<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑37/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0037</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:22">EU:C:2017:22</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>dupraopcjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170118">18.1.2017</DATE> – KAWŻA C‑37/16</P><P>SAWP</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>provvista ta’ servizzi bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Ħlas ta’ miżati lil soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati bħala kumpens ġust</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑37/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti suprema amministrattiva, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20160122">22 ta’ Jannar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Minister Finansów</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP z siedzibą w Warszawie (SAWP),</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Prokuratura Generalna,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stowarzyszenie Zbiorowego Zarządzania Prawami Autorskimi Twórców Dzieł Naukowych i Technicznych Kopipol,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stowarzyszenie Autorów i Wydawców Copyright Polska,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</P><?PAGE NO="2"?><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP (SAWP), minn A. Załęska, konsulent fiskali,</P></ITEM><ITEM><P>għal Stowarzyszenie Zbiorowego Zarządzania Prawami Autorskimi Twórców Dzieł Naukowych i Technicznych Kopipol, minn M. Poniewski, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għal Stowarzyszenie Autorów i Wydawców Copyright Polska, minn T. Michalik, konsulent fiskali,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn A. Magrippi u S. Charitaki, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat‑<DATE ISO="20100713">13 ta’ Lulju 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="189" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 189, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Minister Finansów (ministru tal-finanzi, il-Polonja) u Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP z siedzibą w Warszawie (SAWP) [assoċjazzjoni ta’ artisti ta’ xogħlijiet mużikali bil-kliem jew mingħajr kliem (SAWP), stabbilita f’Varsavja (il-Polonja), dwar l-issuġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-miżata fuq l-apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni ta’ xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur jew oġġetti li jaqgħu taħt drittijiet relatati u fuq it-tagħmir intiż li jikkopja tali xogħlijiet jew tali oġġetti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva tal-VAT</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-VAT tipprevedi, fl-Artikolu 2(1)(ċ) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta’ merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Provvista ta’ servizzi tista’ tikkonsisti, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, f’waħda mit-Transazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli kemm jekk hija u kemm jekk mhix soġġetta għal att li jistabbilixxi titolu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-obbligazzjoni biex ma jsirx att, jew biex ikun tollerat att jew sitwazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>it-twettiq ta’ servizzi skond ordni magħmula minn jew f’isem awtorità pubblika jew skond il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 220(1) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kull persuna taxxabbli għandha tiżgura li, fir-rigward ta’ dan li ġej, tinħareġ fattura, jew minnha nfisha jew mill-klijent tagħha jew, f’isimha u għan-nom tagħha, minn parti terza:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li hi tkun għamlet lil persuna taxxabbli oħra jew lil persuna ġuridika li mhix taxxabbli</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2001/29/KE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/29/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), tipprevedi, fl-Artikolu 2 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għall-awturi, tax-xogħlijiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għall-artisti, ta’ l-iffissar tal-wirjiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>għall-produtturi ta’ fonogrammi, tal-fonogrammi tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>għall-produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films, rigward l-oriġinal u l-kopji tal-films tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, ta’ l-iffissar tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawk ix-xandirijiet huma trasmessi bil-fili sew jekk bl-arja, magħduda bil-<HT TYPE="ITALIC">cable</HT> jew bis-satellita.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni provdut fl-Artikolu 2 fil-każi li ġejjin:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>rigward riproduzzjonijiet ta’ kull mezz magħmula minn ċittadin fiżiku għal użu privat u għal skopijiet li huma la direttament u l-anqas indirettament kummerċjali, bil-kondizzjoni li d-detenturi jirċievu kumpens ġust li jikkunsidra li jiġu jew ma jiġux applikati miżuri teknoloġiċi msemmija fl-Artikolu 6 tax-xogħol jew tas-suġġett relatat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-dispożizzjonijiet dwar il-VAT</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L’ustawa o podatku od towarów i usług (liġi dwar it-taxxa fuq il-merkanzija u s-servizzi), tal‑<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. tal‑2011, Nru 177, pożizzjoni 1054), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, tipprovdi, fl-Artikolu 5(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dawn li ġejjin huma suġġetti għall-VAT:</P><P>il-provvista ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(1) u (2)(a) tal-imsemmija liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><IE/></NO.PARAG><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-provvista ta’ servizzi msemmija fl-Artikolu 5(1)(1) tfisser kull provvista lil persuna fiżika jew ġuridika, jew entità mingħajr personalità ġuridika, li ma tikkostitwixxix provvista ta’ merkanzija fis-sens tal-Artikolu 7, inklużi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-assenjazzjoni ta’ attivi intanġibbli, irrispettivament mill-forma tal-att ġuridiku li permezz tiegħu din tkun twettqet;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="008.002A"><NO.PARAG>2a)</NO.PARAG><ALINEA>Fejn persuna taxxabbli li taġixxi f’isimha iżda għall-benefiċċju ta’ ħaddieħor tipparteċipa fi provvista ta’ servizzi, hija għandha titqies li rċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L’ustawa o prawie autorskim i prawach pokrewnych (liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati), tal‑<DATE ISO="19940204">4 ta’ Frar 1994</DATE> (Dz.U. tal‑2006, Nru 90, pożizzjoni 631), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>liġi tal‑<DATE ISO="19940204">4 ta’ Frar 1994</DATE> dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) tipprevedi, fl-Artikolu 20 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-produtturi u importaturi ta’:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>reġistraturi awdjo, reġistraturi vidjo u apparat ieħor simili,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>photocopiers, scanners u apparat ieħor simili ta’ riproduzzjoni li jippermetti li tiġi kkuppjata kopja tax-xogħol ippubblikat, kollha jew parti minnha,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>tagħmir li jaħżen id-data intiż li jikkopja, għal użu privat, ix-xogħlijiet jew l-oġġetti li jaqgħu taħt drittijiet relatati, bil-għajnuna tal-apparat imsemmi fil-punti 1 u 2</TXT><?PAGE NO="5"?><P>għandhom iħallsu miżata lis-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva, kif iddefiniti fil-paragrafu 5, li jaġixxu f’isem l-awturi, artisti, produtturi ta’ fonogrammi u ta’ vidjogrammi u edituri, li l-ammont tagħha ma għandux jaqbeż 3 % tal-prezz tal-bejgħ ta’ dan l-apparat u tagħmir.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-miżati miġbura mill-bejgħ ta’ reġistraturi awdjo u apparat simili ieħor jew tagħmir relatat li jaħżen id-data għandhom jitqassmu kif ġej:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>50 % għall-awturi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>25 % għall-artisti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>25 % għall-produtturi ta’ fonogrammi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="020.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-miżati miġbura mill-bejgħ ta’ apparat ta’ riproduzzjoni u ta’ tagħmir relatat li jaħżen id-data għandhom jitqassmu kif ġej:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>50 % għall-awturi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>50 % għall-edituri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ministru responsabbli mill-kultura u mill-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali, wara konsultazzjoni mas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati, mal-assoċjazzjonijiet ta’ awturi, ta’ artisti, ta’ produtturi ta’ fonogrammi u ta’ vidjogrammi u ta’ edituri, kif ukoll mal-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi jew importaturi ta’ apparat u ta’ tagħmir li jaħżen id-data msemmi fil-paragrafu 1, għandu jiddefinixxi b’regolament: il-kategoriji ta’ apparat u ta’ tagħmir, l-ammont tal-miżati msemmija fil-paragrafu 1, skont il-kapaċità ta’ riproduzzjoni tal-apparat u tat-tagħmir kif ukoll skont l-użi l-oħra li huma intiżi għalihom, il-modalitajiet ta’ ġbir u ta’ tqassim tal-miżati u s-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati li huma kompetenti sabiex jiġbruhom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20<HT TYPE="SUP">1</HT>(1) tal-liġi tal‑<DATE ISO="19940204">4 ta’ Frar 1994</DATE> dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Id-detenturi ta’ apparat ta’ riproduzzjoni li jeżerċitaw attività ekonomika ta’ riproduzzjoni ta’ xogħlijiet intiżi għall-użu privat ta’ min jikkopja għandhom iħallsu miżata lill-awturi u lill-edituri, permezz tas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati, li tammonta għal mhux iktar minn 3 % tad-dħul tagħhom, sakemm ir-riproduzzjoni ma tkunx is-suġġett ta’ kuntratt mad-detentur tad-drittijiet. Il-miżati jitqassmu f’partijiet indaqs bejn l-awturi u l-edituri.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 104(1) tal-liġi tal‑<DATE ISO="19940204">4 ta’ Frar 1994</DATE> dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Għall-finijiet ta’ din il-liġi, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati: […] l-assoċjazzjonijiet li jiġbru flimkien l-awturi, l-artisti u l-produtturi jew l-organizzazzjonijiet tax-xandir, li l-għan tagħhom jikkonsisti fl-amministrazzjoni kollettiva u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati li jingħataw lilhom, kif ukoll fl-eżerċizzju tal-kompetenzi previsti mil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>SAWP talbet lill-ministru tal-finanzi sabiex jieħu pożizzjoni fir-rigward tal-kwistjoni jekk il-miżati fuq it-tagħmir li jaħżen id-data u l-apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni, imħallsa mill-produtturi u mill-importaturi ta’ tali apparat u tagħmir skont l-Artikolu 20 tal-liġi tal‑<DATE ISO="19940204">4 ta’ Frar 1994</DATE> dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, humiex suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ opinjoni individwali tal‑<DATE ISO="20120820">20 ta’ Awwissu 2012</DATE>, il-ministru tal-finanzi indika li l-ammonti mħallsa lil SAWP mill-produtturi u mill-importaturi ta’ tagħmir li jaħżen id-data u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni kienu jikkostitwixxu ħlas għall-użu tad-drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati marbuta mal-bejgħ ta’ apparat intiż li jikkopja x-xogħlijiet u li, konsegwentement, dawn l-ammonti kellhom jitqiesu bħala ħlas għas-servizzi pprovduti mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati u, bħala tali, kellhom ikunu suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għalhekk SAWP ippreżentat rikors quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (qorti amministrattiva tal-provinċja ta’ Varsavja, il-Polonja) u talbet l-annullament tal-imsemmija opinjoni individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (qorti amministrattiva tal-provinċja ta’ Varsavja) qieset li r-rikors kien fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-ministru tal-finanzi ppreżenta appell ta’ kassazzjoni quddiem in-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti suprema amministrattiva, il-Polonja), u din tal-aħħar, filwaqt li tindika li fil-Polonja bħalissa jeżistu żewġ insenjamenti ġurisprudenzjali kontradittorji fuq din il-kwistjoni, iddeċiediet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1)</NO.P><TXT>L-awturi, l-artisti u l-entitajiet awtorizzati oħra jipprovdu servizzi, fis-sens tal-Artikolu 24(1) u tal-Artikolu 25(a) tad-Direttiva tal-VAT, lil produtturi u importaturi ta’ reġistraturi awdjo u apparat ieħor simili u medja vojta, li fuqhom organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni kollettiva jiġbru għal dawn l-awturi, artisti u entitajiet awtorizzati oħra, iżda f’isimhom stess, drittijiet fuq tali apparat u mezzi tal-medja permezz tal-bejgħ tagħhom?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, meta organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni kollettiva jimponu dritt fuq apparat u mezzi ta’ medja permezz tal-bejgħ tagħhom fuq il-produtturi u l-importaturi, dawn ikunu qegħdin jaġixxu bħala persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT, li huma meħtieġa jiddokumentaw dawn l-attivitajiet permezz ta’ fattura fis-sens tal-Artikolu 220(1)(1) ta’ din id-direttiva, maħruġa lill-produtturi u lill-importaturi ta’ reġistraturi awdjo u apparat ieħor simili u medja vojta, li turi li l-VAT hija dovuta permezz tad-drittijiet miġbura, u, fil-mument tad-distribuzzjoni mill-ġdid tad-drittijiet miġbura lill-awturi, artisti u entitajiet awtorizzati oħra, dawn tal-aħħar huma meħtieġa jiddokumentaw il-ħlas tad-drittijiet permezz ta’ fattura li tindika l-VAT mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni kollettiva li jiġbru d-drittijiet?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva tal-VAT għandhiex tiġi interpretata fis-sens li d-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni jwettqu provvista ta’ servizzi, fis-sens ta’ din id-direttiva, lill-produtturi u lill-importaturi ta’ tagħmir li jaħżen id-data u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni li mingħandhom is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati jiġbru, għall-benefiċċju ta’ dawn id-detenturi iżda f’isimhom stess, miżati fuq il-bejgħ ta’ dan l-apparat u tagħmir.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> b’kuntrast ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, kull tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix provvista ta’ merkanzija għandha titqies li hija provvista ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li t-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix provvista ta’ merkanzija, fis-sens tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tad-Direttiva tal-VAT jelenka, b’mod indikattiv, tliet tranżazzjonijiet differenti li jistgħu jiġu kklassifikati bħala provvisti ta’ servizzi, fosthom dik fl-ittra (a), li jikkonsistu fl-assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikabbiltà ta’ dan l-artikolu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk tranżazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tikkostitwixxi l-assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli fis-sens tal-punt (a) tal-imsemmi artikolu, u għaldaqstant tiġi kklassifikata bħala provvista ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, qabel din il-kwistjoni, għandu jiġi evalwat jekk tali tranżazzjoni titwettaqx bi ħlas. Fil-fatt, skont l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT, sabiex taqa’ fl-ambitu ta’ din tal-aħħar, tali provvisti ta’ servizzi għandha titwettaq, fi kwalunkwe każ, bi ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li provvista ta’ servizzi titwettaq bi ħlas, fis-sens tad-Direttiva tal-VAT, biss meta teżisti relazzjoni legali bejn il-fornitur u l-benefiċjarju li matulha jkun hemm skambju ta’ servizzi reċiproċi, fejn il-ħlas li jirċievi l-fornitur jikkostitwixxi l-korrispettiv effettiv tas-servizz mogħti lill-benefiċjarju (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Český rozhlas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑11/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:470">EU:C:2016:470</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan ikun il-każ jekk teżisti rabta diretta bejn is-servizz mogħti u l-korrispettiv irċevut, billi s-somom imħallsin jikkostitwixxu l-korrispettiv effettiv għal servizz individwabbli pprovdut fil-kuntest ta’ tali relazzjoni legali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Société thermale d’Eugénie-les-Bains</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:440">EU:C:2007:440</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, fl-ewwel lok, ma jidhirx li teżisti relazzjoni legali li matulha hemm skambju ta’ servizzi reċiproċi bejn, minn naħa, id-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni jew, skont il-każ, is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva ta’ tali drittijiet, u, min-naħa l-oħra, il-produtturi u l-importaturi ta’ tagħmir li jaħżen id-data u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-obbligu li jitħallsu miżati, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa impost fuq dawn il-produtturi u importaturi bis-saħħa tal-liġi nazzjonali li tiddetermina wkoll l-ammont tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-obbligu, għall-produtturi u għall-importaturi ta’ tagħmir li jaħżen id-data u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni, li jħallsu miżati ma jistax jitqies li jirriżulta mill-provvista ta’ servizz li dan jikkostitwixxi l-korrispettiv dirett tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-miżati bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma intiżi li jiffinanzjaw il-kumpens ġust għad-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni. Il-kumpens ġust ma jikkostitwixxix il-korrispettiv ta’ kwalunkwe servizz, għaliex dan huwa marbut mal-ħsara li tirriżulta għal dawn id-detenturi mir-riproduzzjoni tax-xogħlijiet protetti tagħhom, li saret mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Padawan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑467/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:620">EU:C:2010:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, tranżazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax titqies li twettqet bi ħlas, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fid-dawl tal-kunsiderazzjoni li tirriżulta mill-punt 24 ta’ din is-sentenza, anki jekk jitqies li d-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni jistgħu jagħmlu l-assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli, fis-sens tal-Artikolu 25(a) tad-Direttiva tal-VAT, lill-produtturi u lill-importaturi ta’ tagħmir li jaħżen id-data u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni, fatt li ma hemmx il-ħtieġa li jiġi eżaminat, l-imsemmija tranżazzjoni ma taqax, fi kwalunkwe każ, fl-ambitu ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li d-Direttiva tal-VAT għandha tiġi interpretata fis-sens li d-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni ma jwettqux provvista ta’ servizzi, fis-sens ta’ din id-direttiva, lill-produtturi u lill-importaturi ta’ tagħmir li jaħżen id-data u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni li mingħandhom is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati jiġbru, għall-benefiċċju ta’ dawn id-detenturi iżda f’isimhom stess, miżati fuq il-bejgħ ta’ dan l-apparat u tagħmir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li t-tieni domanda saret fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel waħda, ma hemmx lok li tingħata risposta għaliha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat‑<DATE ISO="20100713">13 ta’ Lulju 2010</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni ma jwettqux provvista ta’ servizzi, fis-sens ta’ din id-direttiva, lill-produtturi u lill-importaturi ta’ tagħmir li jaħżen id-data u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni li mingħandhom is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati jiġbru, għall-benefiċċju ta’ dawn id-detenturi iżda f’isimhom stess, miżati fuq il-bejgħ ta’ dan l-apparat u tagħmir.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>