Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari 1999 (ippreżentata mill-Kummissjoni) /* KUMM/2010/0139 finali - NLE 2010/0077 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 12.4.2010 KUMM(2010)139 finali 2010/0077 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari 1999 (ippreżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, 1999 (FAC) ġiet konkluża mill-Komunita' permezz tad-Deċiżjoni mill-Kunsill 2000/421/KE. Din se tibqa' fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2010, wara estensjoni oħra permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari fil-laqgħa numru 100 tal-5 ta' Ġunju 2009. Il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari tal-1999 u l-Konvenzjoni Kummerċjali dwar iż-Żerriegħa (KKŻ) tal-1995 huma żewġ partijiet tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żerriegħa tal-1995. Il-Konvenzjoni Kummerċjali taż-Żerriegħa tal-1995 ġiet estiża sat-30 ta' Ġunju 2011, għalhekk dan il-fatt wassal ukoll għall-estensjoni formali tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari sat-30 ta' Ġunju 2011. L-FAC, li kienet oriġinaljament introdotta fl-1960, inħolqot bħala strument biex prodotti agrikoli żejda minn pajjiżi żviluppati jintbagħtu b'mod koordinat u aċċettabbli ġejjin lejn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u li huma fil-bżonn. Illum, jidher li hemm ftehim ġenerali fost il-membri tal-FAC li l-Konvenzjoni fil-forma attwali tagħha m'għadhiex tikkorrispondi għar-rekwiżiti u prattiki tal-għajnuna alimentari tal-lum. Madanakollu negozjati formali mill-ġdid tal-FAC ġew diferiti, għall-ewwel sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni r-riżultat tan-negozjati tal-Aġenda ta' Doha dwar l-Iżvilupp (DDA) tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (WTO). Minħabba l-ammont konsiderevoli ta' żmien li għadda mill-aħħar darba li l-FAC ġiet negozjata mill-ġdid kif ukoll it-tul ta' żmien li ma kienx previst għall-konklużjoni ta' dawn in-negozjati, il-membri tal-FAC fil-laqgħa numru 100 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari li saret fil-5 ta' Ġunju 2009 qablu li ma kienx hemm bżonn li jistennew li jiġu terminati d-diskussjonijiet tad-WTO qabel ma jibdew xogħol intensiv fuq l-elementi possibbli tal-FAC il-ġdida. Il-ftehim hu li l-Konvenzjoni li jmiss se jkollha tkun kumpatibbli mad-WTO. Hekk kif l-FAC tiskadi f'Ġunju 2010, il-kwistjoni tat-tiġdid se tkun indirizzata formalment fil-laqgħa li jmiss fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari fl-4 ta' Ġunju 2010. Fil-laqgħa numru 101 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari li saret fid-9 ta' Diċembru 2009 f'Londra, xi membri tal-FAC (AUS, CAN, CH, il-Ġappun, l-USA) esprimew "il-pożizzjoni fi prinċipju" tagħhom bħala li jaffavorixxu estensjoni tal-FAC għal sena oħra, i.e. sat-30 ta' Ġunju 2011. L-UE madanakollu kkomunikat il-linja miftiehma mill-'Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar Għajnuna Umanitarja u Alimentari' (COHAFA) fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 : "L-UE se taħdem sabiex tittieħed deċiżjoni f'Ġunju fir-rigward tal-futur tal-FAC u l-preparamenti jistgħu jibdew issa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni formali li se tiġi kkomunikatia f'Ġunju 2010." Għalhekk se tiġi konnessa l-estensjoni possibbli tal-FAC preżenti mal-progress li nkiseb meta wieħed jikkunsidra n-negozjar mill-ġdid fuq konvenzjoni ġdida. Kien hemm laqgħa informali tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Londra fil-15 u 16 ta' Frar 2010 sabiex titkompla d-diskussjoni dwar il-futur tal-FAC. Fil-laqgħa informali kien ġie miftiehem li jitwaqqaf Grupp ta' Ħidma dwar il-futur tal-FAC u ntlaħaq qbil ġenerali dwar l-abbozz tat-termini ta' referenza sabiex jitkomplew diskussjonijiet dwar komponenti maġġuri tal-FAC. Il-grupp ta' ħidma se jibda xogħlu fil-15 ta' Marzu 2010 u jiffinalizza r-rapport tiegħu sal-14 ta' Mejju 2010. Dan ir-rapport se jiġi diskuss f'laqgħa informali tal-membri tal-FAC fit-2-3 ta' Ġunju 2010 u kkunsidrat fil-laqgħa numru 102 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari fl-4 ta' Ġunju 2010. Il-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari ġie mitlub sabiex jaqbel għal dan formlament skont proċedura bil-miktub sat-8 ta' Marzu 2010. Hemm żewġ xenarji possibbli li fir-rigward tagħhom l-UE trid tipprepara pożizzjoni komuni minħabba laqgħa numru 102 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Londra fl-4 ta' Ġunju 2010 jew: 1. id-dikussjonijiet formali tal-membri tal-FAC dwar il-futur tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari kisbu progress sinifikanti (i.e. hemm mistennija raġonevoli li negozjati/negozjati mill-ġdid dwar Konvenzjoni futura jibdew tul l-2010), qabel il-laqgħa numru 102 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Londra fl-4 ta' Ġunju 2010: f'dak il-każ tkun xierqa estensjoni tal-FAC għal aktar minn sena. Il-Kummissjoni imbagħad tibda rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni u direttivi negozjati fil-Kunsill, skont proċedura msemmija fl-Artikolu 218 TFEU; jew 2. id-diskussjonijiet informali dwar il-futur tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari ma għamlux ħafna progress, qabel il-laqgħa formali tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Londra f'Ġunju 2010. F'dak il-każ estensjoni tal-FAC għal aktar minn sena ma tkunx xierqa, u l-Kummissjoni f'isem l-UE u l-Istati Membri tagħha għandha topponi formalment li jitfaċċa qbil ġenerali fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari, skont ir-Regola 13 tar-regoli ta' proċeduri tal-FAC, li tiffavorixxi estensjoni tal-FAC. Il-progress, jew in-nuqqas tiegħu, se jiġi vvalutat mill-Istati Membri tal-UE u mill-Kummissjoni Ewropea. Jekk l-FAC ma tiġix estiża din mhux se teżisti aktar u bħala konsegwenza ma jkunx hemm impenji minimi li għandhom jiġu sodisfatti. Dan mhux se jaffettwa lid-DG ECHO fl-allokazzjoni tiegħu tar-riżorsi għall-finanzjament għall-għajnuna alimentari umanitarja. Madanakollu, huwa probabbli li se jkun hemm konsegwenzi materjali negattivi f'termini ta' perċezzjonijiet negattivi mill-pajjiżi reċevituri li jistgħu jikkunsidraw li l-prevedibilita' ta' konsinnji għall-għajnuna alimentari se tiddeterjora u mill-Membri l-oħra tal-FAC li jiffavorixxu approċċ storiku, jiġifieri, mekkaniżmu li jiffaċilita t-trasferiment ta' prodotti alimentari. Taħt l-FAC l-impenji annwali għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha sabiex jikkonsenjaw ammont annwali minimu ta' għajnuna alimentari minima huma espressa kemm f'ekwivalenti ta' qamħ kif ukoll f'termini ta' valur, u l-impenji attwali tal-UE u tal-Istati Membri huma ekwivalenti għal 1,320,000 tunnellata ta' qamħ kif ukoll ta' €130 miljun (dan jinkludi trasport u spejjeż operattivi oħra). Fir-rigward tal-impenn ekwivalenti tal-qamħ ta' 1,320,000 tunnellata, 990,000 tunnellata hi s-sehem li hu f'idejn il-Kummissjoni Ewropea bħala parti minn ftehim intern tal-UE. - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/906/KE Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/317/KE Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/393/KE - Konsistenza mal-bqija tal-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni Din id-deċiżjoni hi konsistenti mal-Konvenzjoni għall-Kummerċ fil-Qamħ tal-1995 li tibqa' fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2011. Fit-8 ta' Ġunju 2009, membri tal-Kunsill Internazzjonali tal-Qamħ ftehmu li l-Konvenzjoni tal-Kummerċ fil-Qamħ, 1995 għandha, fil-prinċipju, tiġi estiża għal sentejn mill-1 ta' Lulju 2009. RIŻULTATI TA' KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar Għajnuna Umanitarja u Alimentari (COHAFA) tal-25 ta' Novembru 2009, l-Istati Membri adottaw il-pożizzjoni li ġejja dwar il-prolongament tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari, 1999 għal perjodu ta' sena, i.e. sat-30 ta' Ġunju 2011: "L-UE se taħdem sabiex tieħu deċiżjoni f'Ġunju dwar il-futur tal-FAC u l-preparamenti jistgħu jibdew minn issa mingħajr ebda preġudizzju lill-pożizzjoni formali li se tiġi kkomunikata f'Ġunju 2010." Kollezzjoni u użu tal-esperti Ma kienx hemm bżonn ta' esperti esterni. - Valutazzjoni tal-Impatt Mhux applikabbli. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Bażi legali L-Artikolu 218.9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. - Sussidjarjeta' Il-proposta taqa' taħt kompetenza mħallta. - Proporzjonalita' Il-proposta ma tikkonformax mal-prinċipju ta' proporzjonalità. - Għażla tal-Istrument Strumenti proposti: Deċiżjoni tal-Kunsill. Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba r-raġuni li jmiss: skont l-artikolu 218.9 TFEU, dan huwa l-unika mezz sabiex tadotta l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha tiġi espressa fi ħdan il-kumitat għall-għajnuna alimentari. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari tista' tiġi biss estiża meta l-Konvenzjoni tal-Kummerċ fil-Qamħ tal-1995 teżisti għall-istess perjodu. Il-kontribuzzjoni lill-baġit amministrattiv tal-Ftehim Internazzjonali tal-Qamħ tkopri wkoll il-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari tal-1999, jiġifieri m'hemm l-ebda implikazzjoni addizzjonali għall-baġit għal estensjoni tal-FAC. Il-kontribuzzjoni hi bbaġitajat taħt oġġett numru 05 06 01 tal-baġit tal-UE (Ftehimiet Internazzjonali tal-agrikoltura). L-ispiża stmata ta' din il-kontribuzzjoni kienet spjegata fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/393/KE sabiex testendi l-Konvenzjoni tal-Kummerċ fil-Qamħ tal-1995. L-ispejjeż se jiġu aġġornati u meħuda f'kunsiderazzjoni fil-mument tal-estensjoni tal-Konvenzjoni tal-Kummerċ fil-Qamħ tal-1995. L-estensjoni tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari tal-1999 se tfisser li impenni annwali sabiex tiġi fornita għajnuna alimentari mill-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu III(e) tal-Konvenzjoni se jiġu prolongati għal sena oħra. Il-Kummissjoni Ewropea ħadet responsabbilta' għal parti mill-impenji meħuda mill-UE u mill-Istati Membri tagħha fi ħdan il-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari. Avviż uniku tal-FAC hu kkonsolidat flimkien mal-Istati Membri u ma jindikax operazzjonijiet separati. L-FAC (artikolu V1) tipprovdi għal trasferiment għas-sena ta' wara u t-trasferiment ‘il quddiem minn sena għall-oħra fejn l-impenni jkunu ġew misbuqa, iżda dan qatt ma ġie invokat. Huwa madanakollu importanti li wieħed jinnota li għal sentejn konsekuttivi ta' rappurtar: jiġifieri 2007/2008 u 2008/2009, il-Kummissjoni Ewropea ma kinitx f'pożizzjoni li tlaħħaq mal-impenji tagħha fir-rigward tat-tonnellati. KONKLUŻJONIJIET B'kunsiderazzjoni ta' x'intqal aktar 'l fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li jmiss f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u tawtorizza lill-Kummissjoni kif xieraq li jew: 3. tivvota f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, skont l-Artikolu XXV(b) tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari tal-1999, favur aktar estensjoni ta' din il-Konvenzjoni, għal perjodu ta' sena, jiġifieri, sat-30 ta' Ġunju 2011, jekk il-kundizzjoni li ġejja tintlaħaq: id-diskussjonijiet informali tal-membri tal-FAC dwar il-futur tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari kisbu bosta progress sinifikanti (jiġifieri hemm stennija raġonevoli li diskussjonijiet dwar negozjati/negozjati mill-ġdid dwar Konvenzjoni futura se jibdew tul l-2010), qabel il-laqgħa numru 102 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Londra fl-4 ta' Ġunju 2010. 4. formalment topponi f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha li jitfaċċa qbil ġenerali fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari, skont ir-Regola 13 tar-regoli ta' proċeduri tal-FAC, li tiffavorixxi estensjoni tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari, jekk il-kundizzjoni hawn fuq f'punt (a) ma tintlaħaqx. 2010/0077 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari 1999 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra l-Artikoli 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni, Billi: 5. Il-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari tal-1999 (minn issa 'l quddiem: il-"Konvenzjoni") ġiet konkluża mill-Komunita' permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE[1] u estiża permezz ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Ġunju 2003, Ġunju 2005, Ġunju 2007, Ġunju 2008, Ġunju 2009 sabiex tibqa' fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2010. 6. Il-Konvenzjoni tal-Kummerċ fil-Qamħ tal-1995 se tibqa' fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2011. 7. L-FAC attwali tiskadi f'Ġunju 2010 u l-kwistjoni tat-tiġdid se tkun indirizzata formalment fil-laqgħa numru 102 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari fl-4 ta' Ġunju 2010. 8. Fil-laqgħa numru 101 tad-9 ta' Diċembru 2009 f'Londra xi membri tal-FAC (AUS, CAN, CH, il-Ġappun, l-USA) esprimew ir-rieda tagħhom li jestendu l-FAC għal sena oħra sat-30 ta' Ġunju 2011. L-Unjoni Ewopea ħadet il-pożizzjoni li: "L-UE se taħdem sabiex tieħu deċiżjoni f'Ġunju dwar il-futur tal-FAC u l-preparamenti jistgħu jibdew issa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni formali li se tkun ikkomunikata f'Ġunju 2010." 9. Hemm żewġ xenarji possibbli li għalihom l-UE għandha tipprepara pożizzjoni komuni minħabba l-laqgħa numru 102 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Londra fl-4 ta' Ġunju 2010 jew: 10. id-diskussjonijiet informali tal-membri tal-FAC dwar il-futur tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari kisbu bosta progress sinifikanti (jiġifieri hemm stennija raġonevoli li diskussjonijiet dwar negozjati/negozjati mill-ġdid dwar Konvenzjoni futura se jibdew tul l-2010), qabel il-laqgħa numru 102 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Londra fl-4 ta' Ġunju 2010;. f'dak il-każ estensjoni tal-FAC għal aktar minn sena jkun xieraq. Il-Kummissjoni se tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 218 TFEU li tirrakkomanda lill-Kunsill sabiex jawtorizza n-negozjati u sabiex jiġu adottati d-direttivi xierqa ta' negozjati; jew 11. id-diskussjonijiet informali tal-membri tal-FAC dwar il-futur tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari ma għamlux ħafna progress, qabel il-laqgħa formali tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Londra f'Ġunju 2010. F'dak il-każ estensjoni tal-FAC għal aktar minn sena mhux se tkun xierqa, u l-Kummissjoni f'isem l-UE u l-Istati Membri tagħha għandha topponi formalment li jitfaċċa qbil ġenerali fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari li tiffavorixxi estensjoni tal-FAC. 12. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari, għandha għalhekk tiġi awtorizzata b'Deċiżjoni mill-Kunsill li jew tiffavorixxi estensjoni tal-FAC għal sena waħda, jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2011 jekk tintlaħaq il-kundizzjoni, jew inkella topponi qbil ġenerali fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari li jkun jiffavorixxi estensjoni bħal din. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari għandha tkun li tiffavorixxi l-estensjoni tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari tal-1999 għal perjodu ta' sena, i.e. sat-30 ta' Ġunju 2011 soġġett għad-diskussjonijiet informali tal-membri tal-FAC dwar il-futur tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari li jkunu kisbu progress sinifikanti (jiġifieri hemm stennija raġonevoli li diskussjonijiet ta' negozjati/negozjati mill-ġdid dwar il-futur tal-Konvenzjoni jibdew tul l-2010), qabel il-laqgħa numru 102 tal-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari f'Londra fl-4 ta' Ġunju 2010. Jekk din il-kundizzjoni ma tintlaħaqx, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha topponi formalment li jitfaċċa qbil ġenerali fil-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari, skont Regola 13 tar-regoli tal-proċeduri tal-FAC, li tiffavorixxi estensjoni tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna Alimentari. Artikolu 2 Il-Kummissjoni b'dan hija awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Għajnuna Alimentari. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 163, 4.7.2000, p. 37.