod speċjali wkoll kwalunkwe aġġustament speċifiku relatat mal-pjattaforma ċentrali komuni, ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja huma stabbiliti fil-Protokoll 10 tal-Ftehim ŻEE. Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA, inkluż l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fir-Reġistru CBAM u l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fil-pjattaforma ċentrali komuni, ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja huma stabbiliti fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE skont ir-regoli tal-Artikolu 82 tal-Ftehim ŻEE u tal-Protokoll 32 tal-Ftehim ŻEE. Peress li jenħtieġ li l-Istati tal-EFTA jipprovdu kontribut finanzjarju għas-sistemi, jenħtieġ li min-naħa tagħhom igawdu d-dritt ta’ aċċess u użu ta’ dawk is-sistemi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956. |
|
(2) |
L-ammonti indikattivi tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati tal-EFTA għall-finijiet tal-Protokoll 10 tal-Ftehim ŻEE fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Peress li r-Regolament (UE) 2023/956 ma japplikax għal-Liechtenstein, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 10 u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll Nru 10 tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. Id-dispożizzjonijiet fl-Anness III ta’ dan il-Protokoll relatati mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 japplikaw bejn il-Komunità, l-Iżlanda u n-Norveġja.” |
|
(2) |
Jiżdied l-anness li ġej wara l-Anness II: “Anness III Arranġamenti tekniċi u finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:
Artikolu 2 Proċessi tas-CBAM relatati mal-kontrolli doganali u mal-ġestjoni tar-riskju 1. Għall-iskambju u għall-ħżin ta’ informazzjoni relatata mal-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tan-Norveġja u l-Iżlanda, għandu jintuża r-Reġistru CBAM. Għall-informazzjoni tas-CBAM relatata mar-riskju doganali, għandha tintuża s-CRMS. 2. Is-CRMS għandha tintuża għall-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u bejn l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956, u għall-iskambju ta’ informazzjoni tas-CBAM relatata mar-riskju doganali u l-analiżi tar-riskju kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2023/956. Artikolu 3 Pjattaforma tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali 1. L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, tal-uffiċjali tal-Iżlanda u tan-Norveġja u tal-uffiċjali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, għall-finijiet ta’ aċċess għar-Reġistru CBAM, għandhom isiru bl-użu tal-pjattaforma tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (UUM&DS). 2. Il-pjattaforma UUM&DS għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn is-sistemi ta’ ġestjoni tal-identitajiet u l-aċċessi tal-Partijiet Kontraenti msemmija fil-paragrafu 7 għall-fini tal-għoti ta’ aċċess awtorizzat sikur għas-sistemi elettroniċi lil operaturi ekonomiċi u l-uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti. 3. Il-pjattaforma tal-UUM&DS (Uniform User Management and Digital Signature) għandha tikkonsisti f’dawn il-komponenti komuni li ġejjin:
4. Il-pjattaforma tal-UUM&DS għandha tintuża sabiex jiġu żgurati l-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess ta’:
5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess ipprovduta mill-Kummissjoni biex tivvalida t-talbiet għal aċċess ippreżentati mill-operaturi ekonomiċi u mill-uffiċjali, inklużi uffiċjali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, tal-Partijiet Kontraenti, fi ħdan il-pjattaforma tal-UUM&DS permezz ta’ interoperazzjoni mas-sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Partijiet Kontraenti msemmija fil-paragrafu 7. 6. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu s-sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni sabiex jiġġestixxu r-regoli dwar l-awtentikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni għall-validazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi għall-fini li jingħataw aċċess għas-sistemi elettroniċi. 7. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ ġestjoni tal-identitajiet u tal-aċċess sabiex jiżguraw:
Artikolu 4 Protezzjoni tas-segretezza professjonali u tad-data personali 1. L-informazzjoni skambjata mill-Partijiet Kontraenti fil-qafas tal-miżuri stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandha tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija lis-sigriet professjonali u lid-data personali kif imfissra mil-liġijiet rilevanti applikabbli fit-territorju tal-Parti Kontraenti riċevitriċi. 2. B’mod partikolari, dik l-informazzjoni m’għandhiex tiġi ttrasferita ulterjorment lil persuni oħrajn ħlief lill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti Kontraenti riċevitriċi, u lanqas ma għandha tintuża minn dawk l-awtoritajiet għal skopijiet oħra minbarra dawk previsti fil-Ftehim ŻEE. Artikolu 5 Ġestjoni tad-data, sjieda taddata u sigurtà Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li d-data rreġistrata fil-livell nazzjonali tikkorrispondi għad-data rreġistrata fil-komponenti komuni u li tinżamm aġġornata. Artikolu 6 Arranġamenti ta’ Finanzjament dwar ir-responsabbiltajiet, l-impenji u l-aspettattivi fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-operat tal-komponenti u s-servizzi tar-Reġistru tas-CBAM, tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u tas-sistemi sottostanti meħtieġa għall-operat tas-CBAM Fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tar-Reġistru tas-CBAM għall-Iżlanda u għan-Norveġja, dawn l-Arranġamenti ta’ Finanzjament (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘l-Arranġamenti’) jiddefinixxu l-elementi ta’ kollaborazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fir-rigward tar-Reġistru tas-CBAM u tas-servizzi tas-CBAM, tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u tas-sistemi sottostanti meħtieġa għall-operat tas-CBAM.
Artikolu 7 Monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jiddetermina kif il-Partijiet Kontraenti jkollhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness u jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu.” |
Artikolu 2
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 17 (ir-Regolament (UE) 2025/2643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:
“18. L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2025, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja segwenti, li ddaħħlet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2025, 2026 u 2027.
|
— |
Linja baġitarja 9.20.04.01: ‘Mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri’. |
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal-Liechtenstein.”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi …, ….
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj).
(*1) [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
ANNESS
Ammonti indikattivi li għandhom jitħallsu mill-Istati tal-EFTA skont il-Protokoll 10 tal-Ftehim ŻEE
L-ammonti ta’ wara l-2027 ma jippreġudikawx l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin dwar il-proposta tal-QFP li jmiss
|
|
Kontribuzzjonijiet ikkombinati tal-EFTA (EUR) |
||
|
Reġistru tas-CBAM |
2025 |
Kost tal-karatteristiċi speċifiċi tal-EFTA |
500 000,00 |
|
2026 |
Kost tal-karatteristiċi speċifiċi tal-EFTA |
700 000,00 |
|
|
2027 |
Kost tal-karatteristiċi speċifiċi tal-EFTA |
250 000,00 |
|
|
2028 |
Kost tal-karatteristiċi speċifiċi tal-EFTA |
għad trid tiġi deċiża |
|
|
Pjattaforma Ċentrali Komuni |
2026 - 2030 |
Kost tal-karatteristiċi speċifiċi tal-EFTA |
Għadu mhux identifikat f’dan l-istadju |
|
Ġestjoni tar-Riskju tas-CBAM - Datalab |
2026 |
Kost tal-konsenja |
50 000,00 |
|
2027 |
Kostijiet tal-operat |
40 000,00 |
|
|
2028 |
Kostijiet tal-operat |
40 000,00 |
|
|
2029 |
Kostijiet tal-operat |
40 000,00 |
|
|
2030 |
Kostijiet tal-operat |
40 000,00 |
|
|
etc |
|
|
|
|
Kostijiet tal-UUM&DS |
2026 |
Kost tal-konsenja |
135 000,00 |
|
Kostijiet tal-operat |
20 000,00 |
||
|
2027 |
Kostijiet tal-operat |
20 000,00 |
|
|
2028 |
Kostijiet tal-operat |
20 000,00 |
|
|
2029 |
Kostijiet tal-operat |
20 000,00 |
|
|
2030 |
Kostijiet tal-operat |
20 000,00 |
|
|
etc |
|
|
|
|
Kostijiet tas-CRS |
2026 |
Kost tal-konsenja |
150 000,00 |
|
Kostijiet tal-operat |
12 500,00 |
||
|
2027 |
Kostijiet tal-operat |
12 500,00 |
|
|
2028 |
Kostijiet tal-operat |
12 500,00 |
|
|
2029 |
Kostijiet tal-operat |
12 500,00 |
|
|
2030 |
Kostijiet tal-operat |
12 500,00 |
|
|
etc |
|
|
|
|
Kostijiet tas-CCN2 |
2026 |
Kost tal-konsenja |
100 000,00 |
|
2027 |
Kostijiet tal-operat |
10 000,00 |
|
|
2028 |
Kostijiet tal-operat |
10 000,00 |
|
|
2029 |
Kostijiet tal-operat |
10 000,00 |
|
|
2030 |
Kostijiet tal-operat |
10 000,00 |
|
|
etc |
|
|
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2256/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)