<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑426/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0426</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2247">EU:C:2014:2247</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20141002">2.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑426/12</P><P>X</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’Awla)</P><P><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/96/KE</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(4)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti ta’ enerġija b’użu doppju</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑426/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Gerechtshof ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120914">14 ta’ Settembru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20120918">18 ta’ Settembru 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">X</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur), J. Malenovský, A. Prechal u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal X, minn F. Suwandy u W. de Wit, belastingadviseurs,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Noort, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Mölls u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/75/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 2, p. 16, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2003/96<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn X, persuna ġuridika, u Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst (President tat-tim ta’ amministrazzjoni tad-Diviżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Servizz ta’ taxxi/Z<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> tad-Dipartiment tat-taxxa tar-Renju, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ispettur<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar ir-rimbors tat-taxxa fuq il-kombustibbli miġbura fuq il-faħam ipprovdut għall-ħtiġijiet ta’ produzzjoni ta’ zokkor ta’ X.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 3, 4, 6, 7 u 22 tad-Direttiva 2003/96:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(3)</NO.P><TXT>Il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern u s-seħħ ta’ għanijiet ta’ politiki oħra [tal-Unjoni Ewropea] jinħtieġu livelli minimi ta’ tassazzjoni li jkunu stabbiliti fuq livell [tal-Unjoni] għall-bosta mill-prodotti tal-enerġija, u jinkludu l-elettriku, gass naturali u faħam.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Differenzi sostanzjali dwar livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija minn Stati Membri tista’ tkun ta’ detriment għall-funzjonament kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 6 tat-Trattat, il-ħtiġijiet dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u implimentazzjoni ta’ politiki oħra [tal-Unjoni].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Bħala sieħba tal-konvenzjoni kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar tibdil fil-klima, [iffirmata fi New-York fid-<DATE ISO="19920509">9 ta’ Mejju 1992</DATE>] [l-Unjoni] irratifikat il-Protokoll ta’ Kyoto. It-tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u, fejn xieraq, ta’ l-elettriku hija waħda mill-istrumenti disponibbli biex jinkisbu l-iskopijiet tal-Protokoll ta’ Kyoto.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Prodotti ta’ enerġija essenzalment għandhom ikunu suġġett għall-qafas fi ħdan il-Komunità meta jkunu użati bħala karburant li jsaħħan [kombustibbli] jew karburant għall-karozzi [karburant]. Għal dan il-għan, hija fin-natura u l-loġika tas-sistema ta’ taxxa li teskludi mill-iskop ta’ dan il-qafas l-użu doppju u użu ta’ prodotti ta’ enerġija li mhux karburant kif ukoll ipproċessar tal-mineraloġija. Elettriku użata bl-istess manjiera għandha tiġi ttrattat l-istess.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminoloġija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>prodotti ta’ enerġija<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandha tapplika għall-prodotti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li huma deskritti taħt Kodiċi [...] 1507 sa 1518 [tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 254/2000, tal-<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>)], jekk dawn il-prodotti se jintużaw bħala karburant li jsaħħan [kombustibbli] u karburant tal-karozzi [karburant];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li huma deskritti taħt Kodiċi NM 2701, 2702 u 2704 sa 2715;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-prodotti tal-enerġija, minbarra dawk li għalihom hemm livell ta’ tassazzjoni speċifikata f’din id-Direttiva, ikunu intenzjonati għal użu, għal bejgħ jew użati bħala karburant tal-karrozzi jew karburant li jsaħħan, dawn għandhom jiġu intaxxati skont l-użu, bl-istess rata tal-karburant li jsaħħan u l-karburant tal-karrozzi.</ALINEA><ALINEA>Minbarra dawn il-prodotti taxxabli kif imniżżla fil-paragrafu 1, kull prodott li se jintuża, jinbiegħ jew jiġi użat bħala karburant tal-karozzi, jew bħala addittiv jew sustanza miżjuda fil-karburanti tal-karozzi, għandu jiġi intaxxat bl-istess rata tal-karburant tal-karozzi.</ALINEA><ALINEA>Minbarra dawn il-prodotti taxxabli kif imniżżla fil-paragrafu 1, kull idrokarbonju ieħor, minbarra l-pit, li se jintuża, jinbiegħ jew jiġi użat biex isaħħan għandu jiġi intaxxat b’rata ekwivalenti ta’ prodott ta’ enerġija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva ma tapplikax għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tassazzjoni tal-ħruġ [taxxa tal-output] tas-sħana u t-tassazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 4401 sa 4402;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-użu kif imniżżel hawn taħt ta’ prodotti ta’ enerġija u elettriku:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>prodotti ta’ enerġija użati mhux bħala karburant tal-karozzi [karburant] jew karburant biex isaħħan [kombustibbli],</P></ITEM><ITEM><P>użu doppju ta’ prodotti ta’ enerġija [prodotti ta’ enerġija b’użu doppju.]</P><P>Prodott ta’ l-enerġija għandu użu doppju meta jiġi użat kemm bħala karburant li jsaħħan u kif ukoll għal skopijiet oħra barra minn karburant tal-karozzi jew karburant li jsaħħan. L-użu ta’ prodotti ta’ enerġija għat-tnaqqis ta’ kimiki u fi trattamenti elettrolitiki u metallurġiki għandhom jiġu kkonsidrati bħal użu doppju.</P><P>elettriku meta huwa użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki u fi trattamenti elettrolitiki u metallurġiki.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tal-Liġi li introduċiet taxxi għall-protezzjoni tal-ambjent, (Wet houdende vaststelling van de Wet belastingen op milieugrondslag), tat-<DATE ISO="19941223">23 ta’ Diċembru 1994</DATE> (Stb. 1994, Nru 923), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, kif jirriżulta fl-aħħar lok mil-Liġi li temenda ċerti liġijiet dwar it-taxxa u ċerti liġijiet oħra (Wet houdende wijziging van enkele belastingwetten en enige andere wetten), tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> (Stb. 2006, Nru 682, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Wbm<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għall-applikazzjoni ta’ dan il-kapitolu u tad-dispożizzjonijiet ibbażati fuqu, għandhom jingħataw id-definizzjonijiet segwenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>faħam: prodotti li jaqgħu taħt in-NM 2701, 2702 u 2704;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>użu doppju: l-użu tal-faħam kemm bħala kombustibbli kif ukoll għal użu li ma huwiex bħala karburant jew kombustibbli;<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tal-Wbm kien redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Taxxa msejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>taxxa fuq il-kombustibbli<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> għandha tinġabar fuq il-faħam.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-taxxa tinġabar fl-okkażjoni tal-provvista jew tal-użu tal-faħam.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 26(3) tal-Wbm:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Eżenzjoni tat-taxxa tingħata fil-każ ta’ użu doppju tal-faħam.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-Wbm kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Ispettur jawtorizza rimbors tat-taxxa fuq talba tal-persuna li użat il-faħam, li ġie pprovdut lilha minn terz, għal użu li ma huwiex bħala kombustibbli jew għal użu doppju.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Ispettur jiddeċiedi t-talba msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b’deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ lment:</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>X tipproduċi zokkor u prodotti li jinkludu z-zokkor minn pitravi għas-swieq industrijali kif ukoll għal konsumaturi partikolari. Prodotti sekondarji, bħal pereżempju ikel għall-annimali u xkuma ta’ karbonizzazzjoni (fertilizzant tal-ġir), huma dderivati mill-proċess ta’ produzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, faħam ġie pprovdut lil X għall-finijiet tal-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċess ta’ produzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-proċess ta’ produzzjoni taz-zokkor mill-pitravi jibda bl-estrazzjoni tal-meraq mhux misjur mill-pitravi. Imbagħad, il-meraq mhux misjur jiġi msoffi, u l-meraq msoffi miksub mill-proċess ta’ tisfija huwa suġġett għall-evaporazzjoni u l-kristallizzazzjoni li finalment twassal għal zokkor granulat. Dan il-proċess jagħti lok ukoll għal preċipitat, prodott sekondarju ta’ fertilizzant magħmul mill-ġir, li jintuża fl-industrija tal-agrikoltura biex jinżamm il-bilanċ pH tal-ħamrija. Il-preċipitat huwa magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>xkuma ta’ karbonizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u jikkonsisti prinċipalment f’karbonat tal-kalċju.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-gass tal-kalkara tal-ġir huwa meħtieġ biex isaffi l-meraq mhux misjur estratt mill-pitravi. Sabiex jinkiseb dan il-gass, ġir u faħam u/jew l-antraċite jitħalltu u wara jiddaħħlu fil-kalkara tal-ġir fejn isseħħ reazzjoni kimika. Bħala riżultat ta’ din ir-reazzjoni kimika, jiġu l-ewwel nett prodotti, il-quicklime u d-diossidu tal-karbonju, fejn dan tal-aħħar huwa r-riżultat ta’ reazzjoni bejn il-faħam u/jew l-antraċite mal-ossiġnu, u wara mal-gass tal-kalkara tal-ġir. Il-gass tal-kalkara tal-ġir għandu madwar 40 % ta’ diossidu tal-karbonju. Il-gass għandu jkun ħieles minn impuritajiet. Il-kombustibbli l-oħra li ma humiex l-antraċite jew il-faħam ma humiex adegwati għall-produzzjoni tal-gass tal-kalkara tal-ġir <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>pur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> meħtieġ għall-proċess ta’ tisfija.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Madwar 12 % tal-gass tal-kalkara tal-ġir prodott fil-kalkara tal-ġir jintilef fl-arja. Il-bqija (88 %) jintuża fil-karbonizzazzjoni. Wara li l-gass tal-kalkara jkun intuża fil-karbonizzazzjoni, parti minnu jintilef. Il-bqija tal-diossidu tal-karbonju prodott fil-kalkara tal-ġir, jiġifieri 66 %, huwa assorbit fl-ixkuma ta’ karbonizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-ixkuma ta’ karbonizzazzjoni miksuba mill-produzzjoni taz-zokkor tinbiegħ minn X lis-settur agrikoli bħala fertilizzant tal-ġir għat-tindif u għat-titjib tal-pH kif ukoll biex titjieb l-istruttura tal-artijiet agrikoli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-talba għar-rimbors</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20080307">7 ta’ Marzu 2008</DATE>, X ressqet talba għar-rimbors tat-taxxa fuq il-kombustibbli, għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 Diċembru 2007 inkluż, jiġifieri ammont ta’ EUR 97 114.23. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080424">24 ta’ April 2008</DATE>, l-Ispettur irrifjuta dan ir-rimbors. Huwa ċaħad ukoll l-ilment ippreżentat minn X kontra din id-deċiżjoni ta’ rifjut.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li r-rikors ippreżentat kontra din id-deċiżjoni ġie ddikjarat infondat mill-qorti tal-ewwel istanza, X ippreżentat appell kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>X issostni li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> msemmi fl-Artikolu 20(e) tal-Wbm għandu jiġi interpretat fl-istess sens bħal dak tal-istess kunċett li jinsab fl-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96. Skont din l-interpretazzjoni, l-użu tal-faħam fil-kuntest tal-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor li X hija involuta fih jikkostitwixxi tali użu doppju. X tenfasizza wkoll li produtturi simili, stabbiliti b’mod partikolari fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza u fir-Renju Unit ma humiex suġġetti għat-taxxa prevista minn din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Ispettur, il-faħam huwa użat minn X biss bħala kombustibbli. L-iżvilupp ta’ prodott kombustibbli tal-faħam (id-diossidu tal-karbonju) ma jinvolvix użu doppju tal-faħam fih innifsu. Huwa jsostni wkoll li jekk għandu jiġi kkunsidrat li tali użu tal-faħam jikkorrispondi għal użu doppju tiegħu fis-sens tad-Direttiva 2003/96, dan ma huwiex il-każ fis-sens tal-Wbm. Il-leġiżlatur nazzjonali għalhekk għandu l-fakultà li jagħti lill-kunċett ta’ użu doppju li jinsab fl-Artikolu 20(e) tal-Wbm portata differenti, f’dan il-każ iktar restrittiva, minn dik li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jagħti li dan l-istess kunċett fl-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li jekk hija jkollha tapplika, fil-kuntest tal-kawża li biha hija tinsab adita, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tad-Direttiva 2003/96, qari litterali tal-kliem introduttiv tal-Artikolu 2(4) tagħha jwassal madankollu għall-konsegwenza assurda li X ma tkunx tista’ tinvoka l-effett dirett ta’ din id-direttiva sabiex tiddefendi ruħha kontra l-argument tal-Ispettur li jsostni li, f’dan il-każ, ma hemmx użu doppju fis-sens tal-Artikolu 20(e) tal-Wbm.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dawn il-ċirkustanzi li l-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>Hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva [2003/96] fil-każ ta’ użu ta’ faħam (prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 2701, 2702 u 2704) bħala kombustibbli f’kalkara tal-ġir meta d-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-faħam (u mill-ġir) f’din il-kalkara tal-ġir jintuża biex jiġi prodott il-gass tal-kalkara tal-ġir li mbagħad jintuża, u huwa meħtieġ, għat-tisfija tal-meraq mhux misjur miksub mill-pitravi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva [2003/96] fil-każ ta’ użu ta’ faħam (prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 2701, 2702 u 2704) bħala kombustibbli f’kalkara tal-ġir meta 66 % tad-diossidu tal-karbonju, iġġenerat bit-tisħin u assorbit fil-gass tal-kalkara tal-ġir waqt it-tisfija sussegwenti msemmija hawn fuq, huwa assorbit fl-ixkuma ta’ karbonizzazzjoni li tinbiegħ bħala fertilizzant tal-ġir lis-settur agrikolu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk jingħad li hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva [2003/96]: id-Direttiva hija inapplikabbli fid-dawl ta’ kif huwa mqiegħed il-kliem introduttiv tal-Artikolu 2(4) tagħha, b’tali mod li l-persuna kkonċernata ma tistax tinvoka l-effett dirett tad-Direttiva (għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ użu doppju fid-dritt nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 20(e) tal-Wbm)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk jingħad li hemm użu doppju fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b), tad-Direttiva u li din (għaldaqstant) ma hijiex applikabbli: id-dritt tal-Unjoni jipprekludi interpretazzjoni tal-kunċett ta’ użu doppju fid-dritt nazzjonali li hija iktar stretta mill-interpretazzjoni skont [l-imsemmija] Direttiva għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ taxxa bħal dik fuq il-kombustibbli inkwistjoni?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel żewġ domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk hemmx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ta’ prodott tal-enerġija, fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96, meta il-faħam jintuża bħala kombustibbli fil-proċess ta’ produzzjoni taz-zokkor u d-diossidu tal-karbonju ġġenerat permezz tal-ħruq ta’ dan il-prodott tal-enerġija huwa sussegwentement użat għall-finijiet ta’ dan il-proċess ta’ produzzjoni u/jew sabiex jiġu prodotti fertilizzanti kimiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Definizzjoni tal-prodotti tal-enerġija b’użu doppju tinsab fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96. Prodott tal-enerġija għandu użu doppju meta huwa intiż biex jintuża kemm bħala kombustibbli kif ukoll għal skopijiet differenti minn dak bħala kombustibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>prodotti ta’ enerġija użati mhux bħala karburant tal-karozzi [kombustibbli]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jidher kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tal-imsemmija direttiva, b’mod li għandu jiġi interpretat bl-istess mod fiż-żewġ dispożizzjonijiet. Qari flimkien tal-ewwel żewġ inċiżi tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96, flimkien mal-parti introduttiva ta’ din id-dispożizzjoni<?PAGE NO="7"?> jissuġġerixxi li l-użu ta’ prodott tal-enerġija ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva ħlief jekk l-imsemmi prodott, fil-funzjoni tiegħu bħala sors ta’ enerġija, jintuża huwa stess bħala kombustibbli jew bħala karburant.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalhekk, jista’ jkun hemm prodott tal-enerġija b’użu doppju li jkun is-suġġett ta’ ħruq fil-kuntest ta’ proċess ta’ produzzjoni sa fejn, bħal fil-każ tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan il-proċess jirnexxi biss jekk tiġi użata sustanza li hemm qbil dwarha li hija tista’ tiġi ġġenerata biss bil-ħruq tal-imsemmi prodott tal-enerġija.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li l-prodott tal-enerġija inkwistjoni huwa użat bħala sors tal-enerġija f’dan il-proċess ta’ produzzjoni bil-għan li jinkiseb il-gass esklużivament iġġenerat mill-ħruq tal-imsemmi prodott tal-enerġija, huwa permess li jiġi kkunsidrat li din il-funzjoni ta’ sors ta’ enerġija hija tassew is-suġġett ta’ żewġ użi konkomitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk, fil-fatti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, gass iġġenerat mill-ħruq ma huwiex il-prodott meħtieġ sabiex jintemm b’suċċess il-proċess ta’ produzzjoni, iżda huwa residwu ta’ dan il-proċess li sempliċement jiġi żviluppat, ma hemmx użu doppju tal-istess prodott tal-enerġija. Għalhekk, is-sempliċi fatt li l-gass iġġenerat jikkostitwixxi materja prima f’proċess ta’ produzzjoni distint, bħall-produzzjoni tal-fertilizzant agrikolu, ma huwiex biżżejjed biex jitqies li hemm użu doppju tal-prodott tal-enerġija li kien is-suġġett ta’ ħruq.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk għandu jiġi kkunsidrat li s-sempliċi żvilupp ta’ residwu li jirriżulta mill-ħruq ta’ prodott tal-enerġija jimplika li hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96, il-kwistjoni dwar jekk tali prodott tal-enerġija jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva tiddependi, f’din l-ipoteżi, fuq l-implementazzjoni jew le, minn produttur partikolari, tal-proċessi ta’ żvilupp tar-residwu tal-ħruq tal-prodott tal-enerġija kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel u t-tieni domandi għandha tkun li l-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li jintuża, minn naħa, il-faħam bħala kombustibbli fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor u, min-naħa l-oħra, id-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-ħruq ta’ dan il-prodott tal-enerġija sabiex jiġi prodott fertilizzant kimiku, ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tal-imsemmi prodott tal-enerġija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, jikkostitwixxi tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> l-fatt li jintuża, minn naħa, il-faħam bħala kombustibbli fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor u, min-naħa l-oħra, id-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-ħruq ta’ dan il-prodott tal-enerġija għall-finijiet ta’ din l-istess produzzjoni jekk hemm qbil li l-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor jirnexxi biss jekk jintuża d-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-ħruq tal-faħam.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u r-raba’ domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tfittex li tkun taf jekk Stat Membru għandux id-dritt li japplika, fid-dritt nazzjonali tiegħu, portata iktar restrittiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> minn dik li huwa għandu skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96, sabiex jimponi taxxa fuq il-prodotti tal-enerġija li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2003/96, mill-kliem stess tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tagħha jirriżulta li din ma tapplikax għall-prodotti tal-enerġija b’użu doppju. Issa, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat fir-rigward tal-ewwel inċiż ta’ din id-dispożizzjoni, l-esklużjoni tal-prodotti kkonċernati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva tfisser li l-Istati Membri huma minn issa kompetenti biex jintaxxaw il-prodotti tal-enerġija inkwistjoni fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fendt Italiana, C-145/06 u C‑146/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:411">EU:C:2007:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 38 u 41).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li Stat Membru għandu d-dritt li jimponi taxxa fuq il-prodotti tal-enerġija li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96 għaliex jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-kwistjoni dwar jekk, f’dan il-każ, il-leġiżlatur nazzjonali riedx iżomm definizzjoni differenti minn dik li tinsab fl-imsemmija direttiva hija kwistjoni purament tad-dritt nazzjonali u hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċidiha, qabel ma konsegwentement tapplika d-dritt nazzjonali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tielet u r-raba’ domandi għandha tkun li Stat Membru għandu d-dritt li japplika, fid-dritt nazzjonali tiegħu, portata iktar restrittiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> minn dik li huwa għandu skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96 sabiex jimponi taxxa fuq il-prodotti tal-enerġija li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/75/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li jintuża, minn naħa, il-faħam bħala kombustibbli fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor u, min-naħa l-oħra, id-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-ħruq ta’ dan il-prodott tal-enerġija sabiex jiġi prodott fertilizzant kimiku, ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tal-imsemmi prodott tal-enerġija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">Min-naħa l-oħra, jikkostitwixxi tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> l-fatt li jintuża, minn naħa, il-faħam bħala kombustibbli fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor u, min-naħa l-oħra, id-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-ħruq ta’ dan il-prodott tal-enerġija għall-finijiet ta’ din l-istess produzzjoni jekk hemm qbil li l-proċess ta’ produzzjoni ta’ zokkor jirnexxi biss jekk jintuża d-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-ħruq tal-faħam.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Stat Membru għandu d-dritt li japplika, fid-dritt nazzjonali tiegħu, portata iktar restrittiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>użu doppju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> minn dik li huwa għandu skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96, kif emendat bid-Direttiva 2004/74, sabiex jimponi taxxa fuq il-prodotti tal-enerġija li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>