<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-147/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0147</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:935">EU:C:2020:935</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20201118">18.11.2020</DATE> – Kawża C‑147/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/100/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol awdjoviżiv li jinkorpora fonogramma jew riproduzzjoni ta’ fonogramma</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas ekwu u uniku</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑147/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit‑Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190213">13 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20190220">20 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Artistas Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, M. Ilešič (Relatur), E. Juhász, C. Lycourgos u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: C. Ströholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación SA, minn C. Aguilar Fernández, L. J. Vidal Calvo u M. González Gordon, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI), minn J. J. Marín López, abogado,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Artistas Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE), minn A. López Sánchez, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, inizjalment minn A. Rubio González, sussegwentement minn S. Jiménez García, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn É. Gippini Fournier u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad‑<DATE ISO="19921119">19 ta’ Novembru 1992</DATE> dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 120), u tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 28</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Atresmedia<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), impriża li għandha diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni, u l-Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI) u Artistas Interpretes o Ejecurequées, Sociedad de Gestión de España (AIE), entitajiet li jiġġestixxu, rispettivament, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ produttur ta’ fonogrammi u tali drittijiet ta’ artisti tal-ispettaklu, dwar il-ħlas, minn Atresmedia, ta’ kumpens ekwu u uniku għax-xandir, fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni operati minn din tal-aħħar, ta’ xogħlijiet awdjoviżivi li jinkorporaw fonogrammi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, tat‑<DATE ISO="19690523">23 ta’ Mejju 1969</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 1155, p. 331), jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ trattat, il-kuntest għandu jinkludi, minbarra t-test, inklużi l-preambolu u l-annessi tiegħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kwalunkwe ftehim dwar it-trattat li jkun sar bejn il-Partijiet kollha fl-okkażjoni tal-konklużjoni tat-trattat;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Ruma</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Unjoni Ewropea ma hijiex parti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Artisti tal-Ispettaklu, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir, iffirmata f’Ruma fis‑<DATE ISO="19611026">26 ta’ Ottubru 1961</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Konvenzjoni ta’ Ruma<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kuntrarjament għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni bl-eċċezzjoni tar-Repubblika ta’ Malta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija konvenzjoni jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser kull fissazzjoni esklużivament akustika ta’ ħsejjes li joħorġu minn eżekuzzjoni jew minn ħsejjes oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser li tagħmel kopja jew kopji ta’ fissazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-WPPT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) adottat, fl‑<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE>, it-Trattat tal-WIPO dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur u t-Trattat tal-WIPO dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>WPPT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Dawn it-Trattati ġew approvati f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE> dwar l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tat-Trattat WIPO dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur u tat-Trattat WIPO dwar il-Preżentazzjonijiet u l-Fonogrammi [l-Interpretazzjonijiet, l-Eżekuzzjonijiet u l-Fonogrammi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208), u daħlu fis-seħħ, għal dak li jikkonċerna l-Unjoni, fl‑<DATE ISO="20100314">14 ta’ Marzu 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(b) tal-WPPT jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-għanijiet tat-Trattat:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-iffissar ta’ ħsejjes ta’ prestazzjoni jew ta’ ħsejjes oħra, jew ta’ rappreżentazzjoni ta’ ħsejjes, li mhix il-forma ta’ fissazzjoni inkorporata f’xogħol ċinematografiku jew xogħol ieħor awdjoviżiv<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Konferenza Diplomatika dwar Ċerti Kwistjonijiet tad-Drittijiet tal-Awtur u tad-Drittijiet Relatati tal‑<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE> adottat id-dikjarazzjoni komuni li ġejja, fir-rigward tal-Artikolu 2(b) tal-WPPT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Huwa mifhum li t-tifsira ta’ fonogramma mogħtija fl-Artikolu 2(b) ma timplikax li d-drittijiet fuq il-fonogramma huma milquta b’xi mod jekk din tiġi inkorporata f’xogħol ċinematografiku jew f’xogħol awdjoviżiv ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 92/100</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Is-seba’ u l-għaxar premessa tad-Direttiva 92/100 jgħidu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Billi x-xogħol kreattiv u artistiku ta’ awturi u artisti jeħtieġ dħul adegwat bħala bażi għal aktar xogħol kreattiv u artistiku, u l-investimenti meħtieġa b’mod partikulari għall-produzzjoni ta’ fonogrammi u films huma għoljin u riskjużi; billi l-possibbiltà biex tassigura dak id-dħul u tirkupra dak l-investiment tista’ tkun biss permezz ta’ protezzjoni legali adekwata tad-detenturi tad-drittijiet relatati;</P><P>[…]</P><P>Billi l-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri għandha ssir approssimattiva b’tali mod li ma tkunx konflinġenti mal-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati ħafna mid-drittijiet ta’ l-awtur u l-liġijiet tad-drittijiet relatati<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafu 2 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jassiguraw li ħlas uniku ekwu jitħallas mill-utent, jekk fonogramm jixxandar għall-finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku, u biex jassiguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fl-assenza ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-Direttiva 92/100 ġiet ikkodifikata u mħassra bid-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/29/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għall-awturi, tax-xogħolijiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għall-artisti, ta’ l-iffissar tal-wirjiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>għall-produtturi ta’ fonogrammi, tal-fonogrammi tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/115</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-premessi 5 u 7 tad-Direttiva 2006/115 jgħidu li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>(5)</NO.P><TXT>Ix-xogħol kreattiv u artistiku ta’ awturi u artisti jeħtieġ dħul adegwat bħala bażi għal aktar xogħol kreattiv u artistiku, u l-investimenti meħtieġa b’mod partikulari għall-produzzjoni ta’ fonogrammi u films huma għoljin u riskjużi. Il-possibbiltà li jiġi żgurat dak id-dħul u li jiġi rkuprat dak l-investiment tista’ tkun garantita b’mod effettiv biss permezz ta’ protezzjoni legali adegwata tad-detenturi tad-drittijiet relatati.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Il-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri għandha tiġi approssimata b’tali mod li ma tmurx kontra l-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati d-drittijiet ta’ l-awtur u l-liġijiet tad-drittijiet relatati ta’ bosta Stati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 hija identika għall-formulazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 108(4) tar-Real Decreto Legislativo 1/1996, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley de Propiedad Intelectual, regularizando, aclarando y armonizando las disposiciones legales vigentes sobre la materia (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/1996 li Japprova t-Test Ikkodifikat tal-Liġi dwar il-Proprjetà Intellettwali, li Jistabbilixxi, Jippreċiża u Jarmonizza d-Dispożizzjonijiet Legali fis-Seħħ f’dan il-Qasam), tat‑<DATE ISO="19960412">12 ta’ April 1996</DATE> (BOE Nru 97, tat‑<DATE ISO="19960422">22 ta’ April 1996</DATE>, p. 14369), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>LPI<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-utenti ta’ fonogramma ppubblikata għal skopijiet kummerċjali jew ta’ riproduzzjoni ta’ dik il-fonogramma li tintuża għal kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku għandu jkollhom l-obbligu li jħallsu ħlas ekwu u uniku lill-artisti u lill-produtturi ta’ fonogrammi, li għandhom jaqsmu dan il-ħlas bejniethom. Fin-nuqqas ta’ qbil bejniethom dwar kif għandu jkun maqsum dan il-ħlas, dan għandu jkun f’partijiet ugwali […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 114(1) tal-LPI jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser kull fissazzjoni esklużivament akustika tal-eżekuzzjoni ta’ xogħol jew ta’ ħsejjes oħra.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 116(2) tal-LPI, li jinsab taħt it-titolu li jirregola d-drittijiet tal-produtturi ta’ fonogrammi, jinkludi formulazzjoni identika għal dik tal-Artikolu 108(4) tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE>, l-AGEDI u AIE ressqu, quddiem il-Juzgado de lo Mercantil núm. 4 Bis de Madrid (il-Qorti Kummerċjali ta’ Madrid, Spanja), azzjoni kontra Atresmedia sabiex din tal-aħħar tiġi kkundannata tħallashom kumpens abbażi ta’ atti ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi ppubblikati għal finijiet kummerċjali, jew ta’ riproduzzjonijiet tagħhom, imwettqa bejn l‑<DATE ISO="20030601">1 ta’ Ġunju 2003</DATE> u l‑<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE> fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni operati minn Atresmedia kif ukoll abbażi tar-riproduzzjoni mhux awtorizzata ta’ fonogrammi mwettqa għall-finijiet ta’ dawn l-atti ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li din l-azzjoni ġiet iddikjarata infondata mill-Juzgado de lo Mercantil de Madrid (il-Qorti Kummerċjali ta’ Madrid), l-AGEDI u AIE appellaw mis-sentenza mogħtija minn din il-qorti quddiem l-Audiencia Provincial de Madrid (il-Qorti Provinċjali ta’ Madrid, Spanja), li annullat din is-sentenza u laqgħet it-talba tagħhom fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Atresmedia ppreżentat appell fil-kassazzjoni mis-sentenza mogħtija mill-Audiencia Provincial de Madrid (il-Qorti Provinċjali ta’ Madrid) quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-qorti tosserva li l-appell jirrigwarda esklużivament il-kwistjoni dwar jekk il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet awdjoviżivi mwettqa minn Atresmedia fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni tagħha tagħtix id-dritt għall-ħlas ekwu u uniku previst, fid-dritt Spanjol, fl-Artikolu 108(4) u fl-Artikolu 116(2) tal-LPI, li jikkorrispondu, fid-dritt tal-Unjoni, għall-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 u għall-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. B’mod partikolari, l-imsemmija qorti tindika li hija għandha tiddetermina jekk, mill-mument meta fonogramma ppubblikata għal finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma, ġietx inkorporata jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>sinkronizzata<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> f’reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-fissazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv, l-artisti tal-ispettaklu kif ukoll il-produtturi ta’ fonogrammi kkonċernati jistgħux jeżiġu dan il-ħlas ekwu u uniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-istess qorti żżid li, peress li l-AGEDI u AIE jitolbu lil Atresmedia kumpens abbażi tal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet awdjoviżivi mwettqa bejn l‑<DATE ISO="20030601">1 ta’ Ġunju 2003</DATE> u l‑<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, kemm id-Direttiva 92/100 kif ukoll id-Direttiva 2006/115 huma applikabbli <HT TYPE="ITALIC">rationae temporis</HT> għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>riproduzzjoni ta’ fonogramm ippubblikat għal finijiet kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> li jinsab fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva [92/100] u tad-Direttiva [2006/115] jinkludi r-riproduzzjoni ta’ fonogramm ippubblikat għal finijiet kummerċjali f’reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-iffissar ta’ xogħol awdjoviżiv?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, entità ta’ xandir televiżiv li tuża, għal kull tip ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-iffissar ta’ xogħol ċinematorgrafiku jew awdjoviżiv li fiha huwa ppubblikat fonogamm għal finijiet kummerċjali, għandha l-obbligu tal-ħlas uniku u ekwu previst fl-Artikolu 8(2) ta’ dawn id-direttivi?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, qabelxejn, li huwa paċifiku, fil-kawża prinċipali, li fonogrammi ppubblikati għal finijiet kummerċjali, jew riproduzzjonijiet ta’ dawn il-fonogrammi, ġew inkorporati fir-reġistrazzjonijiet awdjoviżivi li jinkludu l-fissazzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi, peress li dawn ir-reġistrazzjonijiet awdjoviżivi kienu sussegwentement is-suġġett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni li Atresmedia hija l-proprjetarja tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, id-domanda tal-qorti tar-rinviju ma tirrigwardax ir-riproduzzjoni ta’ tali fonogrammi meta jiġu inkorporati fl-imsemmija reġistrazzjonijiet awdjoviżivi. Fil-fatt, din il-qorti tippreċiża li tali inkorporazzjoni saret bl-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati u bħala korrispettiv għal ħlas mogħti lil dawn tal-aħħar skont l-arranġamenti kuntrattwali applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmija qorti tixtieq tkun taf jekk l-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi ta’ fonogrammi kkonċernati għandhomx jirċievu l-ħlas ekwu u uniku previst fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 u fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, meta tali reġistrazzjonijiet awdjoviżivi sussegwentement ikunu s-suġġett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jitqies li, permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-ħlas ekwu u uniku, imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jitħallas mill-utent meta jwettaq komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-fissazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv li fiha tkun ġiet inkorporata fonogramma jew riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, l-Istati Membri għandhom jipprevedu dritt sabiex jiżguraw li ħlas ekwu u uniku jitħallas mill-utent meta fonogramma ppubblikata għal finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma, tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tfakkar, dan il-ħlas jirrappreżenta l-korrispettiv tal-użu ta’ fonogramma kummerċjali waqt tali xandir jew komunikazzjoni lill-pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>SENA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑245/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:68">EU:C:2003:68</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Lagardère Active Broadcast</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑192/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:475">EU:C:2005:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet b’hekk jagħtu lill-persuni koperti minnhom dritt ta’ natura kumpensatorja, li l-element li jagħti lok għalih huwa x-xandir jew il-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-interpretazzjoni jew tal-eżekuzzjoni tax-xogħol iffissat fuq fonogramma ppubblikata għal finijiet kummerċjali, jew fuq riproduzzjoni ta’ tali fonogramma (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200908">8 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Recorded Artists Actors Performers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:677">EU:C:2020:677</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ddeterminat jekk reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-fissazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv, bħal dik imsemmija fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, għandhiex tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 jew tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi osservat li la d-Direttivi 92/100 u 2006/115 u lanqas id-direttivi l-oħra tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur ma jiddefinixxu l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew ma jinkludu riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex tiġi ddeterminata l-portata ta’ dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, it-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati s-sens u l-portata tagħha għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-kuntest li tinsab fih, u b’mod partikolari l-oriġini tagħha kif ukoll id-dritt internazzjonali, kif ukoll l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200908">8 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Recorded Artists Actors Performers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:677">EU:C:2020:677</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/100 u tad-Direttiva 2006/115 għandhom jiġu interpretati fid-dawl tad-dritt internazzjonali, u b’mod partikolari tad-dritt konvenzjonali li dawn l-istrumenti huma intiżi preċiżament li jimplimentaw, kif huwa espressament imfakkar fl-għaxar premessa tad-Direttiva 92/100 u fil-premessa 7 tad-Direttiva 2006/115 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200908">8 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Recorded Artists Actors Performers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:677">EU:C:2020:677</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 36 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar id-dritt ta’ kiri u ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati [COM (90) 586 final], li ppreċediet l-adozzjoni tad-Direttiva 92/100, jirriżulta li, għall-finijiet ta’ din id-direttiva, kien hemm lok, fir-rigward taċ-ċirkustanza li t-termini użati fl-imsemmija direttiva kienu fundamentali fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati u li t-tifsira tagħhom kienet diġà ġiet armonizzata b’mod wiesa’ permezz tad-dritt konvenzjonali, li jsir riferiment għall-kunċetti li jinsabu b’mod partikolari fil-Konvenzjoni ta’ Ruma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ċertament, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni ma jagħmlux parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, peress li l-Unjoni ma hijiex parti għall-imsemmija konvenzjoni. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tfakkar li l-Konvenzjoni ta’ Ruma tipproduċi effetti indiretti fi ħdan l-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SCF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:140">EU:C:2012:140</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 3(b) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> huwa ddefinit bħala kull fissazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>esklużivament akustika<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tal-ħsejjes li joħorġu minn eżekuzzjoni jew minn ħsejjes oħra. Minn dan isegwi li fissazzjoni ta’ immaġnijiet u ta’ ħsejjes ma tistax taqa’ taħt dan il-kunċett, peress li tali fissazzjoni ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>esklużivament akustika<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li jinsab fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, li ssostitwixxa mingħajr emenda l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, għandu jiġi interpretat b’osservanza tal-kunċett ekwivalenti inkluż fil-WPPT (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Phonographic Performance (Ireland)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:141">EU:C:2012:141</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200908">8 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Recorded Artists Actors Performers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:677">EU:C:2020:677</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li d-dispożizzjonijiet ta’ dan it-trattat jagħmlu parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u għalhekk huma applikabbli għalih (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SCF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:140">EU:C:2012:140</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 2(b) tal-WPPT, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>il-fissazzjoni ta’ ħsejjes ta’ interpretazzjoni jew ta’ eżekuzzjoni jew ta’ ħsejjes oħra, jew ta’ rappreżentazzjoni ta’ ħsejjes, li ma hijiex fil-forma ta’ fissazzjoni inkorporata f’xogħol ċinematografiku jew f’xogħol awdjoviżiv ieħor<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Gwida għat-Trattati dwar id-Drittijiet tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati Amministrati mill-WIPO<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, dokument interpretattiv imħejji mill-WIPO li, mingħajr ma għandu saħħa legali vinkolanti, jikkontribwixxi madankollu għall-interpretazzjoni tal-WPPT (ara, b’analoġija, fir-rigward tal-Gwida tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (Att ta’ Pariġi tal‑<DATE ISO="19710724">24 ta’ Lulju 1971</DATE>), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-emenda tat‑<DATE ISO="19790928">28 ta’ Settembru 1979</DATE>, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111004">4 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/08 u C‑429/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:631">EU:C:2011:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0201">201</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), jirriżulta li l-WPPT aġġorna id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> imsemmija fl-Artikolu 3(b) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>bl-effett li, fil-każ li fissazzjoni awdjoviżiva ma jkollhiex l-istatus ta’ xogħol, fisssazzjoni ta’ ħsejjes, jew ta’ rappreżentazzjoni ta’ ħsejjes, inkorporata f’tali fissazzjoni awdjoviżiva għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/><QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, liema fatt l-Avukat Ġenerali fakkar ukoll essenzjalment fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li kemm il-formulazzjoni tal-Artikolu 2(b) tal-WPPT kif ukoll id-dokument imsemmi fil-punt preċedenti jeskludu li fissazzjoni ta’ ħsejjes inkorporata f’xogħol ċinematografiku jew f’xogħol awdjoviżiv ieħor taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif enfasizzaw l-AGEDI u AIE kif ukoll il-Gvern Spanjol, id-dikjarazzjoni komuni dwar l-Artikolu 2(b) tal-WPPT adottata mill-Konferenza Diplomatika dwar Ċerti Kwistjonijiet tad-Drittijiet tal-Awtur u tad-Drittijiet Relatati tal‑<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE>, li tikkostitwixxi, skont l-Artikolu 31(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, element essenzjali għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, tippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>id-definizzjoni ta’ fonogramma li tinsab fl-Artikolu 2.b) ma timplikax li l-inkorporazzjoni f’xogħol ċinematografiku jew f’xogħol awdjoviżiv ieħor għandha xi effett fuq id-drittijiet fuq il-fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dikjarazzjoni komuni ma tistax tqiegħed inkwistjoni l-kunsiderazzjonijiet preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-imsemmija dikjarazzjoni komuni jista’ jiġi dedott li fonogramma inkorporata f’xogħol ċinematografiku jew f’xogħol awdjoviżiv ieħor titlef il-kwalità tagħha ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> peress li tagħmel parti minn tali xogħol, mingħajr madankollu ma dan il-fatt ikollu xi effett fuq id-drittijiet fuq din il-fonogramma fil-każ li din tintuża indipendentement mix-xogħol inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija, barra minn hekk, ikkorroborata mid-dokument imsemmi fil-punt 40 ta’ din is-sentenza, li minnu jirriżulta li din l-istess dikjarazzjoni komuni hija intiża li tispjega li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>l-fonogrammi jistgħu jintużaw f’[xogħol ċinematografiku jew f’xogħol awdjoviżiv ieħor] biss permezz tal-konklużjoni ta’ arranġamenti kuntrattwali xierqa, li jieħdu debitament inkunsiderazzjoni d-drittijiet tal-produtturi ta’ fonogrammi previsti fil-[WPPT]. Jekk dawn jintużaw mill-ġdid b’mod indipendenti mix-xogħol awdjoviżiv, huma għandhom jitqiesu bħala fonogrammi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, diġà ġie osservat fil-punt 25 ta’ din is-sentenza li l-inkorporazzjoni tal-fonogrammi inkwistjoni fil-kawża prinċipali f’xogħlijiet awdjoviżivi twettqet bl-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati u bħala korrispettiv għal ħlas mogħti<?PAGE NO="10"?> lil dawn tal-aħħar skont l-arranġamenti kuntrattwali applikabbli. Min-naħa l-oħra, bl-ebda mod ma huwa allegat li dawn il-fonogrammi huma użati mill-ġdid b’mod indipendenti mix-xogħol awdjoviżiv li fih ġew inkorporati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-fissazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 jew tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għal dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>riproduzzjoni [ta’] fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li ma huwiex iddefinit mill-imsemmija direttivi, li lanqas ma jinkludu riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex tiġi ddefinita l-portata tiegħu, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 3(e) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għar-raġunijiet esposti fil-punti 34 sa 36 ta’ din is-sentenza, jiddefinixxi r- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>li tagħmel kopja jew kopji ta’ fissazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li din id-definizzjoni tirreferi għall-att li jikkonsisti fit-twettiq ta’ riproduzzjoni tal-fissazzjoni inkwistjoni, kif osserva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 71 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Tali att, li huwa s-suġġett tad-dritt ta’ natura preventiva msemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29, ma huwiex is-suġġett tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 u tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, li ma jipprevedux tali dritt ta’ natura preventiva, iżda dritt ta’ natura kumpensatorja, li l-element li jagħti lok għalih huwa, kif tfakkar fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, il-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-interpretazzjoni jew tal-eżekuzzjoni ta’ xogħol iffissat fuq fonogramma jew fuq riproduzzjoni tagħha, fejn tali riproduzzjoni għandha titqies, fil-kuntest ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, bħala kopja tal-fonogramma li tirriżulta minn tali att ta’ riproduzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, peress li, għar-raġunijiet esposti fil-punti 34 sa 41 ta’ din is-sentenza, reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-fissazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 jew tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, tali reġistrazzjoni lanqas ma tista’, għall-istess raġunijiet, tikkostitwixxi kopja ta’ din il-fonogramma u, għaldaqstant, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tal-imsemmija fonogramma, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-fissazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 jew tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ tali reġistrazzjoni ma tagħtix id-dritt għal ħlas previst f’dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li tali interpretazzjoni ma tmurx kontra l-għanijiet tad-Direttiva 92/100 jew tad-Direttiva 2006/115, ippreċiżati rispettivament fis-seba’ premessa tad-Direttiva 92/100 u fil-premessa 5 tad-Direttiva 2006/115, li huma intiżi li jiżguraw il-kontinwità tax-xogħol kreattiv u artistiku tal-awturi u tal-artisti tal-ispettaklu, billi jipprevedu protezzjoni legali armonizzata li tiggarantixxi l-possibbiltà li jiġi rċevut dħul adegwat u li jiġu rkuprati l-investimenti, u b’hekk li jippermettu li jintlaħaq bilanċ adegwat bejn l-interessi tal-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi ta’ fonogrammi li jirċievu ħlas abbażi tax-xandir ta’ fonogramma speċifika u l-interess ta’ terzi li<?PAGE NO="11"?> jkunu jistgħu jxandru din il-fonogramma jew jikkomunikawha lill-pubbliku f’kundizzjonijiet raġonevoli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>SENA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑245/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:68">EU:C:2003:68</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn l-għanijiet għandhom jintlaħqu bil-konklużjoni, meta l-fonogrammi jew ir-riproduzzjonijiet ta’ dawn il-fonogrammi jiġu inkorporati fix-xogħlijiet awdjoviżivi kkonċernati, ta’ arranġamenti kuntrattwali xierqa bejn id-detenturi tad-drittijiet fuq il-fonogrammi u l-produtturi ta’ tali xogħlijiet, b’tali mod li l-ħlas tad-drittijiet relatati fuq il-fonogrammi fl-okkażjoni ta’ tali inkorporazzjoni ssir permezz ta’ tali arranġamenti kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħlas ekwu u uniku, imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet, ma għandux jitħallas mill-utent meta jwettaq komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-fissazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv li fiha tkun ġiet inkorporata fonogramma jew riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad‑<DATE ISO="19921119">19 ta’ Novembru 1992</DATE> dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħlas ekwu u uniku, imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet, ma għandux jitħallas mill-utent meta jwettaq komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-fissazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv li fiha tkun ġiet inkorporata fonogramma jew riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>