<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑427/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0427</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:18">EU:C:2017:18</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170118">18.1.2017</DATE> – KAWŻA C-427/15</P><P>NEW WAVE CZ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P>tat-<DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni marbuta ma’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal informazzjoni fi proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura marbuta mal-azzjoni li wasslet għall-konstatazzjoni ta’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-427/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nejvyšší soud (qorti suprema, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150803">3 ta’ Awwissu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">NEW WAVE CZ, a.s.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">ALLTOYS, spol. s r. o.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn C. Vajda (Relatur), li qed jaġixxi bħala President ta’ Awla, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn Němečková u M. F. Wilman, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn NEW WAVE CZ, a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NEW WAVE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), proprjetarja tat-trade mark verbali MegaBabe, u ALLTOYS, spol. s. r. o. dwar l-użu minn din tal-aħħar ta’ din it-trade mark mingħajr il-kunsens tal-ewwel kumpannija.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 10 tad-Direttiva 2004/48 tipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-għan ta’ din id-Direttiva hija li tqarreb is-sistemi leġislattivi sabiex tassigura livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju fis-suq intern.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Id-dritt għall-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fil-kuntest tal-passi legali li jikkonċernaw il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u b’risposta għal talba ġustifikata u proporżjonali ta’ min għamel il-klejm, l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji jistgħu jordnaw li l-informazzjoni fuq n-networks ta’ l-oriġini u tad-distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew is-servizzi li tikser id-dritt għall-proprjetà intellettwali għandu jkun pprovdut mill-kontravventur u/jew xi persuna oħra li::</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>instab f’possessjoni ta’ l-oġġetti li jikkontravjenu fuq skala kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>instab juża is-servizzi li jikkontravjenu fuq skala kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>instab li qed jipprovdi fuq skala kummerċjali servizzi użati biex jagħmlu attivitajiet li jikkontravjenu; jew,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kien indikat mill-persuna li għaliha saret riferenża fil-punti (a), (b) jew (ċ) bħala li kienet involuta fil-produzzjoni, manifattura jew distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew tal-provvista tas-servizzi;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-informazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1, kif inhu xieraq, tikkomprendi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, manifatturi, distributuri, fornituri u detenturi oħra ta’ qabel ta’ l-oġġetti jew servizzi, kif wkoll intiżi l-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>informazzjoni fuq il-kwantitajiet prodotti, manifatturati, mibjugħa, mgħotija jew ordnati, kif wkoll il-prezz miksub għal dawn l-oġġetti jew servizzi in kwestjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-imsemmija Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-miżuri proviżorji u prekawzjonarji<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu, fuq talba ta’ l-applikant:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>joħorġu kontra l-kontravventur mandat interlokutorju intiż biex jipprevjeni kontravvenzjoni imminenti tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, jew biex jipprojbixxi, fuq bażi proviżorja u bla ħsara, li jsir pagament rikorrenti tal-penalità fejn hemm provdut fil-liġi nazzjonali, il-kontinwazzjoni tal-kontravvenzjonijiet allegati ta’ dak id-dritt, jew biex jagħmel dik il-kontinwazzjoni bla ħsara għal depożitu tal-garanziji intiżi biex jassiguraw il-kumpens tad-detentur tad-dritt; mandat interlokutorju jista’ jinħareġ wkoll, taħt l-istess kondizzjonijiet, kontra intermedjarju li s-servizzi tiegħu qegħdin jiġu użati minn parti terzi biex issir kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali; mandati kontra intermedjarji li s-servizzi tagħhom qegħdin jintużaw minn parti terzi biex jiksru id-drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet relatati li jaqgħu taħt id-Direttiva 2001/29/KE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jordnaw il-qabda jew il-konsenja ta’ l-oġġetti suspettati li jikkontravjenu id-dritt tal-proprjetà intellettwali biex jipprevjenu d-dħul tagħhom jew il-moviment tagħhom fil-mezzi tal-kummerċ.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ kontravvenzjoni kommessa fuq skala kummerċjali, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li, jekk il-parti offiża turi li hemm riskju li l-ħsara ma tistax tissewwa, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw s-sekwestru ta’ proprjetà mobbli jew mhux mobbli tal-kontravventur allegat, li jinkludu l-waqfien tal-kontijiet bankarji tiegħu/tagħha u assi oħra. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jordaw komunikazzjoni tal-bank, finanzarja jew dokumenti kummerċjali jew aċċess xieraq għall-informazzjoni rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Id-danni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jiddikjara, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, fuq l-applikazzjoni tal-parti li sarulha d-danni, jordnaw lill-kontravventur li kien jaf jew b’raġunijiet validi li suppost kien jaf, daħal f’attività li tikkontravjeni, biex iħallas id-danni lid-detentur tad-dritt skond il-preġudizzju attwali soffert minnu/minnha riżultat tal-kontravvenzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) taz-zákon č. 221/2006 Sb., o vymáhání práv z průmyslového vlastnictví a o změně zákonů na ochranu průmyslového vlastnictví (Liġi Nru 221/2006 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet naxxenti mill-proprjetà industrijali u li temenda l-liġijiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-proprjetà industrijali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Liġi Nru 221/2006<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jipprovdi għall-possibbiltà li tiġi invokata l-pretenzjoni ta’ dritt għal informazzjoni marbuta ma’ leżjoni ta’ dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(2) tal-Liġi Nru 221/2006, jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu ma tingħatax b’mod volontarju f’terminu raġonevoli, il-proprjetarju jista’ jitlob din l-informazzjoni billi jressaq talba quddiem il-qorti fil-kuntest ta’ azzjoni marbuta ma’ leżjoni ta’ dritt. Il-qorti għandha tiċħad tali talba jekk din ma tkunx proporzjonata mal-gravità tat-theddida jew tal-leżjoni tad-dritt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>NEW WAVE ippreżentat l-ewwel proċedura kontra ALLTOYS peress li din tal-aħħar kienet użat, sabiex toffri l-oġġetti tagħha, it-trade mark MegaBabe mingħajr il-kunsens tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-ewwel proċedura, il-qorti nazzjonali ddeċidiet, permezz ta’ sentenza definittiva, li ALLTOYS kienet illediet id-drittijiet li NEW WAVE kellha fuq it-trade mark MegaBabe u ordnatilha li ma taġixxix b’mod improprju fil-futur kif ukoll li tirtira l-prodotti kkonċernati li kienu diġà mpoġġija fis-suq. Madankollu, din il-qorti ma awtorizzatx lil NEW WAVE timmodifika r-rikors tagħha bil-għan li ALLTOYS tiġi obbligata tipprovdi l-informazzjoni kollha marbuta mal-oġġetti kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara l-għeluq definittiv tal-imsemmija proċedura, NEW WAVE bdiet proċedura ġdida quddiem il-Městský soud v Praze (qorti munċipali ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) bil-għan li ALLTOYS tiġi obbligata tipprovdi l-informazzjoni kollha dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti li jużaw it-trade mark MegaBabe li din tal-aħħar kienet, f’xi mument fil-passat jew anki attwalment, ħażnet, poġġiet fis-suq jew importat, jiġifieri, b’mod konkret, l-isem u l-kunjom, jew l-isem jew id-denominazzjoni tal-kumpannija kif ukoll ir-residenza jew is-sede tal-fornitur, tal-manifattur, tal-bejjiegħ bl-imnut, tad-distributur u ta’ kull detentur preċedenti ieħor ta’ dawn l-oġġetti, kif ukoll id-data marbuta mal-kwantitajiet fornuti, maħżuna, rċevuti jew ordnati u mal-kwantitajiet mibjugħa, id-data speċifikata fuq il-prezz tal-bejgħ tal-biċċiet differenti u fuq il-prezz imħallas minn Alltoys lill-fornitur għall-oġġetti kkunsinnati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20110426">26 ta’ April 2011</DATE>, il-Městský soud v Praze (qorti muniċipali ta’ Praga) ċaħdet ir-rikors ta’ NEW WAVE. Din il-qorti kkunsidrat li ma kienx possibbli li jiġi invokat b’suċċess dritt għal informazzjoni permezz ta’ rikors ippreżentat b’mod awtonomu, peress li l-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 221/2006 kien jipprevedi li tali dritt jista’ jiġi invokat biss permezz ta’ talba indirizzata lill-qorti adita b’kawża għal leżjoni ta’ dritt. Issa, skont dik il-qorti, fil-kawża prinċipali, l-azzjoni marbuta ma’ leżjoni ta’ dritt kienet diġà ngħalqet permezz tas-sentenza definittiva mogħtija fil-kuntest tal-ewwel proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>NEW WAVE appellat quddiem il-Vrchní soud v Praze (qorti superjuri ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka), li, permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20120227">27 ta’ Frar 2012</DATE>, irriformat is-sentenza tal-ewwel istanza billi ordnat lil ALLTOYS tikkomunika lil NEW WAVE e l-informazzjoni mitluba. Din il-qorti tal-appell ikkunsidrat li kien jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 221/2006. F’dan il-kuntest, hija kkunsidrat li proċedura marbuta mal-provvista ta’ informazzjoni li ma tkunx ġiet ipprovduta b’mod volontarju kienet ukoll proċedura marbuta ma’ leżjoni ta’ dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>ALLTOYS ippeżentat rikors ta’ kassazzjoni kontra s-sentenza tal-imsemmija qorti tal-appell quddiem in-Nejvyšší soud (qorti suprema, ir-Repubblika Ċeka).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Din l-aħħar imsemmija qorti tirrimarka li, minkejja li l-Liġi Nru 221/2006 ittrasponiet id-Direttiva 2004/48 fl-ordinament ġuridiku Ċek, xorta teżisti differenza bejn it-test ta’ din il-liġi u dak ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, filwaqt li l-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 221/2006 kien jipprevedi l-possibbiltà li tinkiseb informazzjoni permezz ta’ talba <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>fil-kuntest ta’ proċedura marbuta ma’ leżjoni ta’ dritt<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/><HT TYPE="ITALIC">v řízení o porušení práva</HT><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48, fil-verżjoni tagħha bil-lingwa Ċeka, kien jipprevedi l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw il-possibbiltà li tinkiseb informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>inkonnessjoni ma’ azzjoni marbuta ma’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/><HT TYPE="ITALIC">v souvislosti s řízením o porušení práva duševního vlastnictví</HT><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Skont il-qorti tar-rinviju, din id-dispożizzjoni nazzjonali għandha tiġi interpretata b’mod konformi mad-Direttiva 2004/48. Madankollu, hija tirrileva li l-interpretazzjoni ta’ din l-espressjoni, inkluża fl-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva, ma hijiex inekwivoka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-Nejvyšší soud (qorti suprema) tenfasizza li jeżistu differenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tad-Direttiva 2004/48. Difatti, il-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka, Ingliża u Franċiża ta’ din id-direttiva jużaw rispettivament l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>inkonnessjoni ma’ azzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/><HT TYPE="ITALIC">v souvislosti s řízením</HT><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>fil-kuntest ta’ azzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/><HT TYPE="ITALIC">in the context of proceedings</HT><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>fil-kuntest ta’ azzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/><HT TYPE="ITALIC">dans le cadre d’une action</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>). Skont dik il-qorti, b’mod kuntrarju għall-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka u Ingliża<?PAGE NO="5"?> tad-Direttiva 2004/48, il-verżjoni bil-lingwa Franċiża ta’ din tal-aħħar tikkorrispondi iktar mat-test tal-Liġi Nru 221/2006, peress li tindika konnessjoni iktar mill-qrib bejn l-azzjoni u t-talba għal informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Nejvyšší soud (il-qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li wieħed ikun jinsab fil-kuntest ta’ azzjoni dwar ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali anki meta, wara l-għeluq definittiv tal-azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali r-rikorrent jistaqsi, fi proċedura awtonoma, għal informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi li jiksru dan id-dritt tal-proprjetà intellettwali (pereżempju sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat b’mod preċiż id-dannu u sussegwentement jintalab il-kumpens għalih)?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal sitwazzjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha, wara l-għeluq definittiv ta’ azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali, rikorrent jitlob, fi proċedura awtonoma, informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi li jilledu dak id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, b’mod konformi ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tingħata interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jittieħed kont mhux biss tat-termini tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha u tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Liffers, Rosselle</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-99/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:173">EU:C:2016:173</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48, jeħtieġ, minn naħa, jiġi rrilevat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>fil-kuntest tal-passi legali li jikkonċernaw il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ma tistax tinftiehem bħala li tagħmel riferiment biss għal proċeduri maħsuba sabiex tinkiseb il-konstatazzjoni ta’ leżjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali. Fil-fatt, l-użu ta’ din l-espressjoni ma teskludix li dan l-Artikolu 8(1) jista’ jinkludi fih ukoll proċeduri awtonomi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mibdija wara l-għeluq definittiv ta’ azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ leżjoni ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward hemm lok li jiżdied, ċertament, kif irrimarkat il-qorti tar-rinviju, li ċerti verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48, bħal dawk bil-lingwa Franċiża, jużaw espressjonijiet li jistgħu jiġu interpretati bħala li għandhom kamp ta’ applikazzjoni iktar limitat meta mqabbla ma’ dawk użati f’verżjonijiet lingwistiċi oħra, bħal dawk bil-lingwa Ċeka u Ingliża. Madankollu, xorta jibqa’ l-fatt, kif irrimarkat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet tagħha mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li ma jirriżulta minn ebda waħda minn dawk il-verżjonijiet lingwistiċi li r-rikorrent għandu jinvoka d-dritt għall-informazzjoni prevista f’dan l-artikolu fil-kuntest tal-istess proċedura intiża sabiex tiġi kkonstatata l-leżjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-kliem tal-Artikolu 8(1) Direttiva 2004/48, jirriżulta li d-destinatarju tal-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni ma huwiex biss dak li jilledi d-dritt tal-proprjetà inkwistjoni, iżda wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>xi persuna oħra<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li hija inkluża f’din id-dispożizzjoni, taħt a) sa d). Issa, dawn il-persuni l-oħra ma humiex neċessarjament parti fil-proċedura intiża sabiex tiġi kkonstatata leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali. Din il-konstatazzjoni tikkonferma li l-kliem tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva ma jistax jiġi interpretat bħala li huwa applikabbli biss fil-kuntest ta’ tali proċeduri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din l-interpretzzjoni hija konformi wkoll mal-għan tad-Direttiva 2004/48, li huwa, kif tindika l-premessa 10 tagħha, li jiġu armonizzati l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-mezzi biex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali sabiex jiġi żgurat livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Diageo Brands</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-681/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:471">EU:C:2015:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’hekk, bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni għolja tal-proprjetà intellettwali, jeħtieġ li tiġi miċħuda interpretazzjoni li tirrikonoxxi d-dritt għal informazzjoni previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 unikament fil-kuntest ta’ proċedura maħsuba sabiex tiġi kkonstatata leżjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali. Fil-fatt, tali livell ta’ protezzjoni kien ikun f’riskju li ma jiġix żgurat li kieku ma kienx possibbli li dan id-dritt għal informazzjoni jiġi eżerċitat ukoll fil-kuntest ta’ proċedura awtonoma mibdija wara l-għeluq definittiv ta’ azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali, kif fil-fatt ġara fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, jeħtieġ li jitfakkar li d-dritt għal informazzjoni previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 jikkonkretizza d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’tali mod jiżgura l-eżerċizzju effettiv tad-dritt fundamentali tal-proprjetà, li jifforma parti minnu d-dritt tal-proprjetà intellettwali protett mill-Artikolu 17(2) ta’ din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Coty Germany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-580/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:485">EU:C:2015:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, dan id-dritt għal informazzjoni jippermetti lid-detentur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali li jidentifika lill-persuna li tilledi dan l-aħħar imsemmi dritt u li jadotta l-miżuri neċessarji, bħall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal miżuri provviżorji previsti fl-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2004/48 jew talbiet għad-danni previsti fl-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, bil-għan li dan id-dritt jiġi protett. Fil-fatt, jekk ma jkunx kiseb konjizzjoni sħiħa tal-portata tal-leżjoni tad-dritt tiegħu tal-proprjetà intellettwali, id-detentur ta’ tali dritt ma jkunx f’pożizzjoni li jiddetermina jew li jikkalkula b’mod preċiż id-danni li jkollu dritt għalihom minħabba din il-leżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li ma huwiex dejjem possibbli li ssir talba bil-għan li tinkiseb l-informazzjoni rilevanti kollha fil-kuntest ta’ proċedura li fi tmiemha tkun ġiet ikkonstatata l-leżjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali. B’mod partikolari, ma jistax jiġi eskluż li d-detentur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali jikseb konjizzjoni tal-portata tal-leżjoni ta’ dan id-dritt biss wara l-għeluq definittiv ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ma hemmx lok li l-eżerċizzju tad-dritt għal informazzjoni previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 jiġi limitat għal proċeduri li jkollhom l-għan li tiġi kkonstatata leżjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, wara l-għeluq definittiv ta’ azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali, rikorrent jitlob, fi proċedura awtonoma, informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi li jilledu dan id-dritt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, wara l-għeluq definittiv ta’ azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ leżjoni ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali, rikorrent jitlob, fi proċedura awtonoma, informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi li jilledu dan id-dritt.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>