European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/693

12.5.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/693

tas-26 ta’ Frar 2025

dwar ir-rieżami tal-iskala għal missjonijiet minn uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea fl-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 112(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 13 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkonsultat mar-rappreżentanti tal-persunal mill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 13(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ippreżenta rapport dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-lukandi, tar-ristoranti u tas-servizzi tal-forniment tal-ikel.

(2)

Dan ir-rapport juri li l-gratifiki għas-sussistenza għal kull jum u l-limiti massimi tal-lukandi jenħtieġ li jiġu rieżaminati sabiex titqies l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-lukandi, tar-ristoranti u tas-servizzi tal-forniment tal-ikel.

(3)

Ir-rieżami tal-iskala tal-gratifika għas-sussistenza għal kull jum u l-limiti massimi tal-lukandi jinvolvi valutazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ekonomiċi u/jew soċjali kumplessi.

(4)

L-aħħar riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-impjieg tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea enfasizzat il-ħtieġa għal sforz partikolari minn kull amministrazzjoni pubblika u minn kull membru tal-persunal tagħha sabiex itejbu l-effiċjenza u jaġġustaw għat-tibdil fil-kuntest ekonomiku u soċjali fl-Ewropa.

(5)

Wara l-Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Frar 2020, ir-rimborż lill-uffiċjali u aġenti oħrajn tan-nefqa marbuta ma’ missjonijiet f’dan il-pajjiż jenħtieġ li ma jibqax suġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 13(2)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

(6)

Għalhekk, l-Artikolu 13(2), il-punt (a), tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 13(2), il-punt (a), tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“(f’EUR)

Destinazzjoni

Limitu massimu fuq l-ispejjeż tal-lukandi

Allowance ta’ kuljum

Il-Belġju

171

132

Il-Bulgarija

121

78

Iċ-Ċekja

149

98

Id-Danimarka

208

172

Il-Ġermanja

154

123

L-Estonja

118

125

L-Irlanda

191

144

Il-Greċja

134

108

Spanja

154

101

Franza

212

127

Il-Kroazja

132

99

L-Italja

178

116

Ċipru

145

103

Il-Latvja

128

110

Il-Litwanja

114

103

Il-Lussemburgu

178

142

L-Ungerija

135

93

Malta

166

109

In-Netherlands

190

137

L-Awstrija

158

131

Il-Polonja

126

95

Il-Portugall

121

95

Ir-Rumanija

109

88

Is-Slovenja

140

108

Is-Slovakkja

120

104

Il-Finlandja

170

155

L-Iżvezja

198

135 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/693/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)