IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.7.2021
COM(2021) 319 final
ANNESS
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Prijoritajiet ta' Sħubija bejn l-UE u l-Ġordan sakemm ikunu adottati dokumenti bi sħab aġġornati ġodda mill-UE u l-Ġordan
ANNESS
DEĊIŻJONI Nru xx/2021 TAL KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-ĠORDAN
ta’ [dd/mm/yyy]
li jaqbel dwar l-estensjoni tal-Prijoritajiet ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Ġordan
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-ĠORDAN,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra (il-“Ftehim Ewro-Mediterranju”),
Billi:
(1)Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, ġie ffirmat fl-24 ta’ Novembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002;
(2)L-Artikolu 91 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li jieħu d-deċiżjonijiet xierqa, għall-finijiet li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim;
(3)L-Artikolu 101 tal-Ftehim jipprovdi li l-Partijiet jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u jaraw li jinkisbu l-għanijiet stipulati fil-Ftehim.
(4)Permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2016 tad-19 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni qabel dwar il-Prijoritajiet ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Ġordan għall-perjodu 2016-2018 biex jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom bil-għan li jappoġġaw u jsaħħu r-reżiljenza u l-istabbiltà tal-Ġordan filwaqt li jfittxu li jittrattaw ukoll l-impatt tal-kunflitt fit-tul fis-Sirja.
(5)Bid-Deċiżjoni Nru 1/2018 tat-12 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddeċieda li jestendi l-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ġordan sal-31 ta’ Diċembru 2020.
(6)Fi skambju ta’ ittri, iż-żewġ Partijiet qablu dwar il-validità kontinwa tal-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Ġordan bħala dokument ta’ gwida biex tiġi kkonsolidata s-sħubija sakemm jiġu adottati dokumenti bi sħab aġġornati ġodda.
(7)L-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jistipula l-possibbiltà li jittieħdu deċiżjonijiet permezz ta’ proċedura bil-miktub bejn is-sessjonijiet jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, li jaġixxi permezz ta’ proċedura bil-miktub, jiddeċiedi li l-Prijoritajiet ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Ġordan annessi mad-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2016 tad-19 ta’ Diċembru 2016 qegħdin jiġu estiżi sakemm ikunu adottati dokumenti bi sħab aġġornati ġodda mill-UE u l-Ġordan.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi xx, [jum xahar sena].
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni