1997D0602 — MT — 01.07.2013 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Lulju 1997

dwar il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 35/97

(97/602/KE)

(ĠU L 242, 4.9.1997, p.64)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION DECISION of 2 March 1998 (*)

  L 70

28

10.3.1998

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-14 ta' Ottubru 1998

  L 286

56

23.10.1998

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Lulju 1997

dwar il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 35/97

(97/602/KE)



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 ta' l-4 ta' Novembru 1991 li jipprojbixxi l-użu ta' nasses li jżommu s-saqajn fil-Komunità u l-introduzzjoni fil-Komunità ta' ġlud bil-pil u xi oġġetti fabbrikati minn xi speċji ta' annimali selvaġġi li joriġinaw f'pajjiżi li jaqbduhom permezz ta' nasses li jżommu s-saqajn jew metodi ta' nsib li ma jissoddisfawx l-istandards internazzjonali ta' nsib uman ( 1 ), u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/97 ta' l-10 ta' Jannar 1997 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-ġlud bil-pil u oġġetti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 1(1)(a) tiegħu, jgħodd biss rigward l-importazzjoni tal-ġlud bil-pil ta' annimali mhux imwielda u mrobbija fil-magħluq minn pajjiżi illi jidhru fl-elenku fl-Anness għal din id-Deċiżjoni;

Billi l-lista msemmija ġiet stabbilita abbażi ta' l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni minn pajjiżi fiż-żona magħrufa ta' distribuzzjoni ta' l-ispeċi msemmija fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 3254/91;

Billi Ftehim Internazzjonali dwar l-Istandards għall-Insib b'Mod Uman intbagħtu lill-Kunsill għall-approvazzjoni; billi huwa xieraq li wieħed iżomm lura minn atti li huma kontra l-għan u l-iskop tal-Ftehim; billi l-lista tinkludi għalhekk il-pajjiżi li approvaw dan il-Ftehim;

Billi, inter alia, sakemm issir l-adeżjoni għall-Ftehim Internazzjonali dwar l-Istandardsgħall-Insib b'Mod Uman minn pajjiżi terzi li jiżdiedu jew kwalunkwe sitwazzjoni oħra koperta mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91, din id-Deċiżjoni tista' tkun biss ta' natura transitorja; billi l-lista msemmija qabel għandha tiġi emendata immedjatament skond is-sitwazzjonijiet ġodda, sabiex ma tfixkilx il-kummerċ fil-pil u prodotti relatati mal-pil;

Billi l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u li ġie kkonsultat bil-proċedura bil-miktub fl-20 ta' Diċembru 1996 ma tax opinjoni favorevoli dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tidentifika l-lista ta' pajjiżi awtorizzati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



L-Artikolu 1

Il-lista ta' pajjiżi li jissoddisfaw għall-inqas waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3254/91 u msemmi fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/97 huwa kontenut fl-Anness għal din id-Deċiżjoni flimkien ma' l-ispeċi kkonċernati.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M2




L-ANNESS



Pajjiż

Speċi

Il-Beliże

Procyon lotor

▼M3 —————

▼M2

Il-Kanada

Canis latrans

Canis lupus

Castor canadensis

Felis rufus

Lutra canadensis

Lynx canadensis

Martes americana

Martes pennanti

Mustela erminea

Ondatra zibethicus

Procyon lotor

Taxidea taxus

Ir-Repubblika taċ-Ċina

Canis lupus

Martes zibellina

Mustela erminea

Ondatra zibethicus

▼M4 —————

▼A1

▼M2

El Salvador

Procyon lotor

Groenlandja

Canis lupus

▼A1

▼M2

Il-Ġordan

Canis lupus

Ir-Repubblika tal-Korea

Martes zibellina

Canis lupus

Il-Lebanon

Canis lupus

Il-Messiku

Canis lupus

Castor latrans

Castor canadensis

Felis rufus

Ondatra zibethicus

Procyon lotor

Taxidea taxus

Il-Moldova

Canis lupus

Mustela erminea

In-Nikaragwa

Procyon lotor

In-Norveġja

Canis lupus

Mustela erminea

Ondatra zibethicus

Il-Pakistan

Canis lupus

Mustela erminea

Il-Panama

Procyon lotor

▼A1

▼M3 —————

▼M2

Il-Federazzjoni Russa

Canis lupus

Martes zibellina

Mustela erminea

Ondatra zibethicus

Procyon lotor

▼A1

▼M2

It-Turkija

Canis lupus

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

Canis latrans

Canis lupus

Castor canadensis

Felis rufus

Lutra canadensis

Lynx canadensis

Martes americana

Martes pennanti

Mustela erminea

Ondatra zibethicus

Procyon lotor

Taxidea taxus



( 1 ) ĠU L 308, tad-9.11.1991, p. 1.

( 2 ) ĠU L 8, tal-11.1.1997, p. 2.