Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU II - POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Sezzjoni 1 - Politika ekonomika - Artikolu III-181
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0078 - 0078
Artikolu III-181 1. Faċilitajiet ta' overdraft jew kull tip ieħor ta' faċilità ta' kreditu mal-Bank Ċentrali Ewropew jew mal-banek ċentrali ta' l-Istati Membri (minn issa 'l quddiem magħrufa bħala "banek ċentrali nazzjonali") a favur ta' istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji ta' l-Unjoni, gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali, lokali jew oħrajn pubbliċi, korpi oħra regolati mid-dritt pubbliku, jew impriżi pubbliċi ta' Stati Membri għandhom jiġu pprojbiti, bħalma jkun ix-xiri direttament minn għandhom mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' titoli ta' debitu. 2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal istituzzjonijiet ta' kreditu ta' proprjetà pubblika li, fil-kuntest tal-provvista ta' riżervi minn banek ċentrali nazzjonali, għandhom jingħataw l-istess trattament minn banek ċentrali nazzjonali u mill-Bank Ċentrali Ewropew bħal istituzzjonijiet privati ta' kreditu. --------------------------------------------------