|
9.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/19
tat-8 ta' Jannar 2016
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-4 ta' Jannar 2016 sal-5 ta' Jannar 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għaż-żejt taż-żebbuġa li ġej mit-Tuneżija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (1) (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa verġni li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 1509 10 10 u NC 1509 10 90, miksub bis-sħiħ fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż sal-Unjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006 jistabbilixxi għas-sena 2016 il-kwantità tal-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4032 għal 56 700 tunnellati |
|
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin minn mill-4 ta' Jannar 2016 sal-5 ta' Jannar 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
|
(4) |
M'għandhomx jinħarġu aktar liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja li għandha n-numru tal-ordni 09.4032, prevista fir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għall-perjodu tal-kwota attwali. |
|
(5) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-kwantitajiet li għalihom isiru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni rilevanti għall-kwota bin-numru ta' ordni 09.4032, prevista fl-Artikolu 2(1), tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, introdotti fl-4 ta' Jannar 2016 sal-5 ta' Jannar 2016 qed jiġi applikat koeffiċjent ta' attribuzzjoni ta' 74,495088 %.
2. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda ta' ċertifikati ta' importazzjoni rilevanti għall-kwota bin-numru ta' ordni 09.4032, prevista fl-Artikolu 2(1), tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, hija sospiża mill-11 ta' Jannar 2016 għall-perjodu tal-kwoti li għaddej bħalissa.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).