<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑223/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0223</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:351">EU:C:2016:351</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNAR – KAWŻA C‑223/15</P><P>COMBIT SOFTWARE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑223/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">combit Software GmbH</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Commit Business Solutions Ltd</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Union Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)</KEYWORD><KEYWORD>Natura unitarja tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 102(1)</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni tal-atti ta’ vjolazzjoni ippronunzjata minn qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Portata territorjali</KEYWORD><KEYWORD>Limitazzjoni tal-portata territorjali tal-projbizzjoni minħabba l-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fi Stat Membru minbarra dak tal-qorti adita</KEYWORD><KEYWORD>Oneru tal-prova</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din id-domanda preliminari toffri lill-Qorti tal-Ġustizzja l-okkażjoni li tiżviluppa l-ġurisprudenza tagħha li tirriżulta mis-sentenza DHL Express France<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE> (<NO.CASE>C‑235/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:238">EU:C:2011:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u li tispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom, projbizzjoni, ippronunzjata skont l-Artikolu 9(1)(b) u l-Artikolu 102(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>). It-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>trade mark tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> mit-<DATE ISO="20160323">23 ta’ Marzu 2016</DATE>, jissostitwixxu t-terminoloġija l-antika, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="341" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 341, p. 21</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, tista’ tkun suġġetta għal limitazzjoni territorjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din il-problematika tqajmet minn qorti Ġermaniża, li ddeċidiet bħala qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntest ta’ azzjoni kontra l-vjolazzjoni introdotta minn proprjetarju tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>combit<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, li tipprojbixxi l-użu tas-sinjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Commit<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> għall-prodotti u s-servizzi rilevanti fil-qasam tal-informatika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-premessi 3 u 16 tar-Regolament Nru 207/2009 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(3)</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħqu l-[…] għanijiet tal-[…] Unjoni, jidher neċessarju li jkun hemm arranġamenti [tal-] Unjonigħar-rigward ta’ trade marks li permezz tagħhom impriża tkun tista’ tikseb trademark tal-UE taħt sistema proċedurali waħda, u li din it-trade mark tingħata l-istess livell ta’ protezzjoni<?PAGE NO="2"?> u tkun effettiva bl-istess mod fl-Unjoni kollha. Jinħtieġ li l-prinċipju tal-karattru waħdieni tat-trademark tal-UE, espress f’dan is-sens, japplika dejjem, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-validità u l-vjolazzjoni ta’ trademarks tal-UE għandhom ikollhom effett u għandhom ikopru t-territorju kollu tal-Unjoni, li huwa l-uniku mod kif wieħed jista’ jipprevjeni deċiżjonijiet […] u kif jista jiġi żgurat li l-karattru waħdieni tat-trademarks tal-UE. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>It-trademark tal-UE għandha karattru unitarju. Hija għandha jkollha l-istess effett fl-Unjoni kollha: ma tistax tiġi reġistrata, trasferita jew ċeduta, jew tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni li tirrevoka d-drittijiet tal-proprjetarju jew li tiddikjaraha bħala invalida, u lanqas ma jista’ jiġi projbijt l-użu tagħha, sakemm mhux fir-rigward tal-Unjoni kollha. Dan il-prinċipju għandu japplika sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Fil-verżjoni applikabbli fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali. Nosserva li l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, kif issostitwit mill-Artikolu 1(11) tar-Regolament Nru 2015/2424, jinkludi dispożizzjoni essenzjalment analoga, ħlief għal preċiżjoni li skontha l-azzjonijiet għal ksur ma jippreġudikawx id-drittijiet preċedenti, miksuba qabel id-data tal-preżentata jew id-data ta’ prijorità ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea.</P></NOTE> jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>It-trademark tal-UE tagħti lill-proprjetarju d-drittijiet esklussivi fiha. Il-proprjetarju għandu l-jedd li jipprojbixxi lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fil-kummerċ:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kull sinjal fejn, minħabba identiċità jew xebħ mat-trademark tal-U u l-identiċità jew xebħ mal-prodotti jew is-servizzi koperti mit-trademark tal-UE u mis-sinjal, tkun teżisti probabbiltà ta' konfużjoni minn naħa tal-pubbliku; il-problabiltà ta’ konfużjoni tinkludi wkoll il-probabbiltà li ssir assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont it-termini tal‑Artikolu 102(1) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Meta l-qorti għat-trademarks tal-UE ssib li l-konvenut għamel vjolazzjoni jew hedded li jagħmel vjolazzjoni tad-drittijiet fi trademark tal-UE, hija għandha, sakemm ma jkollhiex raġunijiet speċjali biex tagħmel mod ieħor, toħroġ ordni sabiex twaqqaf lill-konvenut milli jissokta bl-atti li jkunu għamlu vjolazzjoni jew li jkunu heddu li jagħmlu vjolazzjoni tad-drittijiet fi trademark tal-UE. Għandha tieħu wkoll dawk il-miżuri skont il-liġi nazzjonali li huma mmirati biex jiżguraw li din li-projbizzjoni tiġi mħarsa.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>combit Software GmbH, kumpannija rregolata taħt id-dritt Ġermaniż, hija proprjetarja ta’ trade marks verbali, Ġermaniża u tal-Unjoni Ewropea, li jipproteġu s-sinjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>combit<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, għal prodotti u servizzi fil-qasam tal-informatika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Commit Business Solutions Ltd hija kumpannija rregolata taħt id-dritt Iżraeljan li tbigħ softwer li għandu s-sinjal verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Commit<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> f’diversi pajjiżi permezz tal-intermedjarju tal-ħanut onlajn aċċessibbli fuq is-sit internet tagħha (www.commitcrm.com). Meta seħħew il-fatti li minnhom oriġinat it-tilwima fil-kawża prinċipali, l-offerti ta’ bejgħ fuq is-sit elettroniku setgħu jiġu kkonsultati bil-lingwa Ġermaniża u, ladarba jinxtraw onlajn, is-softwer seta’ jiġi kkunsinnat direttament fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>combit Software ressqet lil Commit Business Solutions quddiem il-Landgericht Düsseldorf (qorti reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), bħala qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, bl-għan li tikseb il-projbizzjoni tal-użu fl-Unjoni Ewropea tas-sinjal verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Commit<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> għas-softwer, fuq il-bażi tal-probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark tal-Unjoni Ewropea combit. Sussidjarjament, ir-rikorrenti invokat it-trade mark Ġermaniża tagħha u talbet il-projbizzjoni tal-użu tas-sinjal verbali fil-kawża prinċipali fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-Landgericht Düsseldorf (qorti reġjonali ta’ Düsseldorf) laqgħet it-talba sussidjarja ta’ combit Software u kkundannat lil Commit Business Solutions fuq il-bażi tat-trade mark Ġermaniża, wara li kkonstatat l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>combit<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Commit<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għall-konsumatur Ġermaniż tal-prodotti kkonċernati. Għall-kuntrarju, il-Landgericht Düsseldorf (qorti reġjonali ta’ Düsseldorf) ċaħdet it-talba prinċipali bbażata fuq it-trade mark tal-Unjoni Ewropea minħabba nuqqas ta’ użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>combit Software appellat din id-deċiżjoni quddiem l-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf) dwar iċ-ċaħda tat-talba tagħha bbażata fuq it-trade mark tal-Unjoni Ewropea u sabiex tikseb projbizzjoni li tkopri t-territorju kollu tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, billi aġixxiet bħala qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea tat-tieni stanza, ikkonstatat li, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie deċiż fl-ewwel istanza, l-użu tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea invokat mir-rikorrenti kien stabbilit. Barra minn hekk, hija kkunsidrat li l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali kkonċernati fil-Ġermanja, kien jikkostitwixxi sitwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, iżda li s-sitwazzjoni kienet differenti f’dak li jirrigwarda l-pajjiżi anglofoni. Skont il-qorti tar-rinviju, il-konsumaturi f’dawn il-pajjiżi se jkunu f’pożizzjoni li jipperċepixxu t-trade mark combit bħala l-abbrevjazzjoni taż-żewġ termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>com<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>bit<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, ftit distinti fil-qasam tal-informatika, kif ukoll li jifhmu immedjatament is-sinjifikat tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>commit<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, b’tali mod li x-xebh fonetiku bejn is-sinjali konfliġġenti jiġi newtralizzat mid-differenza kunċettwali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi wkoll dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju tan-natura unitarja tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea f’sitwazzjoni, bħal dik tal-kawża prinċipali, fejn l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni ma tistax tiġi kkonstatata għall-Istati Membri kollha, b’mod partikolari għall-pajjiżi anglofoni. Minn naħa, hija tosserva li l-applikazzjoni rigoruża ta’ din il-prinċipju twassal sabiex tippermetti lill-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li jipprojbixxi l-użu ta’ sinjal konfliġġenti anki fl-Istati Membri li fihom ma jeżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni. Min-naħa l-oħra, hija tirrimarka li jekk qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea kellha teżamina l-probabbiltà ta’ konfużjoni għal kull Stat Membru meħud individwalment, tali eżami kien ser inaqqas ir-ritmu tal-proċedura u jikkawża spejjeż konsiderevoli għall-partijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Liema konsegwenzi jirriżultaw, għall-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni ta’ trade mark [tal-Unjoni Ewropea] verbali, mis-sitwazzjoni fejn, mill-perspettiva tal-konsumatur medju ta’ parti mill-Istati Membri, ix-xebh fonetiku tat-trade mark [...] ma’ denominazzjoni oħra li hija kkritikata li tikser it-trade mark [...] huwa nnewtralizzat permezz ta’ differenza kunċettwali, filwaqt li mill-perspettiva tal-konsumatur medju ta’ Stati Membri oħra ma huwiex:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Għall-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni hija determinanti l-perspettiva tal-konsumatur medju ta’ parti mill-Istati Membri jew il-perspettiva tal-konsumatur medju tal-parti oħra jew inkella l-perspettiva ta’ konsumatur medju fittizju tal-Istati Membri kollha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Jeżisti [Teżisti] ksur [vjolazzjoni] tat-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] għat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea meta teżisti probabbiltà ta’ ksur biss f’parti minn dan it-territorju, jew għandha ssir differenzazzjoni bejn l-Istati Membri individwali?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju, iddatat <DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150518">18 ta’ Mejju 2015</DATE>. Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-partijiet fil-kawża prinċipali, mill-Gvern Pollakk, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Bl-eċċezzjoni tal-Gvern Pollakk, dawn il-partijiet ipparteċipa ukoll fis-seduta li nżammet fit-<DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari, li qed nipproponi li jiġu analizzati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment qed tistaqsi jekk il-projbizzjoni ppronunċjata fil-kuntest tal-azzjoni kontra l-vjolazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 102(1) tar-Regolament Nru 207/2009, tistax tkun suġġetta għal limitazzjoni territorjali, minħabba l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, skont is-sens tal-Artikolu 9(1)(b) ta’ dan ir-regolament, ma japplikax, minħabba raġunijiet lingwistiċi, fi Stat Membru wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, hija qed tistaqsi wkoll dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi li fihom għandha tiġi prevista tali limitazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipju tan-natura unitarja tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Id-dritt tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea huwa bbażat fuq il-prinċipju tan-natura unitarja ta’ din it-trade mark, stipulat fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 207/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, f’diversi kuntesti, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080918">18 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Armacell vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:511">EU:C:2008:511</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) ; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>DHL Express France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:238">EU:C:2011:238</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Leno Merken</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑149/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:816">EU:C:2012:816</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju huwa ġġustifikat fil-kunċett stess tal-Unjoni, bħala territorju unitarju li jikkostitwixxi suq uniku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara l-istudju li sar fuq talba tal-Kummissjoni mill-istitut Max‑Planck dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-dritt tal-kompetizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Study on the overall functioning of the European trade mark system<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (Analiżi tal-funzjonament kumplessiv tas-sistema Ewropea tat-trade marks), München, 2011, punti 1.13 sa 1.17 (http://ec.europa.eu/internal_market/indprop/docs/tm/20110308_allensbach-study_en.pdf)</P></NOTE>. L-għan aħħari tas-sistema tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea huwa li joffri kundizzjonijiet analogi fis-suq intern għal dawk li jeżistu fis-suq nazzjonali. Id-drittijiet unitarji, bħat-trade mark tal-Unjoni Ewropea, jiggarantixxu wkoll l-uniċità tal-proprjetarju fit-territorju kollu fejn japplikaw u jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodott. Din hija r-raġuni għaliex, mingħajr dispożizzjoni kuntrarja espliċita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-Artikoli 110 (dwar il-projbizzjoni tal-użu ta’ trade marks Komunitarji fuq il-bażi tad-drittijiet preċedenti) u 111 (Drittijiet preċedenti li japplikaw għal lokalitajiet partikolari) tar-Regolament Nru 207/2009.</P></NOTE>, it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandha l-istess effetti fl-Unjoni kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940622">22 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>IHT Internationale Heiztechnik u Danzinger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:261">EU:C:1994:261</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Leno Merken</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑149/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:816">EU:C:2012:816</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont il-premessi 3 u 16 tar-Regolament Nru 207/2009, il-prinċipju prinċipali jissarraf f’rekwiżit ta’ protezzjoni uniformi tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea fit-territorju kollu tal-Unjoni, b’tali mod li jkun indispensabbli li d-deċiżjonijiet dwar il-validità u l-vjolazzjoni tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea jkollhom effett u jiġu estiżi għall-Unjoni kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jirreferix espliċitament għall-effetti tas-sanzjonijiet adottati wara li ssir talba mill-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropa skont l-Artikolu 102 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-problematika mqajma fil-kawża prinċipali tikkonċerna l-portata sistemika iktar wiesgħa tal-prinċipju tan-natura unitarja u tqajjem il-kwistjoni – diskussa attivament fid-duttrina<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara Von Mühlendahl, A., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Community trade mark riddles: territoriality and unitary character<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, <HT TYPE="ITALIC">European Intellectual Property Review (EIPR)</HT>, 2008, p. 66 ; Sosnitza, O., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Der Grundsatz der Einheitlichkeit im Verletzungsverfahren der Gemeinschaftsmarke<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, <HT TYPE="ITALIC">Gewerblicher Rechtsschutz und Urheberrecht</HT>, 2011, p. 465 ; Schnell, S., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>The Community trade mark: unitary EU right - EU-wide injunction?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, <HT TYPE="ITALIC">EIPR</HT>, 2011, p. 210; Żelechowski, Ł., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Infringement of a Community trade mark: between EU-wide and non-EU-wide scope of prohibitive injunctions<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, <HT TYPE="ITALIC">EIPR</HT>, 2013, p. 287, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Terytorialny zasięg sądowego zakazu naruszania prawa do wspólnotowego znaku towarowego<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, <HT TYPE="ITALIC">Europejski Przegląd Sądowy</HT>, 2012, N<HT TYPE="SUP">o</HT>2, p. 19, u N<HT TYPE="SUP">o</HT>4, p. 28.</P></NOTE> – tal-konsegwenzi ta’ dan il-prinċipju f’sitwazzjonijiet li ma humiex speċifikament previsti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata territorjali tal-projbizzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Min-natura unitarja tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi dedott li projbizzjoni li jitkomplew atti ta’ vjolazzjoni jew ta’ theddida ta’ vjolazzjoni, ippronunzjata minn qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 102(1) tar-Regoalment Nru 207/2009, fil-prinċipju hija estiża għat-territorju kollu tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-ġurisdizzjoni ta’ qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, meta tiġi adita fuq il-bażi tal-Artikolu 97(1) sa (4) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar il-ġurisdizzjoni internazzjonali, hija estiża għat-territorju kollu tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, id-dritt esklużiv tal-proprjetarju mogħti minn dan ir-regolament huwa estiż għall-imsemmi territorju kollu, li fih t-trade marks tal-Unjoni Ewropea jgawdu minn protezzjoni uniformi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>DHL Express France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:238">EU:C:2011:238</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni tal-prinċipju għandha madankollu tiġi rrikonċiljata mar-rekwiżit li skontu, filwaqt li jinvoka d-dritt esklużiv tiegħu, il-proprjetarju ma jistax jipprojbixxi l-użu ta’ sinjal li ma jistax jippreġudika l-funzjonijiet tat-trade mark.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-Regolament Nru 207/2009 jagħti dritt esklużiv li jippermetti lill-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni li jipproteġi l-interessi speċifiċi tiegħu, jiġifieri li jiżgura li din it-trade mark tista’ tissodisfa l-funzjonijiet proprji tagħha. Għalhekk, l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għandu jkun riżervat għall-każijiet li fihom l-użu tas-sinjal minn terz jippreġudika jew jista’ jippreġudika l-funzjonijiet tat-trade mark<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021112">12 ta’Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Arsenal Football Club</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑206/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:651">EU:C:2002:651</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090618">18 ta’Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑487/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:378">EU:C:2009:378</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100323">23 ta’Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Google France u Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑236/08 sa C‑238/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:159">EU:C:2010:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza DHL Express France, il-portata territorjali tal-projbizzjoni tista’, f’ċerti każijiet, tiġi ristretta billi jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn il-kunsiderazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE> (<NO.CASE>C‑235/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:238">EU:C:2011:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi mqajma fil-kawża prinċipali, jistgħu għalhekk, sa ċertu punt, jiġu dedotti mill-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jekk qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea tikkonstata li l-atti ta’ vjolazzjoni jew ta’ theddida ta’ vjolazzjoni jkunu limitati għal Stat Membru wieħed jew għal parti mit-territorju tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba li l-konvenut jipproduċi l-prova li l-użu ta’ sinjal inkwistjoni ma jippreġudikax jew ma jistax jippreġudika, il-funzjonijiet tat-trade mark, b’mod partikolari minħabba motivi lingwistiċi, din il-qorti għandha tillimita il-portata territorjali tal-projbizzjoni li ppronunzjat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>DHL Express France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:238">EU:C:2011:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>,punt 48). Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li l-limitazzjoni tal-projbizzjoni hija imposta wkoll meta l-applikant ikun illimita l-portata territorjali tal-azzjoni tiegħu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna d-dritt esklużiv previst fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, li huwa msemmi f’dan il-każ, il-funzjoni essenzjali tat-trade mark potenzjali inkwistjoni hija l-identifikazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodott jew tas-servizz indikat. Issa, preġudizzju ta’ din il-funzjoni essenzjali, fil-każ ta’ użu ta’ sinjal simili, jista’ jiġi eskluż fl-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, sakemm il-probabbiltà ta’ konfużjoni tista’ tiġi eskluża, pereżempju minħabba motivi lingwistiċi bħal dawk imsemmija fil-kawża prinċipali, minn parti tat-territorju tal-Unjoni, b’tali mod li l-użu ta’ sinjal ikkontestat relatat ma’ din il-parti tal-Unjoni ma jistax jippreġudika l-funzjonijiet tat-trade mark, din iċ-ċirkustanza tiġġustifika limitazzjoni tal-portata territorjali tal-projbizzjoni ppronunzjata skont l-Artikolu 102(1) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kundizzjonijiet tal-limitazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Matul l-eżami tar-rilevanza tal-limitazzjoni tal-portata territorjali ta’ projbizzjoni f’każ partikolari, il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea adita għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li tali limitazzjoni tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-prinċipju tan-natura unitarja tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni b’mod partikolari tiġġustifika l-inverżjoni tal-oneru tal-prova għall-benefiċċju tal-applikant tal-projbizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għalhekk, kif jirriżulta mis-sentenza DHL Express France<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE> (<NO.CASE>C‑235/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:238">EU:C:2011:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, huwa kompitu tal-konvenut li jipprovdi l-prova li, f’parti mit-territorju tal-Unjoni, l-użu tas-sinjal inkwistjoni ma jippreġudikax jew ma jistax jippreġudika l-funzjonijiet tat-trade mark.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Tali adattament tal-oneru tal-prova jinfluwenza l-analiżi li għandha tagħmel il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fid-dawl li l-limitazzjoni tal-projbizzjoni għandha titqajjem mill-konvenut u hija mmotivata b’relazzjoni għal parti speċifika tat-territorju tal-Unjoni, ma jappartjenix lill-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea adita sabiex teżamina jekk il-probabbiltà ta’ konfużjoni teżistix għal kull Stat Membru meħud individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma naqbilx mal-pożizzjoni li jidher li tirriżulta mill-ġurisprudenza ta’ ċerti qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għalhekk, fis-sentenza tagħha dwar it-trade marks li għandhom il-prefiss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Volks-<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li kienu jittrattaw prinċipalment l-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, il-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja, il-Ġermanja) ma eskludietx li, fil-kuntest ta’ talba bbażata fuq il-punt b ta’ din id-dispożizzjoni, il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, għandha tfittex <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk il-konstatazzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni tapplikax għat-territorju kollu tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130411">11 ta’April 2013</DATE> – I ZR 214/11, punt 67. F’din id-deċiżjoni, il-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja) indikat li, sakemm ir-rikorrenti titlob projbizzjoni bbażata fuq l-ittra (b) għat-territorju kollu tal-Unjoni, tali talba ma tistax timxi ’l quddiem ħlief jekk it-trade mark tal-Unjoni Ewropea kellha karattru distintiv fit-territorju kollu tal-Unjoni. Ara, f’dak li jirrigwarda r-rabta bejn din is-sentenza u dan ir-rinviju, Lambrecht, A., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>EuGH-Vorlage zur einheitlichen Wirkung der Gemeinschaftsmarke im Verletzungsverfahren<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, GRUR-Prax, 2015, p. 280.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>F’sentenza relattivament reċenti, il-High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division [qorti għolja tal-ġustizzja (Ingilterra u Wales), diviżjoni taċ-Chancery, ir-Renju Unit] jidher li tqis li, fil-każ ta’ talba għall-projbizzjoni pan-Ewropea bbażata fuq l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, l-applikant – li fuqu jaqa’ l-oneru tal-prova kontra l-vjolazzjoni – għandu juri l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni f’kull Stat Membru meħud individwalment u f’dan ir-rigward, ma jistax jibbaża fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>preżunzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza tal-High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division [qorti għolja tal-ġustizzja (Ingilterra u Wales), diviżjoni taċ-Chancery, ir-Renju Unit], tal-<DATE ISO="20150211">11 ta’ Frar 2015</DATE>, Enterprise Holding Inc vs Europcar Group UK Limited &amp; Anor [2015] EWHC 300 (Ch), b’mod partikolari il-punti 10 u 27. Il-qorti Ingliża ammettiet li din il-pożizzjoni kienet diskutibbli fir-rigward tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110412">12 ta’April 2011</DATE>, <NAME.CASE>DHL Express France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:238">EU:C:2011:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, tali pożizzjoni ma tistax tiġi rrikonċiljata mas-soluzzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza DHL Express France, li skontha l-projbizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 fil-prinċipju għandu jkollha portata pan-Ewropea ħlief meta l-konvenut jopponi dan filwaqt li juri li l-konstatazzjoni relatata mal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni ma tistax tapplika għal ċerti Stati Membri speċifiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE> (<NO.CASE>C‑235/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:238">EU:C:2011:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għall-kuntrarju, il-Qorti tal-Ġustizzja għad ma kellhiex l-okkażjoni li tippronunċja ruħha dwar il-portata territorjali ta’ talba bbażata fuq trade mark li tgawdi minn reputazzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1)(c) tal-istess regolament. F’dak li jirrigwarda l-possibbiltà li tali trade mark tiġi invokata sabiex tiġi opposta r-reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali posterjuri, ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Iron &amp; Smith</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑125/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:539">EU:C:2015:539</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, l-applikant tal-projbizzjoni, proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea, ikun issodisfa l-obbligu tal-prova tiegħu meta juri l-eżistenza ta’ vjolazzjoni jew ta’ theddida ta’ vjolazzjoni. Għall-kuntrarju, l-oneru proċedurali marbut mal-limitazzjoni eventwali tal-projbizzjoni huwa għalkollox kompitu tal-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Dan l-oneru proċedurali jinkludi l-oneru tal-allegazzjoni (<HT TYPE="ITALIC">onus proferendi</HT>) u l-oneru tal-prova f’sens strett (<HT TYPE="ITALIC">onus probandi</HT>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Tali kunċettwalizzazzjoni tal-oneru proċedurali hija magħrufa b’mod partikolari fid-dritt Pollakk (<HT TYPE="ITALIC">ciężar twierdzenia i dowodu</HT>) u Ġermaniż (<HT TYPE="ITALIC">Darlegungs- und Beweislast</HT>). ARa Adrych-Brzezińska, I., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Ciężar dowodu w prawie i procesie cywilnym<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, LEX Wolters Kluwer, Varsavja, 2015, p. 55.</P></NOTE>. Għalhekk, ħlief fil-każ meta l-konvenut iqajjem dan l-aspett meta jinvoka argumentazzjoni speċifika, il-qorti adita ma għandhiex teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk l-analiżi tagħha dwar l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni tapplikax għat-territorju kollu tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Tali tqassim tal-oneru tal-prova, li jimplika l-obbligu tal-konvenut li jqajjem u li juri n-neċessità tal-limitazzjoni territorjali, ġie kkonfermat minn ċertu numri ta’ qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza tal-Oberster Gerichtshof (qorti suprema, l-Awstrija) tat-<DATE ISO="20120612">12 ta’Ġunju 2012</DATE> fil-Kawża 17 Ob 27/11m [punt 2.2(b)], u l-ġurisprudenza tal-qrati Ġermaniżi u tar-Renju Unit, iċċitati minn Ashby, S., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Enforcement of A Community Trade Mark<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, <HT TYPE="ITALIC">f’The ITMA &amp; CIPA Community Trade Mark Handbook, Sweet &amp; Maxwell</HT>, 2015, p. 196.</P></NOTE>. Id-duttrina tosserva li tali inverżjoni tal-oneru tal-prova hija għalkollox iġġustifikata mill-fatt li din hija eċċezzjoni għall-prinċipju tan-natura unitarja tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, huwa kompitu tal-konvenut sabiex jistabbilixxi li l-konstatazzjoni relatata mal-preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetarju ma japplikax għal ċerti Stati Membri speċifiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara Schennen, D., dans Eisenführ, G., Schennen, D., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Gemeinschaftsmarkenverordnung<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, ir-raba’ edizzjoni, Carl Heymanns Verlag, Köln, 2014, punt 33 tal-Artikolu 1, u Sosnitza, O., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 469.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea adita għandha tieħu inkunsiderazzjoni n-natura eċċezzjonali tal-limitazzjoni territorjali tal-projbizzjoni anki għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-livell tal-prova rikjest mill-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-opinjoni tiegħi, xieraq li niddistingwu b’mod ċar żewġ ipoteżijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Minn naħa, l-oneru tal-allegazzjoni u l-oneru tal-prova f’sens strett jikkostitwixxu aspetti rregolati esklużivament mid-dritt uniformi tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, peress li huma marbuta mill-qrib mal-applikazzjoni tad-dritt materjali. Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li t-tqassim tal-oneru tal-prova fil-qasam tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea ma jistax tiġi ddeterminat mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, iżda jaqa’ fid-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, kieku din il-kwistjoni kienet taqa’ fid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, l-għan ta’ protezzjoni uniformi tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea seta’ jiġi kompromess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051018">18 ta’Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Class International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑405/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:616">EU:C:2005:616</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120322">22 ta’Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Génesis</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑190/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:157">EU:C:2012:157</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-livell tal-prova rikjest u l-modi tal-prova huma rregolati indipendentement mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li taqa’ fih il-qorti adita. Fil-fatt, dan jirrigwarda aspetti tad-dritt proċedurali li jibqgħu, konformement mal-Artikolu 101(3) tar-Regolament Nru 207/2009, u minbarra għall-aspetti speċifikament imsemmija minn dan ir-regolament, irregolati mid-dritt nazzjonali ta’ fejn titressaq il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Meta tapplika r-regoli nazzjonali relatati mal-livell tal-prova u l-modi tal-prova, il-qorti adita madankollu għandha tiżgura li ma tikkompromettix l-għan ta’ protezzjoni uniformi tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Nosserva li l-prova li għandha l-għan li tistabbilixxi li probabbiltà ta’ konfużjoni hija ġeografikament ċirkonskritta tista’ tirrikjedi sforz konsiderevoli, b’mod partikolari meta din il-prova tikkonċerna pajjiż li ma huwiex dak ta’ fejn titressaq il-kawża. Fid-dawl ta’ dak li ntqal sa issa, sabiex tinkiseb limitazzjoni tal-portata territorjali tal-projbizzjoni, il-konvenut għandu jqajjem dan l-aspett, billi jsostni argumentazzjoni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, suġġett li r-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali jipprevedu dan, qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea tista’ tirrikjedi lill-konvenut sabiex jipproduċi l-prova konkreta li tippermetti li tiġi eskluża t-theddida ta’ vjolazzjoni fi Stat Membru wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet kollha, limitazzjoni għall-portata territorjali tal-projbizzjoni tiġi imposta fil-każ fejn il-konvenut iqajjem argumentazzjoni speċifika li tippermetti li tiġi eskluża l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fi Stat Membru wieħed jew iktar, u jekk ikun il-każ, jipproduċi l-prova rilevanti. Għalhekk, ma hijiex il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea adita fuq il-bażi tal-Artikolu 97 (1) sa (4) tar-Regolament Nru 207/2009, li għandha teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni għal kull Stat Membru meħud individwalment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-effikaċità tal-projbizzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Importanti li jiftakkar li, billi tadotta l-projbizzjoni, qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea għandha b’mod partikolari tiżgura li l-miżura meħuda ser tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva u ser tiġi applikata b’mod li tevita li jinħolqu ostakoli għall-kummerċ leġittimu u li toffri salvagwardji kontra l-użu abbużiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17 Vol 2 p. 32 ).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti għandha tiżgura li l-projbizzjoni tal-atti ta’ vjolazzjoni jew ta’ theddid ta’ vjolazzjoni – fil-każ meta din il-projbizzjoni tkun suġġetta għal limitazzjoni territorjali – tibqa’ effikaċi fir-rigward taċ-ċirkostanzi partikolari tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Ninnota li l-Qorti tal-Ġustizzja, meta pprevediet il-possibbiltà tal-limitazzjoni territorjali tal-projbizzjoni fil-punt 48 tas-sentenza DHL Express France<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110412">12 ta’April 2011</DATE> (<NO.CASE>C‑235/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:238">EU:C:2011:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, għamlet riferiment għall-kundizzjonijiet tal-kawża prinċipali. Minn dan jista’ jiġi dedott li, f’ċerti każijiet ikkaratterizzati minn kundizzjonijiet differenti, limitazzjoni tal-portata territorjali tal-inġunzjoni tmur kontra l-għan tal-protezzjoni uniformi tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, dan jista’ jkun il-każ, meta, minħabba l-kundizzjonijiet tas-suq li fih isir il-preġudizzju, – bħas-suq tas-softwer, mibjugħ permezz tal-internet, f’dan il-każ, – wieħed irid jitlaq mill-premessa li skontha l-preġudizzju jikkonċerna t-territorju kollu tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk, billi tadotta projbizzjoni, il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea adita għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-modalitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kkonċernati, sabiex tiddeċiedi jekk il-limitazzjoni tal-portata territorjali tal-projbizzjoni tirriskjax li ċċaħħadha minn effikaċità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal sa issa, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) bil-mod kif ġej:</TXT><P>Il-fatt li l-probabbiltà tal-konfużjoni tista’ tiġi eskluża, minħabba motivi lingwistiċi, fi Stat Membru wieħed jew iktar jista’ jiġġustifika limitazzjoni tal-portata territorjali tal-projbizzjoni ppronunzjata mill-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 9(1)(b) u l-Artikolu 102(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja.</P><P>Tali limitazzjoni tiġi imposta fil-każ meta l-konvenut iqajjem argumentazzjoni speċifika li tippermetti li tiġi eskluża l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fi Stat Membru wieħed jew iktar u meta jkun il-każ, jipproduċi l-prova rilevanti. Ma jappartjenix għall-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, adita fuq il-bażi tal-Artikolu 97(1) sa (4) tar-Regolament Nru 207/2009, sabiex teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni għal kull Stat Membru meħud individwalment. Din il-qorti għandha, barra minn hekk, tastjeni milli tillimita l-portata territorjali tal-projbizzjoni meta tali limitazzjoni tirriskja li ċċaħħad lill-projbizzjoni minn effikaċità.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>