5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9272 — 3i Group/TIIC Management/Meridiam Infrastructure Finance/DirectRoute (Limerick))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 126/07)

1.   

Fid-29 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

3i Group plc (“3i”, ir-Renju Unit),

—

TIIC Management S.à.r.l. (“TIIC Management”, il-Lussemburgu),

—

Meridiam Infrastructure Finance S.à.r.l. (“Meridiam”, il-Lussemburgu),

—

DirectRoute Holdings Limited (“Limerick HoldCo”, l-Irlanda), li għandha l-kontroll waħdani ta’ DirectRoute (Limerick) Limited (“LimerickCo”, l-Irlanda).

3i, TIIC Management u Meridiam jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Limerick HoldCo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   3i: kumpanija ta’ investiment internazzjonali b’żewġ negozji kumplimentari, Ekwità Privata u Infrastruttura, li tispeċjalizza fi swieq ewlenin tal-investiment fl-Ewropa ta’ fuq u fl-Amerika ta’ Fuq,

—   TIIC Management: kumpanija ta’ infrastruttura pan-Ewropea li tinvesti fi proġetti ta’ infrastruttura ta’ nofs is-suq madwar l-Ewropa kemm fis-setturi tat-trasport kif ukoll f’dawk soċjali,

—   Meridiam: kumpanija ta’ investiment internazzjonali li tiżviluppa, tiffinanzja u tiġġestixxi proġetti infrastrutturali,

—   Limerick HoldCo: kumpanija prinċipali ta’ LimerickCo, li hija attiva fit-tħaddim u l-manutenzjoni tal-M7 Limerick Southern Ring Road fl-Irlanda għal 35-il sena skont kuntratt ta’ konċessjoni mogħti f’Awwissu 2006.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9272 — 3i Group/TIIC Management/Meridiam Infrastructure Finance/DirectRoute (Limerick).

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.