2.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/46


P9_TA(2022)0010

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (C(2021)09119 – 2021/3009(DEA))

(2022/C 336/14)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2021)09119),

—

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2021, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

—

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-11 ta' Jannar 2022,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 94(5) u (6) u l-Artikolu 102 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

—

wara li kkunsidra l-fatt li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fl-20 ta’ Jannar 2022,

A.

billi r-Regolament (UE) 2021/2116 jistabbilixxi regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro;

B.

billi r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tagħhom għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni;

C.

billi, fl-abbozz ta' regolament delegat, ir-regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro, hemm rabta sostantiva u interkonnessjoni bejniethom fil-ġestjoni ta' kuljum tan-nefqa tal-PAK, u għalhekk huwa xieraq li dawk ir-regoli jiġu stabbiliti fl-istess regolament delegat;

D.

billi, fl-abbozz ta' regolament delegat, ir-regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro huma stabbiliti għall-ġestjoni ta' kuljum tal-PAK il-ġdida, li l-Istati Membri jeħtieġ li jsarrfu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u billi, għalhekk, huwa xieraq li dawk ir-regoli jitqiesu bħala urġenti;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).