|
15.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 44/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/264
tas-7 ta' Frar 2019
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/464 (BiH/27/2019)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(2) |
Fis-7 ta' Marzu 2017, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/464 (2) li taħtar lid-Deputat Kmandant Alleat Suprem għall-Ewropa (DSACEUR), il-Ġeneral Sir James EVERARD bħala l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina. |
|
(3) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq innotifika lill-Kunsill Ewropew, f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
Fit-8 ta' Ottubru 2018, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ddeċieda fil-prinċipju li l-Viċi Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali Supremi tal-Potenzi Alleati fl-Ewropa (SHAPE) għandu jinħatar bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina mid-29 ta' Marzu 2019, soġġett għall-konferma min-NATO tad-disponibbiltà tiegħu. |
|
(5) |
Fis-7 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana kkonferma d-disponibbiltà tal-Viċi Kap tal-Persunal ta' SHAPE biex jassumi r-rwol tiegħu ta' Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina taħt l-Arranġamenti “Berlin plus”, mid-29 ta' Marzu 2019. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Logutenent Ġeneral Olivier RITTIMANN, Viċi Kap tal-Persunal ta' SHAPE, jinħatar bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina mid-29 ta' Marzu 2019 f'12:00 CET. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/464 titħassar. |
|
(8) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. |
|
(9) |
Fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen adotta dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma wkoll jew membri tan-NATO jew li huma partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew arranġamenti bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Logutenent Ġeneral Olivier RITTIMANN, Viċi Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali Supremi tal-Potenzi Alleati fl-Ewropa, huwa b'dan maħtur biex jieħu post il-Ġeneral Sir James EVERARD bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina mid-29 ta' Marzu 2019 f'12:00 CET.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/464 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Marzu 2019.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2019.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/464 tas-7 ta' Marzu 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni BiH/21/2014 (BiH/24/2017) (ĠU L 72, 17.3.2017, p. 70).